Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0989

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 989/2008 tat- 8 ta’ Ottubru 2008 li jistabbilixxi l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ esportazzjoni tal-ġobon biex jiġi esportat lejn l-Istati Uniti tal-Amerika fl-2009 skont ċerti kwoti tal-GATT

ĠU L 268, 9.10.2008, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/989/oj

9.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 268/25


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 989/2008

tat-8 ta’ Ottubru 2008

li jistabbilixxi l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ esportazzjoni tal-ġobon biex jiġi esportat lejn l-Istati Uniti tal-Amerika fl-2009 skont ċerti kwoti tal-GATT

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1282/2006 tas-17 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 dwar liċenzji ta’ esportazzjoni u rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fil-każ ta’ ħalib u prodotti tal-ħalib (2), b'mod partikolari l-Artikolu 25 (1) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 850/2008 (3) jiftaħ il-proċedura għall-allokazzjoni ta’ liċenzji ta’ esportazzjoni għall-ġobon għall-esportazzjoni lejn l-Istati Uniti tal-Amerika fl-2009 skont il-kwoti tal-GATT imsemmija fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ esportazzjoni għal ċerti kwoti u gruppi ta’ prodotti jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għas-sena tal-kwoti 2009. Għandhom għaldaqstant jiġu ffissati l-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006.

(3)

Fil-każ ta’ gruppi ta’ prodotti u ta’ kwoti fejn l-applikazzjonijiet depożitati għall-kwantitajiet inferjuri minn dawk disponibbli, huwa xieraq, skont l-Artikolu 25(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1282/2006, li tiġi pprovvduta l-allokazzjoni tal-kwantitajiet li jifdallhom lill-applikanti fil-proporzjon tal-kwantitajiet applikati mitluba. L-allokazzjoni tal-kwantitatijiet żejda għandha tiġi subordinata għall-kommunikazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-kwantitajiet aċċettati mill-operatur ikkonċernat u għall-għoti ta’ garanzija mill-operaturi interessati.

(4)

Fid-dawl tal-iskadenza ffissata għall-implimentazzjoni tal-proċedura tad-determinazzjoni ta’ dawn il-koeffiċjenti, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 850/2008, jeħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-aktar fis possibbli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzi għall-esportazzjoni ddepożitati skont ir-Regolament (KE) Nru 850/2008 rigward il-gruppi tal-prodotti u l-kwoti identifikati mis-“16-Tokyo, 16-, 17-, 18-, 20- u l-21-Urugwaj, 22-Tokjo, 22-Urugwaj u 25-Tokjo” fil-kolonna 3 tal-Anness ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu aċċettati, bir-riżerva tal-applikazzjoni tal-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni indikati fil-kolonna ta’ dan l-Anness.

Artikolu 2

L-applikazzjonijiet għal-liċenzi għall-esportazzjoni ddepożitati skont ir-Regolament (KE) Nru 850/2008 rigward il-grupp ta’ prodotti u l-kwoti identifikati minn “25-Urugwaj” fil-kolonna 3 tal-Anness ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu aċċettati skont il-kwantitajiet mitluba.

Il-liċenzji ta’ esportazzjoni jistgħu jingħataw għall-kwantitajiet żejda skont l-applikazzjoni tal-koeffiċjent ta’ allokazzjoni kif indikat fil-kolonna 6 tal-Anness, wara l-aċċettazzjoni mill-operatur fiż-żmien ġimgħa li tibda tgħodd mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u suġġett għall-għoti tal-garanzija mitluba.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 234, 29.8.2006, p. 4.

(3)  ĠU L 231, 29.8.2008, p. 12.


ANNESS

L-identifikazzjoni tal-grupp skond in-Noti Addizzjonali fil-Kapitolu 4 tal-Iskeda ta’ Tariffi Armonizzati tal-Istati Uniti

Identifikazzjoni tal-grupp u tal-kwota

Kwantitajiet disponibbli għas-sena 2009

(f’tunnellati)

Koeffiċjent ta’ allokazzjoni previst fl-Artikolu 1

Koeffiċjent ta’ allokazzjoni previst fl-Artikolu 2

In-numru tan-nota

Grupp

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

16

Not specifically provided for (NSPF)

16-Tokyo

908,877

0,2204967

 

16-Uruguay

3 446,000

0,1284613

 

17

Blue Mould

17-Uruguay

350,000

0,0806452

 

18

Cheddar

18-Uruguay

1 050,000

0,3143713

 

20

Edam/Gouda

20-Uruguay

1 100,000

0,1351351

 

21

Italian type

21-Uruguay

2 025,000

0,0781853

 

22

Swiss or Emmenthaler cheese other than with eye formation

22-Tokio

393,006

0,4661993

 

22-Uruguay

380,000

0,8444444

 

25

Swiss or Emmenthaler cheese with eye formation

25-Tokio

4 003,172

0,8874245

 

25-Uruguay

2 420,000

 

1,1255814


Top