This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R1006
Regulation (EC) No 1006/2009 of the European Parliament and of the Council of 16 September 2009 amending Regulation (EC) No 808/2004 concerning Community statistics on the information society (Text with EEA relevance)
Regolament (KE) Nru 1006/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Settembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 808/2004 dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà tal-informazzjoni Test b’rilevanza għaż-ŻEE
Regolament (KE) Nru 1006/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Settembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 808/2004 dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà tal-informazzjoni Test b’rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 286, 31.10.2009, p. 31–35
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Impliċitament imħassar minn 32019R2152
31.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 286/31 |
REGOLAMENT (KE) Nru 1006/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-16 ta’ Settembru 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 808/2004 dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà tal-informazzjoni
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 285 (1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (1),
Billi:
(1) |
Il-provvista annwali ta’ statistika dwar is-soċjetà tal-Informazzjoni kif previst fir-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) hija limitata għal massimu ta’ ħames snin ta’ referenza wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dak ir-Regolament u tintemm fl-2009. Mandanakollu, hemm bżonn kontinwu fuq livell Komunitarju għall-provvista annwali ta’ informazzjoni tal-istatistika koerenti dwar il-qasam tas-soċjetà tal-informazzjoni. |
(2) |
Il-Kunsill Ewropew ta’ Marzu 2005 enfasizzal-importanza li tinbena soċjetà tal-informazzjoni inklussiva, ibbażata fuq l-użu wiesa’ tat-teknoloġiji tal-informatika u tal-komunikazzjoni (ICT) fis-servizz pubbliku, intrapriżi żgħar u medji (IŻM) u fid-djar. |
(3) |
Il-Kunsill Ewropew ta’ Marzu 2006 rrikonoxxa l-importanza ta’ użu aktar produttiv tal-ICTs fl-intrapriżi u organizzazzjonijiet amministrattivi u ħeġġeġ lill-Kummissjoni u l-Istati Membri sabiex jimplimentaw l-istrategija i2010 b’mod vigoruż. Din l-istrateġija tippromwovi wkoll ekonomija diġitali miftuħa u kompetittiva, u enfasizza l-ICT bħala mutur tal-inklużjoni u kwalità tal-ħajja. Huwa meqjus element importanti fil-qbil il-ġdid ta’ Liżbona għat-tkabbir u l-impjiegi. |
(4) |
F’April tal-2006, il-Grupp ta’ Livell Għoli tal-i2010 stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/215/KE (3) approva l-qafas ta’ normi tal-i2010, li jistipula lista ta’ indikaturi prinċipali sabiex jiġi mkejjel l-iżvilupp tas-soċjetà tal-informazzjoni Ewropea kif stabbilit fl-istrateġija i2010. |
(5) |
Id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 2006 li twaqqaf Programm ta’ Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (mill-2007 sal-2013) (4) tgħin sabiex titjieb il-kompetittività u l-kapaċità innovattiva fil-Komunità, sabiex tippromwovi l-iżvilupp tas-soċjetà bbażata fuq it-tagħrif, u sabiex trabbi żvilupp sostenibbli bbażat fuq tkabbir ekonomiku bilanċjat. Dik id-Deċiżjoni tirrikjedi li l-Komunità tibni bażi soda ta’ analiżi sabiex tgħin l-ippjanar tal-politika f’numru ta’ setturi. Il-programm ta’ qafas stabbilit minn b’dik id-Deċiżjoni jinkoraġġixxi azzjonijiet għall-analiżi tal-politika bbażati fuq statistika uffiċjali. |
(6) |
Id-Dikjarazzjoni Ministerjali dwar l-e-inklużjoni, adottata f’Riga fil-11 ta’ Ġunju 2006, tagħmel sejħa għal soċjetà tal-informazzjoni inklużiva. Tistipula l-qafas għal politika komprensiva dwar l-e-inklużjoni, filwaqt li tindirizza kwistjonijiet rigward is-soċjetà li qiegħda tixjieħ, il-qasma diġitali ġeografika, l-aċċessibbiltà, il-litteriżmu u l-kompetenzi diġitali, id-diversità kulturali u servizzi pubbliċi inklużivi online. Tistieden lill-Kummissjoni biex tagħti appoġġ għall-ġbir ta’ provi u l-benchmarking ġewwa u barra l-Unjoni Ewropea. |
(7) |
