EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0254

2009/254/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 20 ta' Marzu 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2008/855/KE dwar il-miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Ġermanja (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 1668) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 75, 21.3.2009, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/12/2013; Imħassar b' 32013D0764

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/254(1)/oj

21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 75/22


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-20 ta' Marzu 2009

li temenda d-Deċiżjoni 2008/855/KE dwar il-miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Ġermanja

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 1668)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/254/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar ispezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/855/KE tat-3 ta’ Novembru 2008 dwar il-miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri (3) tistipula ċerti miżuri ta’ kontroll għad-deni klassiku tal-ħnieżer fl-Istati Membri jew reġjuni tagħhom stipulati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni.

(2)

Il-Ġermanja għarrfet lill-Kummissjoni bl-iżvilupp riċenti ta’ dik il-marda fil-ħnieżer selvaġġi f’ċerti żoni tal-istati federali tar-Rhine-Westphalia tat-Tramuntana u r-Rhineland-Palatinate.

(3)

Dan it-tagħrif jindika li d-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi nqered f’ċerti żoni f’dawk l-istati federali. Għaldaqstant, dawk iż-żoni fejn is-sitwazzjoni tjiebet għandhom għalhekk jitneħħew mil-lista fl-Anness tad-Deċiżjoni 2008/855/KE u l-miżuri stipulati f’dik id-Deċiżjoni ma jibqgħux applikabbli.

(4)

Kienu rrappurtati każijiet ġodda ta’ deni klassiku tal-ħnieżer fi ħnieżer selvaġġi f’reġjun fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera bejn ir-Rhine-Westphalia tat-Tramuntana u r-Rhineland-Palatinate, li sa issa ma kienx affettwat mill-marda. Għaldaqstant, dawk iż-żoni għandhom jiżdiedu mal-lista fl-Anness tad-Deċiżjoni 2008/855/KE u l-miżuri stipulati f’dik id-Deċiżjoni għandhom japplikaw.

(5)

Għal raġunijiet ta’ trasparenza fil-leġiżlazzjoni Komunitarja, il-parti kollha tal-lista stipulata fl-Anness tad-Deċiżjoni 2008/855/KE li tikkonċerna l-Ġermanja, għandha tinbidel bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

(6)

Id-Deċiżjoni 2008/855/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-parti tal-Anness tad-Deċiżjoni 2008/855/KE li tikkonċerna l-Ġermanja tinbidel bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 20 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13; l-Edizzjoni Speċjali bil-Malti Kapitolu 3, Volum 9, p. 214.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29; l-Edizzjoni Speċjali bil-Malti Kapitolu 3, Volume 10, p. 138.

(3)  ĠU L 302, 13.11.2008, p. 19.


ANNESS

“1.   Il-Ġermanja

A.   Fl-istat federali tar-Rhineland-Palatinate:

(a)

fil-Kreis Ahrweiler: il-muniċipalitajiet ta’ Adenau u Altenahr;

(b)

fil-Landkreis Vulkaneifel: fil-muniċipalità ta’ Obere Kyll il-lokalitajiet ta’ Birgel, Esch, Feusdorf u Jünkerath, fil-muniċipalità ta’ Hillesheim il-lokalitajiet ta’ Berndorf, Dohm-Lammersdorf, Hillesheim, Kerpen, Nohn, Oberehe-Stroheich, Üxheim, Walsdorf u Wiesbaum, fil-muniċipalità ta’ Daun il-lokalità ta’ Dreis-Brück, fil-muniċipalità ta’ Kelberg il-lokalitajiet ta’ Beinhausen, Bodenbach, Bongard, Borler, Boxberg, Brücktal, Drees, Gelenberg, Kelberg, Kirsbach, Neichen, Nitz, Reimerath u Welcherath;

(ċ)

Il-Kreise Altenkirchen u Neuwied;

(d)

fil-Kreis Westerwald: il-muniċipalitajiet ta’ Bad Marienberg, Hachenburg, Ransbach-Baumbach, Rennerod, Selters, Wallmerod u Westerburg, il-muniċipalità ta’ Höhr-Grenzhausen fit-tramuntana tal-awtostrada A48, il-muniċipalità ta’ Montabaur fit-tramuntana tal-awtostrada A3 u l-muniċipalità ta’ Wirges fit-tramuntana tal-awtostradi A48 u A3.

