Välj vilka experimentfunktioner du vill testa

Det här dokumentet är ett utdrag från EUR-Lex webbplats

Dokument 32008R1014

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1014/2008 tas- 16 ta’ Ottubru 2008 li jdaħħal ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (České pivo (IĠP), Cebreiro (DPO))

ĠU L 276, 17.10.2008, s. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Dokumentets rättsliga status Gällande

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1014/oj

17.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 276/27


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1014/2008

tas-16 ta’ Ottubru 2008

li jdaħħal ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (České pivo (IĠP), Cebreiro (DPO))

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1) [traduzzjoni mhux uffiċjali], u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 6(2), l-ewwel subparagrafu, u b'applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba tar-Repubblika Ċeka għall-introduzzjoni tad-denominazzjoni “České pivo” u t-talba ta’ Spanja għall-introduzzjoni tad-denominazzjoni “Cebreiro” ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, dawn id-denominazzjonijiet għandhom ikunu rreġistrati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjonijiet imsemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom ikunu rreġistrati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)   ĠU C 16, 23.1.2008, p. 14 (České pivo), ĠU C 16, 23.1.2008, p. 23 (Cebreiro).


ANNESS

1.   

Prodotti agrikoli għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.3.

Ġobnijiet

SPANJA

Cebreiro (DPO)

2.   

Oġġetti tal-ikel imsemmija fl-Anness I għar-Regolament:

Klassi 2.1.

Birer

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

České pivo (IĠP)


Upp