Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0910

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 910/2008 tat- 18 ta' Settembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 951/2006 rigward il-provvediment ta’ regoli dettaljati għal esportazzjonijiet barra mill-kwota fis-settur taz-zokkor

    ĠU L 251, 19.9.2008, p. 13–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 27/12/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R2835

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/910/oj

    19.9.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 251/13


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 910/2008

    tat-18 ta' Settembru 2008

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 951/2006 rigward il-provvediment ta’ regoli dettaljati għal esportazzjonijiet barra mill-kwota fis-settur taz-zokkor

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 tal-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u partikolarment l-Artikolu 40(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skond l-Artikolu 12(d) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, iz-zokkor jew l-isoglukożju li matul sena tas-suq jiġu prodotti aktar mill-kwota msemmija fl-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament jistgħu jiġu esportati biss sal-limitu kwantitattiv li se jiġi stabbilit. Għal dan il-għan, għandu jitqies bħala l-kwota tal-esportazzjoni fis-sens tal-Artikolu 1(2)(b)(iii) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (2).

    (2)

    Fir-rigward tas-settur taz-zokkor, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 (3) jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 rigward kummerċ ma’ pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor.

    (3)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 952/2006 (4), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 707/2008 (5) issimplifika l-użu tal-metodi li jintużaw għad-determinazzjoni tal-kontenut taz-zokkor fil-ġulepp. Għaldaqstant, ikun xieraq li l-metodi li jintużaw fil-każ tar-rifużjonijiet għall-esportazzjoni jiġu armonizzati ma’ dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 952/2006.

    (4)

    Bl-għan li tiġi żgurata ġestjoni tajba, li ma tinħoloqx spekulazzjoni u li jiġu provduti kontrolli effettivi, għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji għall-esportazzjoni ta’ zokkor u isoglukożju barra mill-kwota. Dawn ir-regoli għandhom jagħmlu użu mill-proċeduri stabbiliti fil-leġiżlazzjoni fis-seħħ, flimkien ma' adattamenti xierqa li jqisu l-ħtiġijiet speċifiċi ta' dan is-settur.

    (5)

    Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet implimentattivi oħrajn għall-amministrazzjoni tal-limitu kwantitattiv li se jiġi stabbilit permezz ta’ Att differenti, partikolarment dwar il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni għal-liċenzji tal-esportazzjoni.

    (6)

    Sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ frodi possibbli minħabba d-dħul mill-ġdid ta’ zokkor u/jew isoglukożju barra mill-kwota fis-suq Komunitarju, jista’ jiġi deċiż li ċerti destinazzjonijiet ma jibqgħux eliġibbli. Għal dawn il-każijiet, ikun meħtieġ li jiġi definit liema dokumenti jistgħu jitqiesu bħala prova li l-prodotti kkonċernati jkunu ġew importati f’pajjiż li mhux eskluż mil-lista ta’ destinazzjonijiet eliġibbli.

    (7)

    L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1541/2007 tal-20 ta’ Diċembru 2007 dwar il-prova tal-ikkompletar ta’ formalitajiet doganali għall-importazzjoni taz-zokkor f’pajjiżi terzi kif provdut bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 (6) jiddefinixxi dawk id-dokumenti li jagħtu prova suffiċjenti f’każ ta’ rifużjonijiet għall-esportazzjoni differenzjati. L-istess dokumenti għandhom jiġu aċċettati bħala prova anke għall-esportazzjoni barra mill-kwota.

    (8)

    L-esperjenza miksuba turi li l-applikazzjoni għal liċenzji tal-importazzjoni li jikkonċernaw operazzjonijiet ta' raffinar speċifiċi (EX/IM) hija limitata ħafna. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet rilevanti għar-Regolament (KE) Nru 951/2006, jiġifieri l-Artikoli 13 sa 16 tiegħu, għandhom jitneħħew. Madankollu, għandhom jiġu stabbiliti regoli tranżitorji għall-applikazzjonijiet pendenti.

    (9)

    Skond l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 tal-20 ta’ Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehimiet li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika (7), id-dazji kollha tal-importazzjoni għandhom jitneħħew għall-importazzjoni ta’ għasel iswed magħqud fil-Komunità li joriġina mill-pajjiżi tal-AKP. Għalhekk, l-Artikolu 41 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, għandu jitħassar.

    (10)

    Il-Parti A tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 951/2006 għandu jiġi emendat, peress li fih ma għandha ssir ebda referenza minn qabel għal xi Regolament speċifiku. Skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, meta r-rifużjoni għall-esportazzjoni tkun ġiet stabbilita wara talba għall-offerti, it-taqsima 20 tal-applikazzjoni għal liċenzja u tal-liċenzja għandha tinkludi referenza għar-Regolament li toffri stedina miftuħa għal offerti f’sena tas-suq speċifika.

