Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0718

2009/718/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 7 ta’ Settembru 2009 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Brażil skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 relattivament għall-modifika ta’ konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea

ĠU L 254, 26.9.2009, p. 104–105 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/718/oj

Related international agreement

26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 254/104


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-7 ta’ Settembru 2009

dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Brażil skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 relattivament għall-modifika ta’ konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea

(2009/718/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 133 flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fid-29 ta’ Jannar 2007, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex jiftħu negozjati ma’ ċerti Membri oħrajn tad-WTO skont l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT 1994, matul il-kors tal-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija.

(2)

In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni b’konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tat-Trattat u fi ħdan il-qafas ta’ direttivi ta’ negozjar maħruġa mill-Kunsill.

(3)

Il-Kummissjoni ffinalizzat in-negozjati dwar Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Brażil. Il-Ftehim għandu jiġi approvat.

(4)

Għandhom jittieħdu l-miżuri neċessarji għat-twettiq ta’ din id-Deċiżjoni skont id-Deċiżjoni 1999/468/KE tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (1),

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Brażil skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 relattivament għall-modifika ta’ konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Ir-regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tal-Ftehim għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (2).

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill hu b’dan awtorizzat jaħtar il-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri msemmi fl-Artikolu 1 sabiex tintrabat il-Komunità.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Settembre 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ERLANDSSON


(1)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(2)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.


Top

26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 254/106


FTEHIM

fil-Forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Brażil skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 relattivament għall-modifika ta’ konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea

Geneva, is-16 ta’ Settembru 2009

Sinjur,

Wara n-negozjati taħt l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 (GATT) relattivament għall-modifika tal-Iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Brażil qablu dwar li ġej:

Il-Komunità Ewropea se tinkorpora fl-iskeda tagħha, għat-territorju doganali tal-KE 27, l-emendi li ġejjin:

Biex jiġu inkorporati fl-iskeda tal-EC27 il-konċessjonijiet li jinsabu fl-iskeda tal-KE25.

Dwar il-linji tariffarji 0201 3000, 0202 3090, 0206 1095 u 0206 2991 għodd 5 000 tunnellati metriċi mal-allokazzjoni tal-Brażil taħt il-kwota tar-rata tariffarja tal-KE “laħam bla għadam ta’ kwalità għolja ta’ annimali bovini, frisk, imkessaħ jew tal-friża”, biż-żamma tar-rata preżenti fil-kwota ta’ 20 %.

Dwar il-linja tariffarja 0202 3090, għodd 9 000 tunnellati metriċi (erga omnes) taħt il-kwota tar-rata tariffarja tal-KE “laħam ta’ annimali bovini, iffriżat” biż-żamma tar-rata preżenti fil-kwota ta’ 20 % jew 20 % + 45 % tar-rata speċifika tad-dazju.

Dwar il-linja tariffarja 0207 1410, għodd 2 500 tunnellati metriċi mal-allokazzjoni tal-Brażil taħt il-kwota tar-rata tariffarja tal-KE “qatgħat ta’ għasafar tal-ispeċi Gallus domesticus” biż-żamma tar-rata preżenti fil-kwota ta’ 0 %.

Dwar il-linja tariffarja 0207 2710, oħloq allokazzjoni għall-pajjiż (Brażil) ta’ 2 500 tunnellati metriċi taħt il-kwota tar-rata tariffarja tal-KE “qatgħat tad-dundjan, iffriżati”, biż-żamma tar-rata preżenti fil-kwota ta’ 0 %.

Dwar il-linja tariffarja 1701 1110, għodd 300 000 tunnellati metriċi għall-allokazzjoni tal-Brażil taħt il-kwota tar-rata tariffarja tal-KE “zokkor tal-kannamieli mhux raffinat, għall-irfinar”, biż-żamma tar-rata preżenti fil-kwota ta’ EUR 98/t.

Dwar il-linja tariffarja 1701 1110, għodd 250 000 tunnellati metriċi (erga omnes) taħt il-kwota tar-rata tariffarja tal-KE “zokkor tal-kannamieli mhux raffinat, għall-irfinar”, biż-żamma tar-rata preżenti fil-kwota ta’ EUR 98/t.

Il-Ftehim se jidħol fis-seħħ mhux aktar tard minn xahrejn wara d-data tal-ittra ffirmata mill-Brażil.

F’isem il-Komunità Ewropea

Image

Geneva, is-16 ta’ Settembru 2009

Sinjur,

B’referenza għall-ittra tiegħek li tgħid kif ġej:

“Wara n-negozjati taħt l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 (GATT) relattivament għall-modifika tal-Iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Brażil qablu dwar li ġej:

Il-Komunità Ewropea se tinkorpora fl-iskeda tagħha, għat-territorju doganali tal-KE 27, l-emendi li ġejjin:

Biex jiġu inkorporati fl-iskeda tal-EC27 il-konċessjonijiet li jinsabu fl-iskeda tal-KE25.

Dwar il-linji tariffarji 0201 3000, 0202 3090, 0206 1095 u 0206 2991 għodd 5 000 tunnellati metriċi mal-allokazzjoni tal-Brażil taħt il-kwota tar-rata tariffarja tal-KE ‘laħam bla għadam ta’ kwalità għolja ta’ annimali bovini, frisk, imkessaħ jew tal-friża’, biż-żamma tar-rata preżenti fil-kwota ta’ 20 %.

Dwar il-linja tariffarja 0202 3090, għodd 9 000 tunnellati metriċi (erga omnes) taħt il-kwota tar-rata tariffarja tal-KE ‘laħam ta’ annimali bovini, iffriżat’ biż-żamma tar-rata preżenti fil-kwota ta’ 20 % jew 20 % + 45 % tar-rata speċifika tad-dazju.

Dwar il-linja tariffarja 0207 1410, għodd 2 500 tunnellati metriċi mal-allokazzjoni tal-Brażil taħt il-kwota tar-rata tariffarja tal-KE ‘qatgħat ta’ għasafar tal-ispeċi Gallus domesticus’ biż-żamma tar-rata preżenti fil-kwota ta’ 0 %.

Dwar il-linja tariffarja 0207 2710, oħloq allokazzjoni għall-pajjiż (Brażil) ta’ 2 500 tunnellati metriċi taħt il-kwota tar-rata tariffarja tal-KE ‘qatgħat tad-dundjan, iffriżati’, biż-żamma tar-rata preżenti fil-kwota ta’ 0 %.

Dwar il-linja tariffarja 1701 1110, għodd 300 000 tunnellati metriċi għall-allokazzjoni tal-Brażil taħt il-kwota tar-rata tariffarja tal-KE ‘zokkor tal-kannamieli mhux raffinat, għall-irfinar’, biż-żamma tar-rata preżenti fil-kwota ta’ EUR 98/t.

Dwar il-linja tariffarja 1701 1110, għodd 250 000 tunnellati metriċi (erga omnes) taħt il-kwota tar-rata tariffarja tal-KE ‘zokkor tal-kannamieli mhux raffinat, għall-irfinar’, biż-żamma tar-rata preżenti fil-kwota ta’ EUR 98/t.

Il-Ftehim se jidħol fis-seħħ mhux aktar tard minn xahrejn wara d-data tal-ittra ffirmata mill-Brażil.”.

Għandi l-unur nikkonferma li l-Gvern tiegħi jaqbel mal-kontenut tal-ittra tiegħek.

F’isem il-Brażil

Image

Top