Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0873

    2009/873/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2006/168/KE rigward l-elenkar tal-gruppi ta’ produzzjoni approvati għall-ġbir tal-embrijuni għall-importazzjonijiet tal-embrijuni fil-Komunità (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9320) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 315, 2.12.2009, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R0404

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/873/oj

    2.12.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 315/22


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-30 ta’ Novembru 2009

    li temenda d-Deċiżjoni 2006/168/KE rigward l-elenkar tal-gruppi ta’ produzzjoni approvati għall-ġbir tal-embrijuni għall-importazzjonijiet tal-embrijuni fil-Komunità

    (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9320)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2009/873/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta’ Settembru 1989 dwar kundizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ embrijuni ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-ifrat (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 7(1) u 9(1)(b) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 89/556/KEE tfassal il-kundizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ embrijuni friski u ffriżati ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini.

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/168/KE tal-4 ta’ Jannar 2006 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet tas-saħħa tal-annimali u taċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ embrijuni bovini (2), tistipula li l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ embrijuni ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini li jkunu nġabru jew ġew prodotti f’pajjiżi terzi mniżżla fl-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni minn gruppi approvati għall-ġbir u l-produzzjoni tal-embrijuni mniżżla fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/452/KEE tat-30 ta’ Lulju 1992 li tistabilixxi lista ta’ gruppi approvati għall-ġbir ta’ embrijoni f’pajjiżi terzi għall-esportazjoni ta’ embrijoni ta’ bovini lejn il-Komunità (3).

    (3)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/155/KE tal-14 ta’ Frar 2008 li tistabbilixxi lista ta’ gruppi approvati għall-ġbir ta’ embrijuni f’pajjiżi terzi għall-esportazzjoni ta’ embrijuni ta’ bovini lejn il-Komunità (4) rrevokat u ssostitwiet id-Deċiżjoni 92/452/KEE. Id-Deċiżjoni 2008/155/KE tistipula li l-Istati Membri għandhom jimpurtaw l-embrijuni minn pajjiżi terzi biss jekk dawn ikunu nġabru, ġew ipproċessati u ġew maħżuna minn gruppi għall-ġbir u gruppi ta’ produzzjoni mniżżla fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    (4)

    Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE tal-15 ta’ Lulju 2008 li tissimplifika l-proċeduri tal-elenkar u tal-pubblikazzjoni tat-tagħrif fl-oqsma veterinarji u żootekniċi u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE, 77/504/KEE, 88/407/KEE, 88/661/KEE, 89/361/KEE, 89/556/KEE, 90/426/KEE, 90/427/KEE, 90/428/KEE, 90/429/KEE, 90/539/KEE, 91/68/KEE, 91/496/KEE, 92/35/KEE, 92/65/KEE, 92/66/KEE, 92/119/KEE, 94/28/KE, 2000/75/KE, id-Deċiżjoni 2000/258/KE u d-Direttivi 2001/89/KE, 2002/60/KE, u 2005/94/KE (5) emendaw id-Direttiva 89/556/KEE u introduċew proċedura ssimplifikata tal-elenkar u tal-pubblikazzjoni tal-lista tal-gruppi għall-ġbir u tal-produzzjoni f’pajjiżi terzi approvati għall-importazzjonijiet ta’ embrijuni bovini fil-Komunità. Skont il-proċedura l-ġdida, li għandha tibda sseħħ mill-1 ta’ Jannar 2010, il-Kummissjoni ma tibqax ikollha l-kompetenza li tikkompila l-lista. Il-lista tal-gruppi tal-ġbir u tal-produzzjoni li jkun approva l-pajjiż terz skont il-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 89/556/KEE, u li minnhom jistgħu jintbagħtu l-embrijuni fil-Komunità, tkun biss mogħtija lill-Kummissjoni li għandha tpoġġiha għad-dispożizzjoni tal-pubbliku għall-informazzjoni tagħhom.

    (5)

    Bħala konsegwenza tal-proċedura l-ġdida mdaħħla bid-Direttiva 2008/73/KE, id-Deċiżjoni 2008/155/KE tkun tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2009.

    (6)

    Id-Deċiżjoni 2006/168/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

    (7)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2006/168/KE hu mibdul b’dan li ġej:

    “Artikolu 1

    Il-kundizzjonijiet ġenerali għall-importazzjoni ta’ embrijuni

    L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ embrijuni ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi bovina (“embrijuni”) miġbura jew prodotti f’pajjiż terz elenkat fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni minn gruppi approvati għall-ġbir jew għall-produzzjoni tal-embrijuni skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 89/556/KEE.”

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tibda tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Androulla VASSILIOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 302, 19.10.1989, p. 1.

    (2)  ĠU L 57, 28.2.2006, p. 19.

    (3)  ĠU L 250, 29.8.1992, p. 40.

    (4)  ĠU L 50, 23.2.2008, p. 51.

    (5)  ĠU L 219, 14.8.2008, p. 40.


    Top