L-indikaturi għal valutazzjoni tal-iżvilupp tas-soċjetà tal-informazzjoni kif espressi fl-istrateġiji politiċi tal-Komunità, bħall-qafas ta’ valutazzjoni i2010 tal-istrateġija tal-i2010 u l-iżviluppi ulterjuri tagħha taħt l-istrateġija ta’ Liżbona għandhom ikunu bbażati fuq informazzjoni statistika koerenti. |
(8) |
L-emendament tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 għandu jieħu kont tar-Regolament (KE) 223/2009 tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-istatistika Ewropea (5). |
(9) |
Dan ir-Regolament m’għandux iżid il-piż fuq min iwieġeb u fuq l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika, imkejjel bl-għadd ta’ fatturi varjabbli mandatorji jew bit-tul tal-intervisti, fir-rigward tal-ġbir u t-trażmissjoni ta’ statistika armonizzata fil-konfront tas-sitwazzjoni eżistenti qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
(10) |
Ir-Regolament (KE) Nru 808/2004 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ. |
(11) |
Il-Kumitat tal-Programm tal-Istatistika, stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom (6), ġie kkonsultat, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 808/2004 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 3(1) għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej: “1. L-istatistiċi li għandhom jiġu miġbura għandhom jinkludu informazzjoni li hi bżonnjuża għall-indikaturi strutturali u neċessarja għall-valutazzjoni tal-istrateġiji politiċi tal-Komunità dwar l-iżvilupp tal-ispazju tal-informazzjoni Ewropew, innovazzjoni fil-kummerċ u s-soċjetà tal-informazzjoni Ewropea, bħall-qafas ta’ valutazzjoni tal-i2010 u l-iżviluppi tiegħu taħt l-istrateġija ta’ Liżbona, u informazzjoni oħra neċessarja sabiex tkun provduta bażi uniformi fuq liema tkun analizzata is-soċjetà tal-informazzjoni.”. |
(2) |
L-Artikolu 6 għandu jiġi emendat b’dan li ġej: “Artikolu 6 It-trattament, it-trażmissjoni u d-disseminazzjoni ta’ data 1. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu d-data u l-metadata meħtieġa taħt dan ir-Regolament, u l-miżuri implimentattivi tiegħu, lill-Kummissjoni (Eurostat) skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea (*) dwar it-trażmissjoni ta’ data kunfidenzjali. 2. L-Istati Membri għandhom jittrasmettu d-data u l-metadata meħtieġa taħt dan ir-Regolament fil-forma elettronika, skont standard ta’ skambju miftiehem bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri. 3. Il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 għandu japplika għat-trattament u d-disseminazzjoni ta’ data kunfidenzjali. |
(3) |
L-Artikolu 7 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 7 Il-kwalità tal-istatistika u rapporti 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kwalità tad-data trażmessa. 2. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-kriterji tal-kwalità kif stipulati fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 għandhom japplikaw. 3. Kull sena, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) b’rapport dwar il-kwalità tad-data trażmessa kif ukoll dwar kwalunkwe tibdil metodoloġiku li jkun sar. Ir-rapport għandu jkun ipprovdut xahar wara t-trażmissjoni tad-data.”. |
(4) |
L-Annessi I u II għandhom jiġu ssostitwiti bit-test li jidher fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta’ Settembru 2009.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BUZEK
Għall-Kunsill
Il-President
C. MALMSTRÖM
(1) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta’ April 2009 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009.
(2) ĠU L 143, 30.4.2004, p. 49.
(3) ĠU L 80, 17.3.2006, p. 74.
(4) ĠU L 310, 9.11.2006, p. 15.
(5) ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.
(6) ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47.
ANNESS I
ANNESS I
Modulu 1: L-intrapriżi u s-soċjetà tal-informazzjoni
(1) Għanijiet
L-għan ta’ dan il-modulu hu l-provvista ta’ statistiċi fil-ħin dwar l-intrapriżi u s-soċjetà tal-informazzjoni.. Jipprovdi qafas għar-rekwiżiti f’termini ta’ kopertura u perjodiċità, suġġetti koperti, tul ta’ żmien, kategorizzar tal-provvista ta’ data, tip tal-provvista ta’ data u l-istudji esperimentali jew ta’ fattibbiltà neċessarji.
