EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0242

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 242/2009 tal- 20 ta’ Marzu 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra persuni li qed jaġġixxu kontra l-embargo tal-armi rigward ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

ĠU L 75, 21.3.2009, p. 8–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/242/oj

21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 75/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 242/2009

tal-20 ta’ Marzu 2009

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra persuni li qed jaġġixxu kontra l-embargo tal-armi rigward ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur tal-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (1), u partikolarment l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 jelenka l-persuni naturali u legali, l-entitajiet u l-korpi koperti bl-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi taħt ir-Regolament.

(2)

Fis-7 ta’ Novembru 2007, fis-26 ta’ Novembru 2008 u fis-16 ta’ Diċembru 2008, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda d-dejta dwar 19-il persuna fil-lista tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi li għalihom għandu japplika s-sekwestrar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi. Fl-24 ta’ April 2008, il-Kummissjoni neħħiet persuna mill-lista msemmija u fit-3 ta’ Marzu 2009 iddeċidiet li żżid erba’ persuni ma’ dik il-lista. L-Anness I għandu għalhekk jiġi emendat f’dan is-sens.

(3)

Biex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 huwa sostitwit bl-Anness li jinsab ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u applikabbli direttament fl-Istati Memebri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kummissjoni

Eneko LANDÁBURU

Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)  ĠU L 193, 23.7.2005, p. 1.


ANNESS

“ANNESS I

Lista ta' persuni naturali u legali entitajiet jew korpi imsemmija fl-Artikolu 2:

A.   Persuni naturali

(1)

Frank Kakolele Bwambale (magħruf ukoll bħala, (a) Frank Kakorere, (b) Frank Kakorere Bwambale). Informazzjoni oħra: Minn Diċembru 2008 joqgħod f’Kinshasa. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005.

(2)

Jérôme Kakwavu Bukande (magħruf ukoll bħala, (a) Jérôme Kakwavu, (b) Commandant Jérôme). Titlu: Ġeneral. Ċittadinanza: Kongoliża Informazzjoni oħra: Minn Diċembru 22008, jibqa’ fil-forzi armati tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (FARDK), li hi bbażata f’Kinshasa. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005.

(3)

Germain Katanga. Ċittadinanza, Kongoliża. Informazzjoni oħra: Mogħti mill-Gvern tar-RD tal-Kongo lill-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) fit-18.10.2007. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005.

(4)

Thomas Lubanga. Post tat-twelid: Ituri, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo Ċittadinanza Kongoliża Informazzjoni oħra: Trasferit lill-QKI mill-awtoritajiet Kongoliżi fis-17.3.2006. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005.

(5)

Khawa Panga Mandro (magħruf ukoll bħala (a) Kawa Panga, (b) Kawa Panga Mandro, (c) Kawa Mandro, (d) Yves Andoul Karim, (e) Chief Kahwa, (f) Kawa, (g) Mandro Panga Kahwa, (h) Yves Khawa Panga Mandro). Data tat-twelid: 20.8.1973. Post tat-twelid: Bunia, Ir-RD tal-Kongo. Ċittadinanza Kongoliża Informazzjoni oħra: Arrestat mill-awtoritajiet Kongoliżi f’Ottubru 2005, meħlus mill-Qorti tal-Appell f’Kisangani, u sussegwentement trasferit lill-awtoritajiet ġudizjarji f’Kinshasa fuq akkużi ġodda. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005.

(6)

Callixte Mbarushimana. Data tat-twelid: 24.7.1963. Post tat-twelid: Ndusu/Ruhengeri, Provinċja fit-Tramuntana, Rwanda. Ċittadinanza Rwandija. Informazzjoni oħra: Il-post attwali: Pariġi jew Thaïs, Franza. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 21.3.2009.

