This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D0719
2009/719/EC: Commission Decision of 28 September 2009 authorising certain Member States to revise their annual BSE monitoring programmes (notified under document C(2009) 6979) (Text with EEA relevance)
2009/719/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 28 ta' Settembru 2009 li tawtorizza ċerti Stati Membri jirrevedu l-programm ta’ monitoraġġ annwali tagħhom tal-BSE (notifikata bid-dokument numru C(2009) 6979) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2009/719/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 28 ta' Settembru 2009 li tawtorizza ċerti Stati Membri jirrevedu l-programm ta’ monitoraġġ annwali tagħhom tal-BSE (notifikata bid-dokument numru C(2009) 6979) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 256, 29.9.2009, pp. 35–37
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version:
28/05/2016
|
29.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 256/35 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-28 ta' Settembru 2009
li tawtorizza ċerti Stati Membri jirrevedu l-programm ta’ monitoraġġ annwali tagħhom tal-BSE
(notifikata bid-dokument numru C(2009) 6979)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2009/719/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1b) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistipula regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni tal-enċefalopatiji sponġiformi li jittieħdu (TSEs) fl-annimali u jirrikjedi li kull Stat Memru jwettaq programm ta' monitoraġġ annwali għat-TSEs ibbażat fuq is-sorveljanza attiva u passiva, skont l-Anness III ta' dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Dawk il-programmi ta' monitoraġġ annwali għandhom ikopru mill-inqas ċerti sottopopolazzjonijiet ta' annimali bovini kif previst fir-Regolament (KE) Nru 999/2001. Dawk is-sottopopolazzjonijiet għandhom jinkludu l-annimali bovini kollha li għandhom iktar minn 24 jew 30 xahar; l-età massima tiddependi mill-kategoriji stipulati fil-punti 2.1, 2.2 u 3.1 tal-Parti I tal-Kapitlu A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 999/2001. |
|
(3) |
L-Artikolu 6(1b) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistipula li Stati Membri li jistgħu juru li kien hemm titjib fil-qagħda epidemjoloġika tagħhom, skont ċerti kriterji, jistgħu japplikaw biex il-programmi ta’ monitoraġġ annwali tagħhom jiġu riveduti. |
|
(4) |
L-Anness III (il-Punt 7 tal-Parti I tal-Kapitolu A) għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi liema informazzjoni għandha tingħata lill-Kummissjoni u liema kriterji epidemjoloġiċi għandhom jikkonformaw magħhom l-Istati Membri li jixtiequ jirrevedu l-programmi ta' monitoraġġ annwali tagħhom. |
|
(5) |
Fis-17 ta' Lulju 2008, l-Awtorità Ewropea tas-Sikurezza tal-Ikel (EFSA) ippubblikat opinjoni xjentifika (2) li vvalutat il-livell ta' riskju addizzjonali għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali wara l-implimentazzjoni ta' reġim ta' monitoraġġ ġdid tal-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE) fil-15-il pajjiż li kienu membri tal-Komunità qabel l-1 ta' Mejju 2004. L-opinjoni kkonkludiet li inqas minn każ tal-BSE wieħed jista' ma jiġix individwat kull sena f'dawk l-Istati Membri jekk l-età tal-annimali bovini koperti mill-programm jiżdied minn 24 xahar għal 48 xahar. |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/908/KE tat-28 ta' Novembru 2008 li tawtorizza ċerti Stati Membri jirrevedu l-programm annwali tagħhom ta’ monitoraġġ tal-BSE (3) ġiet adottata abbażi ta' dik l-opinjoni tal-EFSA, kif ukoll abbażi tal-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet individwali ta' dawk il-15-il Stat Membru. |
|
(7) |
Fl-1 ta’ Settembru 2008, is-Slovenja ppreżentat applikazzjoni lill-Kummissjoni biex jiġi rivedut il-programm ta’ monitoraġġ annwali tal-BSE tagħha. |
|
(8) |
L-Uffiċċju tal-Ikel u Veterinarju (FVO) wettaq spezzjoni f'dak l-Istat Membru f'Jannar 2009 sabiex jivverifika l-konformità mal-kriterji epidemjoloġiċi stipulati fil-punt 7 tal-Parti I tal-Kapitlu A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 999/2001. |
|
(9) |