(2) Kopertura
Dan il-modulu jkopri l-attivitajiet kummerċjali fit-Taqsimiet Ċ sa N, Taqsima R u Diviżjoni 95 tal-klassifikazzjoni tal-istatistika tal-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (NACE REV. 2).
L-istatistiċi ser jinġabru għal taqsimiet ta’ intrapriżi.
(3) Id-dewmien u l-perjodiċità tal-provvista tad-data
L-istatistika għandha tiġi pprovduta annwalment sa massimu ta’ 15-il sena ta’ referenza mill-20 ta’ Mejju 2004. Mhux il-karatteristiċi kollha bilfors ikunu provduti kull sena; il-perjodiċità tal-provvista għal kull karatteristika ser tkun speċifikata u miftiehma bħala parti mill-miżuri implimentattivi msemmija fl-Artikolu 8.
(4) Suġġetti koperti
Il-karatteristiċi li għandhom jiġu provduti jittieħdu mil-lista ta’ suġġetti li ġejja:
— |
sistemi tal-ICT u l-użu tagħhom fl-intrapriżi, |
— |
l-użu tal-Internet u networks elettroniċi oħra mill-intrapriżi, |
— |
kummerċ elettroniku; |
— |
proċessi tal-e-business u aspetti organizzattivi, |
— |
l-użu tal-ICT minn intrapriżi sabiex jirċievu/jibagħtu informazzjoni u servizzi lill-amministrazzjonijiet governattivi u pubbliċi (e-gvern), |
— |
kompetenza tal-ICT fl-unità tal-intrapriża u l-bżonn għal kompetenza fl-ICT, |
— |
ostakli għall-użu tal-ICT, Internet u networks elettroniċi oħra, proċessi ta’ kummerċ elettroniku u e-business, |
— |
nefqa u investiment fuq l-ICT, |
— |
is-sigurtà u l-fiduċja fl-ICT, |
— |
użu tal-ICT u l-impatt tagħha fuq l-ambjent (ICT Favur l-Ambjent), |
— |
l-aċċess għal u l-użu tal-Internet u networks teknoloġiċi oħra sabiex jiġu mqabbda oġġetti u apparat (l-Internet tal-Oġġetti), |
— |
l-aċċess għal u l-użu ta’ teknoloġiji li jiffaċilitaw konnessjoni mal-Internet jew networks oħra minn kullimkien kull ħin (konnettività ubikwa). |
Mhux is-suġġetti kollha se jkunu koperti kull sena.
(5) Kategorizzar tal-provvista tad-data
Mhux il-kategorizzar kollu bilfors ikun provdut kull sena; il-kategorizzar mitlub jittieħed mil-lista li ġejja, filwaqt li jittieħed kont tan-natura tal-unitajiet statistiċi, il-kwalità mistennija tad-data statistika u d-daqs globali tal-kampjun. Il-kategorizzar se jiġi miftiehem bħala parti mill-miżuri implimentattivi:
— |
abbażi ta’ klassi skont id-daqs, |
— |
abbażi tal-intestatura NACE, |
— |
abbażi tar-reġjun: kategorizzar reġjonali għandu jkun limitat għal mhux aktar minn tliet raggruppamenti. |
(6) Tip tal-provvista tad-data
L-Istati Membri jittrażmettu d-data aggregata lill-Kummissjoni (Eurostat).
(7) Studji ta’ fattibbiltà u studji esperimentali
Kull meta jkunu identifikati bżonnijiet ġodda sinifikanti għal data jew jinqala’ l-bżonn għal indikaturi ġodda ta’ natura kumplessa, il-Kummissjoni ser toħrog studji ta’ fattibbiltà jew studji esperimentali li għandhom jitlestew fuq bażi volontarja mill-Istati Membri, qabel kwalunkwe ġbir ta’ data. Dawn l-istudji se jistmaw l-fattibbiltà tal-ġbir ta’ data rilevanti, wara li jitqiesu l-benefiċċji tad-disponibbiltà tad-data meta mqabbla mal-ispejjeż tal-ġbir u l-piż fuq dawk li jirrispondu. Ir-riżultati ta’ dawn l-istudji ta’ fattibbiltà jew studji esperimentali jew miżuri ta’ ttestjar se jikkontribwixxu għad-definizzjoni tal-indikaturi l-ġodda.