(7)

Iruta Douglas Mpamo (magħruf ukoll bħala (a) Mpano (b) Douglas Iruta Mpamo). Indirizz Bld Kanyamuhanga 52, Goma, DRC. Data tat-twelid: (a) 28.12.1965, (b) 29.12.1965. Post tat-twelid: (a) Bashali, Masisi ir-RD tal-Kongo (tirreferi għad-data tat-twelid (a)), (b) Goma, ir-RD tal-Kongo (tirreferi għad-data tat-twelid (b)). Ċittadinanza Kongoliża Informazzjoni oħra: Ibbażat f’Gisenyi, Rwanda. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005.

(8)

Sylvestre Mudacumura (magħruf ukoll bħala (a) Radja, (b) Mupenzi Bernard, (c) il-Ġeneral Major Mupenzi). Ċittadinanza Rwandija. Informazzjoni oħra: Ibbażat f’Kibua, it-territoju ta’ Masisi, ir-RD tal-Kongo. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005.

(9)

Leopold Mujyambere (magħruf ukoll bħala (a) Musenyeri, (b) Achille, (c) Frere Petrus Ibrahim. Titlu: Kurunell. Data tat-twelid: (a) 17.3.1962, (b) 1966 (estimu). Post tat-twelid: Kigali, Rwanda. Ċittadinanza Rwandija. Informazzjoni oħra: Il-post attwali: Mwenga, in-Nofsinhar ta’ Kivu, ir-RD tal-Kongo. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 21.3.2009.

(10)

Ignace Murwanashyaka (magħruf ukoll bħala Ignace). Titlu: Dr. Data tat-twelid: 14.5.1963. Post tat-twelid: (a) Butera, Rwanda; (b) Ngoma, Butare, Rwanda. Ċittadinanza Rwandija. Informazzjoni oħra: Residenti fil-Ġermanja. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005.

(11)

Straton Musoni (magħruf ukoll bħala I.O. Musoni). Data tat-twelid: (a) 6.4.1961, (b) 4.6.1961. Post tat-twelid: Mugambazi, Kigali, Rwanda. Informazzjoni oħra: (a) Il-passaport Rwandi skada fl-10.9.2004, (b) Residenti f’Neuffen, il-Ġermanja. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 13.4.2007.

(12)

Jules Mutebutsi (magħruf ukoll bħala (a) Jules Mutebusi, (b) Jules Mutebuzi, (c) Colonel Mutebutsi). Post tat-twelid: In-Nofsinhar ta’ Kivu, ir-RD tal-Kongo. Ċittadinanza Kongoliża Informazzjoni oħra: Arrestat mill-awtoritajiet tar-Rwanda f'Diċembru 2007. Aktarx li attwalment hu ‘miżmum’. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005.

(13)

Mathieu Chui Ngudjolo (magħruf ukoll bħala Cui Ngudjolo). Informazzjoni oħra: Magħaruf bħala l-‘Kurunell’ jew il-‘Ġeneral’. Arrestat mill-MONUC fil-Bunia f’Ottubru Ottubru 2003. Mogħti mill-Gvern tar-RD tal-Kongo lill-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) fis-7 ta’ Frar 2008. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005.

(14)

Floribert Ngabu Njabu (magħruf ukoll bħala (a) Floribert Njabu, (b) Floribert Ndjabu, (c) Floribert Ngabu, (d) Ndjabu). Informazzjoni oħra: Arrestat u mqiegħed taħt arrest ġo daru f’Kinshasa minn Marzu 2005. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005.

(15)

Laurent Nkunda (magħruf wkoll bħala (a) Laurent Nkunda Bwatare, (b) Laurent Nkundabatware, (c) Laurent Nkunda Mahoro Batware, (d) Laurent Nkunda Batware, (e) il-Ġeneral Nkunda) (f) Nkunda Mihigo Laurent). Data tat-twelid: (a) 6.2.1967, (b) 2.2.1967. Post tat-twelid: It-Tramuntana ta’ Kivu/Rutshuru, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (tirreferi għad-data tat-twelid (a)). Ċittadinanza Kongoliża Informazzjoni oħra: (a) Magħruf bħala ċ-‘Ċermen’, u ‘Papa Six’, (b) Kien joqggħod f’Tebero u Kitchanga, it-territorju ta’ Masisi, ir-RD tal-Kongo. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005.