Ir-riżultati ta' dik l-ispezzjoni rrikonoxxew l-implimentazzjoni korretta fis-Slovenja tar-regoli dwar il-miżuri protettivi stipulati fir-Regolament (KE) Nru 999/2001. Barra minn hekk, ir-rekwiżiti kollha stipulati fit-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 6(1b) u l-kriterji epidemjoloġiċi kollha stipulati fil-punt 7 tal-Parti I tal-Kapitlu A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 ġew iċċekkjati u nstabu li s-Slovenja kienet issodisfathom. |
|
(10) |
Fid-29 ta' April 2009, l-EFSA ppubblikat opinjoni xjentifika ġdida dwar ir-riskju aġġornat għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali marbut mar-reviżjoni tar-reġim ta' monitoraġġ tal-BSE f'xi Stati Membri (4). L-opinjoni vvalutat ukoll is-sitwazzjoni fis-Slovenja u kkonkludiet li, kull sena, inqas minn każ tal-BSE wieħed jista' ma jiġix individwat f'dawk l-Istati Membri jekk l-età tal-annimali bovini koperti mill-programm tiżdied minn 24 xahar għal 48 xahar. |
|
(11) |
Fid-dawl tal-informazzjoni kollha disponibbli, l-applikazzjoni mressqa mis-Slovenja biex jiġi rivedut il-programm ta' monitoraġġ annwali tal-BSE ġiet ivvalutata b'mod favorevoli. Għalhekk, jixraq li s-Slovenja tiġi awtorizzata tirrevedi l-programm ta' monitoraġġ annwali tagħha u li l-età massima l-ġdida għall-ittestjar għall-BSE f'dak l-Istat Membru ssir 48 xahar. |
|
(12) |
Għal raġunijiet epidemjoloġiċi, għandu jkun stipulat li l-programmi ta' monitoraġġ riveduti jistgħu jiġu applikati biss lil annimali bovini li twieldu fi Stat Membru li huwa awtorizzat jirrevedi l-programm ta' monitoraġġ tiegħu. |
|
(13) |
Sabiex tkun iggarantita l-applikazzjoni uniformi tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, jixraq li jiġu stipulati regoli dwar l-età massima għall-ittestjar fil-każ ta' annimali bovini li twieldu fi Stat Membru wieħed iżda li ġew ittestjati f'ieħor. |
|
(14) |
Minħabba ċ-ċarezza u l-konsistenza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, id-Deċiżjoni 2008/908/KE għandha tiġi rrevokata u sostitwita minn din id-Deċiżjoni. |
|
(15) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Istati Membri mniżżla fl-Anness jistgħu jirrevedu l-programm ta’ monitoraġġ annwali tagħhom kif stipulat fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 (“il-programmi ta’ monitoraġġ annwali riveduti”).
Artikolu 2
1. Il-programmi ta’ monitoraġġ annwali riveduti għandhom japplikaw biss għall-annimali bovini li twieldu fl-Istati Membri msemmija fl-Anness u għandhom ikopru għall-inqas l-annimali bovini kollha li jkollhom aktar minn 48 xahar u li jagħmlu parti mis-sottopopolazzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
l-annimali kif imsemmija fil-punt 2.1 tal-Parti I tal-Kapitolu A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 999/2001; |
|
(b) |
l-annimali kif imsemmija fil-punt 2.2 tal-Parti I tal-Kapitolu A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 999/2001; |
|
(c) |
l-annimali kif imsemmija fil-punt 3.1 tal-Parti I tal-Kapitolu A tal-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 999/2001. |
2. Meta annimali bovini li jagħmlu parti mis-sottopopolazzjonijiet imsemija fil-paragrafu 1 u li twieldu f'wieħed mill-Istati Membri mniżżla fl-Anness jiġu ttestjati għall-BSE fi Stat Membru ieħor, għandhom japplikaw l-etajiet massimi għall-ittestjar li jkunu fis-seħħ fl-Istat Membru fejn isiru t-testijiet.
Artikolu 3
Id-Deċiżjoni 2008/908/KE hija revokata.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.
(2) “Opinjoni Xjentifika tal-Bord dwar il-Perikli Bioloġiċi fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-Riskju għas-Saħħa tal-Bniedem u tal-Annimali marbuta mar-reviżjoni tar-reġim ta' Monitoraġġ tal-BSE f'xi Stati Membri”, The EFSA Journal (2008) 762, p. 1.
(3) ĠU L 327, 5.12.2008, p. 24.
(4) “Opinjoni Xjentifika tal-Bord dwar il-Perikli Bioloġiċi fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-riskju aġġornat għas-Saħħa tal-Bniedem u tal-Annimali marbuta mar-reviżjoni tar-reġim ta' Monitoraġġ tal-BSE f'xi Stati Membri”, The EFSA Journal (2009) 1059 p. 1.
ANNESS
LISTA TA' STATI MEMBRI AWTORIZZATI JIRREVEDU L-PROGRAMM TA’ MONITORAĠĠ ANNWALI TAGĦHOM TAL-BSE
|
— |
Il-Belġju |
|
— |
Id-Danimarka |
|
— |
Il-Ġermanja |
|
— |
L-Irlanda |
|
— |
Il-Greċja |
|
— |
Spanja |
|
— |
Franza |
|
— |
L-Italja |
|
— |
Il-Lussemburgu |
|
— |
L-Olanda |
|
— |
Il-Portugall |
|
— |
L-Awstrija |
|
— |
Is-Slovenja |
|
— |
Il-Finlandja |
|
— |
L-Iżvezja |
|
— |
Ir-Renju Unit |