ANNESS II
Modulu 2: Individwi, djar u s-soċjetà tal-informazzjoni
(1) Għanijiet
L-għan ta’ dan il-modulu hu l-provvista ta’ statistiċi fil-ħin dwar individwi, djar u s-soċjetà tal-informazzjoni. Jipprovdi qafas għar-rekwiżiti f’termini ta’ kopertura, tul ta’ żmien u perjodiċità, suġġetti koperti, karatteristiċi tal-isfond soċjo-ekonomiku tal-provvista ta’ data, tip tal-provvista ta’ data u studji ta’ fattibbiltà jew studji esperimentali neċessarji.
(2) Kopertura
Dan il-modulu jkopri l-istatistiċi dwar individwi u familji.
(3) Id-dewmien u l-perjodiċità tal-provvista tad-data
Statistiċi għandhom jiġu provduti annwalment sa massimu ta’ 15-il sena ta’ referenza mill-20 ta’ Mejju 2004. Mhux il-karatteristiċi kollha bilfors ikunu provduti kull sena; il-perjodiċità tal-provvista għal kull karatteristika ser tkun speċifikata u miftiehma bħala parti mill-miżuri implimentattivi msemmija fl-Artikolu 8.
(4) Suġġetti koperti
Il-karatteristiċi li għandhom jiġu provduti jintgħażlu mil-lista ta’ suġġetti li ġejja:
— |
l-aċċess għal u l-użu tal-ICT minn individwi u/jew familji, |
— |
l-użu tal-Internet u networks elettroniċi oħra għal raġunijiet differenti minn individwi u/jew familji, |
— |
is-sigurtà u l-fiduċja fl-ICT, |
— |
kompetenzi u ħiliet fl-ICT, |
— |
ostakli għall-użu tal-ICT u l-Internet, |
— |
effetti osservati tal-użu tal-ICT fuq l-individwi u/jew familji, |
— |
l-użu tal-ICT minn individwi sabiex jirċievu/jibagħtu informazzjoni u servizzi lill-amministrazzjonijiet governattivi u pubbliċi (e-gvern), |
— |
l-aċċess għal u l-użu ta’ teknoloġiji li jippermettu konnessjoni mal-Internet jew networks oħra minn kullimkien kull ħin (konnettività ubikwa) |
Mhux is-suġġetti kollha se jkunu koperti kull sena.
(5) Karatteristiċi tal-proviżjoni tad-data bi sfond soċjo-ekonomiku
Mhux il-karatteristiċi kollha bilfors ikunu provduti kull sena; il-karatteristiċi tal-isfond mitluba jintgħażlu mil-lista li ġejja u miftiehma bħala parti mill-miżuri implimentattivi:
(a) |
għal statistiċi provduti dwar membri tad-dar:
|
(b) |
għal statistiċi provduti dwar individwi:
|
(6) Tip tal-provvista tad-data
L-Istati Membri jittrażmettu lill-Kummissjoni (Eurostat) ir-rekords ta’ data individwali iżda rekords bħal dawn ma jħallux l-identifikazzjoni diretta tat-taqsimiet tal-istatistika kkonċernati.
(7) Studji ta’ fattibbiltà u studji esperimentali
Kull meta jkunu identifikati bżonnijiet ġodda sinifikanti għal data, jew tkun mistennija kwalità baxxa ta’ data, jew tkun mistennija kwalità baxxa ta’ data jew jinqala’ l-bżonn għal indikaturi ġodda ta’ natura kumplessa, il-Kummissjoni ser toħroġ studji ta’ fattibbiltà jew studji esperimentali li għandhom jitlestew fuq bażi volontarja mill-Istati Membri, qabel kwalunkwe ġbir ta’ data. Dawn l-istudji se jistmaw l-fattibbiltà tal-ġbir ta’ data rilevanti, wara li jitqies il-benefiċċji tad-disponibbiltà tad-data meta mqabbla mal-ispejjeż tal-ġbir u l-piż fuq dawk li jirrispondu. Ir-riżultati ta’ dawn l-istudji ta’ fattibbiltà jew esperimentali jew miżuri ta’ ttestjar iridu jikkontribwixxu għad-definizzjoni tal-indikaturi l-ġodda.