This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D0378
2009/378/EC: Commission Decision of 8 May 2009 providing for the temporary marketing of certain seed potatoes not satisfying the requirements of Council Directive 2002/56/EC (notified under document number C(2009) 3392)
2009/378/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 8 ta’ Mejju 2009 li tistipula t-tqegħid fis-suq temporanju ta’ ċerta patata taż-żerriegħa li ma tissodisfax ir-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 3392)
2009/378/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 8 ta’ Mejju 2009 li tistipula t-tqegħid fis-suq temporanju ta’ ċerta patata taż-żerriegħa li ma tissodisfax ir-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 3392)
ĠU L 117, 12.5.2009, pp. 8–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 11/12/2010
|
12.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 117/8 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-8 ta’ Mejju 2009
li tistipula t-tqegħid fis-suq temporanju ta’ ċerta patata taż-żerriegħa li ma tissodisfax ir-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE
(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 3392)
(2009/378/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-bejgħ fis-suq tal-patata taż-żerriegħa (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fl-Anness I.2(c) għad-Direttiva 2002/56/KE huwa stipulat li n-numru ta’ pjanti li juru sintomi ta’ infezzjoni virali gravi fil-proġeni diretti ma għandux jaqbeż l-10 %. Fl-Isvezja l-kwantità ta’ patata taż-żerriegħa disponibbli, li tappartjeni għall-kategorija “patata taż-żerriegħa ċċertifikata” adattata għall-kundizzjonijiet ambjentali nazzjonali u li tissodisfa r-rekwiżit ta’ hawn fuq, mhijiex biżżejjed u għalhekk mhijiex adegwata biex tissodisfa l-ħtiġijiet ta’ dak l-Istat Membru. |
|
(2) |
Mhuwiex possibbli li tintlaħaq id-domanda għall-patata taż-żerriegħa bil-patata taż-żerriegħa minn Stati Membri oħra jew minn pajjiżi terzi, li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fid-Direttiva 2002/56/KE. |
|
(3) |
Għaldaqstant, l-Isvezja għandha tkun awtorizzata tippermetti t-tqegħid fis-suq ta’ patata taż-żerriegħa bil-kundizzjoni ta’ rekwiżiti inqas stretti għal perjodu li jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2009. |
|
(4) |
Barra minn hekk, l-Istati Membri l-oħra, li jinsabu f’pożizzjoni li jipprovdu lill-Izvezja b’patata taż-żerriegħa irrispettivament minn jekk il-patata taż-żerriegħa nħasditx fi Stat Membru jew f’pajjiż terz, għandhom ikunu awtorizzati jippermettu t-tqegħid fis-suq ta’ patata taż-żerriegħa ta’ din ix-xorta. |
|
(5) |
Huwa xieraq li l-Isvezja taġixxi bħala koordinatur biex tiżgura li l-ammont totali ta’ patata taż-żerriegħa awtorizzat skont din id-Deċiżjoni ma jaqbiżx il-kwantità massima koperta minn din id-Deċiżjoni. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għaż-Żrieragħ u l-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikultura u l-Foresterija, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
It-tqegħid fis-suq fil-Komunità ta’ patata taż-żerriegħa tal-kategorija “patata taż-żerriegħa ċċertifikata” li ma tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2002/56/KE fir-rigward tal-għadd ta’ pjanti li juru sintomi ta’ infezzjoni virali gravi fil-proġeni diretti għandhom ikunu permessi, għal perjodu li jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2009, skont it-termini stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni u suġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
l-għadd ta’ pjanti li juru sintomi ta’ infezzjoni virali gravi fil-proġeni diretti ta’ patata taż-żerriegħa tal-kategorija “patata taż-żerriegħa ċċertifikata” ma taqbiżx il-perċentwali stabbilit fl-Anness, |
|
(b) |
it-tikketta uffiċjali tistqarr li l-perċentwali ta’ pjanti li juru sintomi ta’ infezzjoni virali gravi fil-proġeni diretti ta’ patata taż-żerriegħa tal-kategorija “patata taż-żerriegħa ċċertifikata” aċċertata fl-eżami uffiċjali skont l-Artikolu 2(c)(iv) tad-Direttiva 2002/56/KE, |
|
(c) |
il-patata taż-żerriegħa titqieħed fis-suq skont l-Artikolu 2 ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Kull fornitur tal-patata li jkun jixtieq iqiegħed fis-suq il-patata taż-żerriegħa msemmija fl-Artikolu 1, għandu japplika għall-awtorizzazzjoni lill-Istat Membru li fih hu jkun stabbilit jew li jkun qed jimporta fih.
L-Istat Membru kkonċernat għandu jawtorizza lill-fornitur biex iqiegħed dik il-patata taż-żerriegħa fis-suq, sakemm:
|
(a) |
ikun hemm biżżejjed evidenza biex ikun hemm dubju dwar jekk fornitur ikunx kapaċi jqiegħed fis-suq l-ammont ta’ patata taż-żerriegħa li jkun applika għal awtorizzazzjoni għaliha; jew |
|
(b) |
il-kwantità totali awtorizzata biex titqiegħed fis-suq skont id-deroga kkonċernata tkun taqbeż il-kwantità massima speċifikata fl-Anness. |
Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom jgħinu lil xulxin b’mod amministrattiv fl-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.
L-Isvezja għandha taġixxi bħala Stat Membru koordinatur biex tiżgura li l-ammont totali awtorizzat ma jaqbiżx il-kwantità massima speċifikata fl-Anness.
Kull Stat Membru li jirċievi applikazzjoni skont l-Artikolu 2 għandu javżaw minnufih lill-Istat Membru koordinatur bl-ammont kopert mill-applikazzjoni. L-Istat Membru koordinatur għandu jgħarraf lill-Istat Membru li qed jinnotifika minnufih dwar jekk l-awtorizzazzjoni tistax twassal biex tinqabeż il-kwantità massima.
Artikolu 4
L-Istati Membri għandhom javżaw minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar il-kwantitajiet li tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tagħhom skont din id-Deċiżjoni.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 8 ta’ Mejju 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
|
Speċijiet |
Tip tal-varjetà |
Kwantità massima (tunnellati) |
Numru ta’ pjanti li juru sintomi ta’ infezzjoni virali gravi fil-proġeni diretti (%) |
|
Patata |
(varjetajiet tal-lamtu) Seresta |
150 |
15 |