(16)

Pacifique Ntawunguka (magħruf ukoll bħala (a) il-Kurunell Omega, (b) Nzeri, (c) Israel, (d) Pacifique Ntawungula). Titlu: Kurunell. Data tat-twelid: 1.1.1964, est. 1964. Post tat-twelid: Gaseke, Provinċja ta’ Gisenyi , Rwanda. Ċittadinanza Rwandija. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 21.3.2009.

(17)

James Nyakuni. Ċittadinanza Ugandjana. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005.

(18)

Stanislas Nzeyimana (magħruf ukoll bħala (a) Deogratias Bigaruka Izabayo, (b) Bigaruka, (c) Bigurura, (d) Izabayo Deo). Titlu: Brigadier Ġenerali. Data tat-twelid: (a) 1.1.1966, (b) 1967 (estimu), (ċ) 28.8.1966. Post tat-twelid: Mugusa (Butare), Rwanda. Ċittadinanza Rwandija. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 21.3.2009.

(19)

Dieudonné Ozia Mazio (magħruf ukoll bħala (a) Ozia Mazio, (b) Omari, (c) Mr Omari). Data tat-twelid: 6.6.1949. Post tat-twelid: Ariwara, RD tal-Kongo. Ċittadinanza Kongoliża Informazzjoni oħra: Miet f’Ariwara fit-23 ta’ Settembru 2008. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005.

(20)

Bosco Taganda (magħruf ukoll bħala (a) Bosco Ntaganda, (b) Bosco Ntagenda, (c) General Taganda. Ċittadinanza Kongoliża Informazzjoni oħra: (a) Known as ‘Terminator’ u ‘Major’, (b) Ibbażat f’Bunagana u Rutshuru. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005.

B.   Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi

(1)

Tous Pour la Paix et le développement (TPD). Indirizz Goma, it-Tramuntana ta’ Kivu, Ir-RD tal-Kongo. Informazzjoni oħra: organizzazzjoniji mhux tal-gvern. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005.

(2)

Butembo Airlines (magħrufa bħala BAL). Indirizz Butembo, RD tal-Kongo. Informazzjoni oħra: Minn Diċembru 2008, BAL m’għadx għandha liċenzja biex topera l-ajruplani fir-RD tal-Kongo. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 13.4.2007.

(3)

Compagnie Aérienne des Grands Lacs (CAGL), (magħrufa aħjar bħala Great Lakes Business Company (GLBC)). Indirizz (a) CAGL: Avenue President Mobutu, Goma, (CAGL għandha wkoll uffiċju fi Rwanda); (b) GLBC: PO Box 315, Goma, the DR of the Congo (GLBC għandha wkoll uffiċju f’Gisenyi, Rwanda). Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 13.4.2007.

(4)

Machanga ltd. Indirizz: Kampala, Uganda. Informazzjoni oħra: Kumpanija li tesporta d-deheb f’kampala (Diretturi: Mr Rajendra Kumar Vaya u Mr Hirendra M. Vaya). Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 13.4.2007.

(5)

Uganda Commercial Impex (UCI) ltd. Indirizz: (a) Kajoka Street, Kisemente, Kampala, Uganda. Indirizz alternattiv: PO Box 22709, Kampala, Uganda. Informazzjoni oħra: Kumpanija li tesporta d-deheb f’kampala (Diretturi: Mr Kunal Lodhia and Mr J.V. Lodhia). Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 13.4.2007

(6)

Congocom Trading House. Indirizz Butembo, RD tal-Kongo. Nru tat-Telefon: +253 (0) 99 983 784. Informazzjoni oħra: kummerċ fid-deheb f’Butembo. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 13.4.2007.”


Top