B.   Fl-istat federali tar-Rhine-Westfalia tat-Tramuntana:

(a)

fil-Kreis Euskirchen: il-belt ta’ Bad Münstereifel, fil-belt ta’ Mechernich il-lokalitajiet ta’ Antweiler, Harzheim, Holzheim, Lessenich, Rißdorf, Wachendorf u Weiler am Berge, fil-belt ta’ Euskirchen il-lokalitajiet ta’ Billig, Euenheim, Euskirchen, Flamersheim, Kirchheim, Kuchenheim, Kreuzweingarten, Niederkastenholz, Palmersheim, Rheder, Roitzheim, Schweinheim u Stotzheim, fil-muniċipalità ta’ Nettersheim il-lokalitajiet ta’ Bouderath, Buir, Engelgau, Frohngau, Holzmühlheim, Pesch, Tondorf u Roderath, fil-muniċipalità ta’ Dahlem il-lokalità ta’ Dahlem u l-muniċipalità ta’ Blankenheim, minbarra l-lokalità ta’ Blankenheimer Wald;

(b)

fir-Rhein-Sieg-Kreis: fil-belt ta’ Meckenheim il-lokalitajiet ta’ Ersdorf u Altendorf, fil-belt ta’ Rheinbach il-lokalitajiet ta’ Oberdrees, Niederdrees, Wormersdorf, Todenfeld, Hilberath, Merzbach, Irlenbusch, Queckenberg, Kleinschlehbach, Großschlehbach, Loch, Berscheidt, Eichen u Kurtenberg, fil-muniċipalità ta’ Swisttal il-lokalitajiet ta’ Miel u Odendorf, il-bliet Bad Honnef, Königswinter, Hennef (Sieg), Sankt Augustin, Niederkassel, Troisdorf, Siegburg u Lohmar u l-muniċipalitajiet ta’ Neunkirchen-Seelscheid, Eitorf, Ruppichteroth, Windeck u Much;

(ċ)

fil-Kreis Siegen-Wittgenstein fil-muniċipalità ta’ Kreuztal il-lokalitajiet ta’ Krombach, Eichen, Fellinghausen, Osthelden, Junkernhees u Mittelhees, fil-belt ta’ Siegen il-lokalitajiet ta’ Sohlbach, Dillnhütten, Geisweid, Birlenbach, Trupbach, Seelbach, Achenbach, Lindenberg, Rosterberg, Rödgen, Obersdorf, Eisern u Eiserfeld, il-muniċipalitajiet ta’ Freudenberg, Neunkirchen u Burbach, fil-muniċipalità ta’ Wilnsdorf il-lokalitajiet ta’ Rinsdorf u Wilden;

(d)

fil-Kreis Olpe fil-belt ta’ Drolshagen il-lokalitajiet ta’ Drolshagen, Lüdespert, Schlade, Hützemert, Feldmannshof, Gipperich, Benolpe, Wormberg, Gelsingen, Husten, Halbhusten, Iseringhausen, Brachtpe, Berlinghausen, Eichen, Heiderhof, Forth u Buchhagen, fil-belt ta’ Olpe il-lokalitajiet ta’ Olpe, Rhode, Saßmicke, Dahl, Friedrichsthal, Thieringhausen, Günsen, Altenkleusheim, Rhonard, Stachelau, Lütringhausen u Rüblinghausen, il-muniċipalità ta’ Wenden;

(e)

fil-Märkische Kreis il-bliet Halver, Kierspe u Meinerzhagen;

(f)

fil-belt ta’ Remscheid il-lokalitajiet ta’ Halle, Lusebusch, Hackenberg, Dörper Höhe, Niederlangenbach, Durchsholz, Nagelsberg, Kleebach, Niederfeldbach, Endringhausen, Lennep, Westerholt, Grenzwall, Birgden, Schneppendahl, Oberfeldbach, Hasenberg, Lüdorf, Engelsburg, Forsten, Oberlangenbach, Niederlangenbach, Karlsruhe, Sonnenschein, Buchholzen, Bornefeld u Bergisch Born;

(g)

fil-bliet ta’ Köln and Bonn il-muniċipalitajiet fuq in-naħa tal-lemin tax-xmara Rhine;

(h)

il-belt ta’ Leverkusen;

(i)

ir-Rheinisch-Bergische Kreis;

(j)

l-Oberbergische Kreis.”


Top