EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0912

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 912/2008 tat- 18 ta' Settembru 2008 li jistipula l-koeffiċjent tal-allokazzjoni applikabbli għall-applikazzjonijiet għal liċenzji ta' importazzjoni mressqa fil-kuntest tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 964/2007 għar-ross li joriġina mill-pajjiżi l-anqas żviluppati

ĠU L 251, 19.9.2008, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/912/oj

19.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 251/20


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 912/2008

tat-18 ta' Settembru 2008

li jistipula l-koeffiċjent tal-allokazzjoni applikabbli għall-applikazzjonijiet għal liċenzji ta' importazzjoni mressqa fil-kuntest tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 964/2007 għar-ross li joriġina mill-pajjiżi l-anqas żviluppati

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 964/2007 (3), għas-sena tas-suq 2008/2009 fetaħ kwota tariffarja annwali għall-importazzjoni ta' 6 694 tunnellata ta' ross tal-kodiċi NM 1006 espressa bħala ekwivalenti ta' ross bla qoxra u li joriġina mill-pajjiżi l-inqas żviluppati (numru tas-serje 09.4178).

(2)

Mill-komunikazzjoni magħmula skont l-Artikolu 4(a) tar-Regolament (KE) Nru 964/2007, jirriżulta li l-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem ta' [Settembru/Frar] 200[8/9] skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament imsemmi, jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġi determinat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji għall-importazzjoni ta' ross li joriġina mill-pajjiżi l-anqas żviluppati, imsemmija fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 980/2005 (4), mill-kwota għas-sena tas-suq 2008/2009 imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 964/2007, imressqa matul l-ewwel sebat ijiem ta' [Settembru/Frar] 200[8/9] iwasslu għall-ħruġ ta' liċenzji għall-kwantitajiet mitluba skont koeffiċjent ta' allokazzjoni ta' 70,583119 %.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 213, 15.5.2007, p. 26.

(4)  ĠU L 169, 30.6.2005, p. 1.


Top