Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0148

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 148/2009 tal- 20 ta’ Frar 2009 li jirrevoka 11-il Regolament li ma għadx hemm lokhom fil-Politika Komuni tas-Sajd

ĠU L 50, 21.2.2009, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/148/oj

21.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 50/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 148/2009

tal-20 ta’ Frar 2009

li jirrevoka 11-il Regolament li ma għadx hemm lokhom fil-Politika Komuni tas-Sajd

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall, u partikolarment l-Artikolu 175 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3117/85 tal-4 ta’ Novembru 1985 li jippreskrivi regoli ġenerali dwar indennizzi f’forma ta’ kumpens fir-rigward tas-sardin (1), u partikolarment l-Artikolu 4 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika komuni tas-sajd (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(4), l-Artikolu 21(3) u (4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2406/96 tas-26 ta’ Novembru 1996 li jistabbilixxi standards komuni għall-marketing għal ċerti prodotti tal-industrija tas-sajd (3) u b’mod partikulari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (4), u b’mod partikolari l-Artikoli 25, 27(6) u 37 tiegħu,

Billi:

(1)

It-titjib tat-trasparenza tal-liġi Komunitarja hija element essenzjali tal-istrateġija għal leġiżlazzjoni aħjar li qegħdin jimplimentaw l-istituzzjonijiet Komunitarji. F’dak il-kuntest huwa xieraq li dawk l-atti li ma għadx għandhom effett reali jitneħħew mil-leġiżlazzjoni attiva.

(2)

Ir-Regolamenti li ġejjin, marbuta mal-politika komuni tas-sajd, ma għadx hemm lokhom, minkejja li formalment għadhom fis-seħħ:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3459/85 tas-6 ta’ Diċembru 1985 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-għoti ta’ kumpens f’forma ta’ sussidju għal sardin tal-Atlantiku (5). L-effetti ta’ dan ir-Regolament ġew eżawriti peress li saru bidliet fil-leġiżlazzjoni bażika li huma inkompatibbli mal-applikazzjoni ta’ dak l-att;

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 254/86 tal-4 ta’ Frar 1986 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-abolizzjoni progressiva tar-restrizzjonijiet kwantitattivi applikabbli fl-Istati Membri ħlief fi Spanja u l-Portugall għas-sardin u tonn ippreservat li jorigina fi Spanja (6). L-effetti ta’ dak ir-Regolament ġew eżawriti peress li kien ikopri perjodu tranżizzjonali li skada;

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3599/90 tat-13 ta’ Diċembru 1990 li jirrimedja l-ħsara kkawżata mill-waqfien mis-sajd għal-lingwata komuni minn bastimenti li fl-1989 tajru l-bandiera ta’ Stat Membru [traduzzjoni mhux uffiċjali]. (7) L-effetti ta’ dak ir-Regolament ġew eżawriti peress li kien ikopri biss is-sena 1989;

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3863/91 tas-16 ta’ Diċembru 1991 li jistabbilixxi d-daqs minimu għall-bejgħ fis-suq tal-granċijiet applikabbli f’ċerti żoni kostali tar-Renju Unit (8). L-effetti ta’ dan ir-Regolament ġew eżawriti peress li saru bidliet fil-leġiżlazzjoni bażika li huma inkompatibbli mal-applikazzjoni ta’ dak l-att;

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 897/94 tat-22 ta’ April 1994 li jesiġi [jistipula] regoli dettaljati għall-applikar tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 [f’dak] li jirrigwarda l-proġetti pilota li għandhom x’jaqsmu mal-issorveljar kontinwu tal-pożizzjoni tad-dgħajjes [bastimenti] tas-sajd tal-Komunità (9). L-effetti ta’ dan ir-Regolament ġew eżawriti peress li saru bidliet fil-leġiżlazzjoni bażika li huma inkompatibbli mal-applikazzjoni ta’ dak l-att;

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1419/96 tat-22 ta’ Lulju 1996 li jistabbilixxi l-ammont ta’ għajnuna għall-ħżin privat għall-klamar Loligo patagonica (10) [traduzzjoni mhux uffiċjali]. L-effetti ta’ dan ir-Regolament ġew eżawriti peress li saru bidliet fil-leġiżlazzjoni bażika li huma inkompatibbli mal-applikazzjoni ta’ dak l-att;

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2378/1999 tad-9 ta’ Novembru 1999 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1282/1999 li jipprovdi għall-għoti ta’ kumpens lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi fir-rigward ta’ tonn ipprovdut lill-industrija tal-ipproċessar mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru 1998 (11) [traduzzjoni mhux uffiċjali]. L-effetti ta’ dak ir-Regolament ġew eżawriti peress li kien ikopri biss is-sena 1998;

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1103/2000 tal-25 ta’ Mejju 2000 li jipprovdi għall-għoti ta’ kumpens lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi fir-rigward ta’ tonn ipprovdut lill-industrija tal-ipproċessar mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 1999 (12) [traduzzjoni mhux uffiċjali]. L-effetti ta’ dak ir-Regolament ġew eżawriti peress li kien ikopri biss is-sena 1999;

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2000 tal-31 ta’ Lulju 2000 li jipprojbixxi s-sajd għall-merluzz minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja (13). L-effetti ta’ dak ir-Regolament ġew eżawriti peress li kien ikopri biss is-sena 2000;

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 585/2001 tas-26 ta’ Marzu 2001 li jipprovdi għall-għoti ta’ kumpens lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi fir-rigward ta’ tonn ipprovdut lill-industrija tal-ipproċessar mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2000 (14). L-effetti ta’ dak ir-Regolament ġew eżawriti peress li kien ikopri biss is-sena 2000;

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2496/2001 tad-19 ta’ Diċembru 2001 li jipprovdi għall-għoti ta’ kumpens lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi fir-rigward ta’ tonn ipprovdut lill-industrija tal-ipproċessar mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2001 (15) [traduzzjoni mhux uffiċjali]. L-effetti ta’ dak ir-Regolament ġew eżawriti peress li kien ikopri biss is-sena 2001.

(3)

Għal raġunijiet ta’ sigurtà u ċarezza legali, ir-Regolamenti msemmija fil-premessa (2) għandhom jiġu rrevokati.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Regolamenti li se jiġu rrevokati

Ir-Regolamenti: (KEE) Nru 3459/85, (KEE) Nru 254/86, (KEE) Nru 3599/90, (KEE) Nru 3863/91, (KEE) Nru 897/94, (KE) Nru 1419/96, (KE) Nru 2378/1999, (KE) Nru 1103/2000, (KE) Nru 1702/2000, (KE) Nru 585/2001 u (KE) Nru 2496/2001 huma b’hekk imħassra.

Artikolu 2

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 297, 9.11.1985, p. 1.

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

(3)  ĠU L 334, 23.12.1996, p. 1.

(4)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.

(5)  ĠU L 332, 10.12.1985, p. 16.

(6)  ĠU L 31, 6.2.1986, p. 13.

(7)  ĠU L 350, 14.12.1990, p. 50.

(8)  ĠU L 363, 31.12.1991, p. 1.

(9)  ĠU L 104, 23.4.1994, p. 18.

(10)  ĠU L 182, 23.7.1996, p. 11.

(11)  ĠU L 287, 10.11.1999, p. 12.

(12)  ĠU L 125, 26.5.2000, p. 18.

(13)  ĠU L 195, 1.8.2000, p. 21.

(14)  ĠU L 86, 27.3.2001, p. 8.

(15)  ĠU L 337, 20.12.2001, p. 25.


Top