This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D0550
2009/550/EC: Council Decision of 5 March 2009 on the approval of amendments to the Convention on future multilateral cooperation in the North-East Atlantic Fisheries allowing for the establishment of dispute settlement procedures, the extension of the scope of the Convention and a review of the objectives of the Convention
2009/550/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 5 ta’ Marzu 2009 dwar l-approvazzjoni ta’ emendi għall-Konvenzjoni dwar il-koperazzjoni multilaterali fil-ġejjieni rigward is-Sajd fil-Grigal tal-Atlantiku, li jippermettu l-istabbiliment ta’ proċeduri ta’ riżoluzzjoni ta’ disputi, l-estensjoni tal-ambitu tal-Konvenzjoni u reviżjoni tal-għanijiet tal-Konvenzjoni
2009/550/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 5 ta’ Marzu 2009 dwar l-approvazzjoni ta’ emendi għall-Konvenzjoni dwar il-koperazzjoni multilaterali fil-ġejjieni rigward is-Sajd fil-Grigal tal-Atlantiku, li jippermettu l-istabbiliment ta’ proċeduri ta’ riżoluzzjoni ta’ disputi, l-estensjoni tal-ambitu tal-Konvenzjoni u reviżjoni tal-għanijiet tal-Konvenzjoni
ĠU L 184, 16.7.2009, p. 12–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
16.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 184/12 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-5 ta’ Marzu 2009
dwar l-approvazzjoni ta’ emendi għall-Konvenzjoni dwar il-koperazzjoni multilaterali fil-ġejjieni rigward is-Sajd fil-Grigal tal-Atlantiku, li jippermettu l-istabbiliment ta’ proċeduri ta’ riżoluzzjoni ta’ disputi, l-estensjoni tal-ambitu tal-Konvenzjoni u reviżjoni tal-għanijiet tal-Konvenzjoni
(2009/550/KE)
IL-KUNSILL tal-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37, flimkien mal-Artikolu 300 (2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300 (3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Il-Konvenzjoni dwar il-Koperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni rigward is-Sajd fil-Grigal tal-Atlantiku (il-Konvenzjoni) ġiet iffirmata f’Londra fit-18 ta’ Novembru 1980 u daħlet fis-seħħ fis-17 ta’ Marzu 1982. |
(2) |
Il-Komunità ssieħbet f’din il-Konvenzjoni fit-13 ta’ Lulju 1981 (2). |
(3) |
Skond l-Artikolu 19(2) tal-Konvenzjoni, l-adozzjoni ta’ emenda għall-Konvenzjoni tirrikjedi maġġoranza ta’ tliet kwarti tal-Partijiet Kontraenti kollha. Skond l-Artikolu 19(3) tal-Konvenzjoni, emenda tidħol fis-seħħ 120 jum wara d-data tan-notifika mid-Depożitarju dwar l-irċevuta ta’ notifika bil-miktub tal-approvazzjoni minn tliet kwarti tal-Partijiet Kontraenti kollha. |
(4) |
Il-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni fit-23 Laqgħa annwali tal-Kummissjoni għas-Sajd fil-Grigal tal-Atlantiku (NEAFC) li seħħet f’Novembru 2004, adottat emenda għall-Konvenzjoni li tippermetti li n-NEAFC biex tadotta rakkomandazzjonijiet li jistabbilixxu l-proċeduri ta’ riżoluzzjoni ta’ disputi naxxenti mill-Konvenzjoni. |
(5) |
Permezz ta’ vot postali, fil-11 ta’ Awwissu 2006, il-Partijiet Kontraenti tal-Konvenzjoni adottaw emenda għall-Konvenzjoni li permezz tagħha l-ambitu tal-Konvenzjoni ġie estiż biex jinkludi speċijiet sedentarji u l-għanijiet tal-Konvenzjoni ġew imwessgħin. Il-Konvenzjoni ġiet emendata wkoll biex issemmi l-iżviluppi f’fora internazzjonali oħra għall-ġestjoni tas-sajd, li jaffettwaw is-sajd fiż-żona tal-Konvenzjoni tan-NEAFC, u ġew introdotti ċerti definizzjonijiet ġodda. |
(6) |
L-ispeċijiet sedentarji jinqabdu jew jiġu affetwati mis-sajd u għalhekk iddaħħlu fl-ambitu tal-Konvenzjoni. |
(7) |
Il-Konvenzjoni tipprovdi li n-NEAFC għandha twettaq il-funzjonijiet tagħha fl-interess tal-konservazzjoni u l-aqwa użu tar-riżorsi tas-sajd. Minbarra dawn l-għanijiet, huwa importanti li tiġi enfasizzata l-importanza tal-ġestjoni fit-tul u li l-ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd għandha tipprovdi benefiċċji ekonomiċi, ambjentali u soċjali sostenibbli. Għalhekk huwa xieraq li dawn l-elementi jiġu inklużi bħala għanijiet fil-Konvenzjoni. |
(8) |
Skond il-Konvenzjoni, fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħha n-NEAFC għandha, tieħu kont tal-aqwa pariri xjentifiċi disponibbli għaliha. Fit-twettiq tal-għanijiet, huwa importanti wkoll li jittieħed kont tal-approċċ prekawzjonali, l-approċċ ekosistemiku u l-bżonn li tiġi kkonservata d-diversità bijoloġika tal-baħar. Għalhekk huwa xieraq li n-NEAFC tieħu kont ta’ dawn l-elementi hi u twettaq il-funzjonijiet tagħha. |
(9) |
Proċedura ta’ riżoluzzjoni ta’ disputi, stabbilita taħt il-Konvenzjoni, għandha tippermetti riżoluzzjoni ta’ disputi f’qasir żmien, li jkun fl-interess tal-Komunità. |
(10) |
Barra minn hekk, tali proċedura għandha tgħin fit-tisħiħ u l-immodernizzar tal-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, b’mod partikolari tan-NEAFC, u b’hekk tiżgura s-sostenibbiltà fit-tul tas-sajd fil-Grigal tal-Atlantiku. |
(11) |
Fid-dawl tal-possibbiltajiet tas-sajd favur il-Komunità taħt il-Konvenzjoni, huwa fl-interess tal-Komunità li l-emendi proposti jiġu approvati, |
FTIEHMU FUQ DAN LI GEJ:
Artikolu 1
L-emendi għall-Konvenzjoni, huma b’dan approvati f’isem il-Komunità Ewropea.
It-test tal-emendi għall-Konvenzjoni huma mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill b’dan huwa awtorizzat jaħtar l-persuni mogħtija s-setgħa li jinnotifikaw lill-Gvern Depożitarju dwar l-approvazzjoni mill-Komunità skont l-Artikolu 19(3) tal-Konvenzjoni (3).
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Marzu 2009.
Għall-Kunsill
M. ŘÍMAN
Il-President
(1) L-Opinjoni tad-19.2.2009 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.)
(2) ĠU L 227, 12.8.1981, p. 21.
(3) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-emendi għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
ANNESS
Il-Konvenzjoni dwar il-Koperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni tas-Sajd fil-Grigal tal-Atlantiku hija emendata kif ġej:
1. |
Fil-preambolu għandu jiddaħħal tieni paragrafu ġdid kif ġej: “Waqt li jirrikonoxxu d-dispożizzjonijiet relevanti tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982; il-Ftehim dwar l-implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijet tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982 dwar il-Konservazzoni u l-Ġestjoni ta’ Stokkijiet Transżonali u Stokkijiet ta’ Ħut b’tendenza kbira li jpassi, 1995; il-Ftehim għall-Promozzjoni tal-Konformità mal-Miżuri Internazzjonali ta’ Konservazzjoni u Ġestjoni minn Bastimenti tas-Sajd fl-Ibħra Miftuħa, 1993, u b’kont meħud tal-Kodiċi ta’ Mġiba għas-Sajd Responsabbli adottat mit-28 Sessjoni tal-Konferenza tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti f’Ottubru 1995.” |
2. |
Fil-preambolu, it-tielet paragrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Xewqana li jippromwovu l-konservazzjoni fit-tul u l-aqwa użu tar-riżorsi tas-sajd taż-żona tal-Grigal tal-Atlantiku, u b’hekk jissalvagwardjaw l-ekosistemi tal-baħar li fihom jgħixu r-riżorsi, u b’hekk jinkoraġġixxu l-kooperazzjoni u l-konsultazzjoni internazzjonali fir-rigward ta’ dawn ir-riżorsi.” |
3. |
L-Artikolu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 1 Għall-finijet ta’ din il-Konvenzjoni japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
4. |
L-Artikolu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 2 L-għan ta’ din il-Konvenzjoni huwa li jiġu żgurati l-konservazzjoni fit-tul u l-aqwa użu tar-riżorsi tas-sajd fiż-Żona tal-Konvenzjoni, biex b’hekk jittieħdu benefiċċji ekonomiċi, ambjentali u soċjali sostenibbli.” |
5. |
L-Artikolu 4 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 4 (1) Il-Kummissjoni għandha twettaq il-funzjonijiet tagħha biex tissodisfa l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 2. (2) Il-Kummissjoni, meta tagħmel rakkomandazzjonijiet skont l-Aritkolu 5 jew 6 ta’ din il-Konvenzjoni għandha b’mod partikolari:
(3) Il-Kummissjoni għandha tipprovdi forum għall-konsultazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni dwar l-istat tar-riżorsi tas-sajd fiż-Żona tal-Konvenzjoni u dwar il-linji politiċi ta’ ġestjoni, inkluż eżaminar tal-effetti ġenerali ta’ politiki bħal dawn fuq ir-riżorsi tas-sajd u, possibbilment riżorsi tal-baħar u ekosistemi tal-baħar oħrajn.” |
6. |
Fl-Artikoli 5, 6, 8, 9, 12, 13, 15, 18 u 20 il-kliem “ġurisdizzjoni tas-sajd” għandu jiġi sostitwit b’din li ġejja: “ġurisdizzjoni”. |
7. |
L-Artikolu li ġej għandu jiġi inserit: “Artikolu 18 a Il-Kummissjoni għandha tagħmel rakkomandazzjonijiet li jistabbillixxu l-proċeduri ta’ riżoluzzjoni ta’ disputi naxxenti minn din il-Konvenzjoni.”. |