    (11)

    Ir-Regolament (KE) Nru 951/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

    (12)

    Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taz-Zokkor,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 951/2006 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Fl-Artikolu 3, il-paragrafi 2 u 3 huma mibdula bit-test li ġej:

    “2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 3 u 4, il-kontenut ta’ sukrożju miżjud, fejn applikabbli, bil-kontenut ta’ zokkor ieħor espress bħala sukrożju għandu jiġi kkalkulat skond il-punti (d) u (e) tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 952/2006 (*).

    3.   Fil-każ ta' ġuleppi ta' purità ta' mhux anqas minn 85% iżda anqas minn 94.5%, il-kontenut ta' sukrożju miżjud, fejn japplika, bil-kontenut ta' zokkor ieħor espress bħala sukrożju għandu jiġi ffissat b'rata uniformi ta' 73% skond il-piż fl-istat niexef.

    (*)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 39.”"

    (2)

    Jiddaħħal il-Kapitolu IIa li ġej:

    “KAPITOLU IIa

    ESPORTAZZJONIJIET BARRA MILL-KWOTA

    Artikolu 4c

    Provi tal-wasla fid-destinazzjoni

    Meta ċerti destinazzjonijiet ikunu esklużi għal esportazzjoni ta’ zokkor u/jew isoglukożju barra mill-kwota, jekk jiġu ppreżentati dawn it-tliet dokumenti, il-prodotti għandhom jitqiesu li jkunu ġew importati f’pajjiż terz:

    (a)

    kopja tad-dokument tat-trasport;

    (b)

    dikjarazzjoni li l-prodott inħatt, magħmula minn awtorità uffiċjali tal-pajjiż terz ikkonċernat, mill-awtoritajiet uffiċjali ta' wieħed mill-Istati Membri stabbiliti fil-pajjiż tad-destinazzjoni, jew minn aġenzija ta' sorveljanza internazzjonali approvata skond l-Artikoli 16a sa 16f tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, li tiċċertifika li l-prodott ħalla l-post tal-ħatt jew talanqas li, sa fejn tkun taf l-awtorità jew aġenzija li toħroġ id-dikjarazzjoni, il-prodott ma jkunx sussegwentement tgħabba mill-ġdid bl-għan li jerga' jkun esportat;

    (c)

    dokument bankarju maħruġ minn intermedjarji approvati stabbiliti fil-Komunità li jiċċertifika li l-pagament li jikkorrispondi għall-esportazzjoni kkonċernata ġie kkreditat fil-kont tal-esportatur li jkun infetah magħhom, jew prova tal-pagament.”

    (3)

    L-Artikolu 7 huwa jinbidel b'dan li ġej:

    “Artikolu 7

    Liċenzja tal-esportazzjoni għaz-zokkor jew isoglukożju mingħajr rifużjoni

    Fejn iz-zokkor jew l-isoglukożju b’ċirkolazzjoni libera fis-suq tal-Komunità u li mhux meqjus bħala “barra mill-kwota” jkun se jiġi esportat mingħajr rifużjoni, it-taqsima 20 tal-applikazzjoni għal liċenzja u tal-liċenzja għandha tinkludi waħda mill-annotazzjonijiet elenkati fil-Parti C tal-Anness, skont il-prodott ikkonċernat u skond il-każ.”

    (4)

    Jiddaħħlu l-Artikoli 7a sa 7e li ġejjin:

    “Artikolu 7a

    Liċenzji tal-esportazzjoni għal esportazzjonjijiet barra mill-kwota

    B’deroga mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5, l-esportazzjonijijiet ta’ isoglukożju barra mill-kwota fi kwantitajiet inqas mil-limitu msemmi fl-Artikolu 12(d) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 għandhom ikunu suġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja ta’ l-esportazzjoni.

    Artikolu 7b

    L-applikazzjoni għal-liċenzji tal-esportazzjonji barra mill-kwota

    1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni li jikkonċernaw il-limitu kwantitattiv li se jiġi stabbilit skond l-Artikolu 12(d) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jistgħu jiġu ppreżentati biss minn produtturi taz-zokkor tal-pitravi jew taz-zokkor tal-kannamieli jew minn produtturi tal-isoglukożju li jkunu approvati skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 u li lilhom tkun ġiet allokata kwota għaz-zokkor jew l-isoglukożju skond l-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament għas-sena tas-suq ikkonċernata, b’kunsiderazzjoni, skond ma jkun il-każ, għall-Artikoli 8, 9 u 11 ta’ dan ir-regolament.

    2.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għandhom jintbagħtu lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri li fihom l-applikant ikun ingħata kwota għaz-zokkor jew għall-isoglukożju.

    3.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni jistgħu jitressqu kull ġimgħa, mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mid-data li fiha jidħol fis-seħħ ir-Regolament li jistabbilixxi l-limitu kwantitattiv skond l-Artikolu 12(d) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 u sakemm il-ħruġ tal-liċenzji jiġi sospiż skont l-Artikolu 7e.

    4.   L-applikanti jistgħu jibagħtu applikazzjoni għal liċenzja tal-esportazzjoni waħda fil-ġimgħa biss. Il-kwantità li tintalab fir-rigward ta’ kull liċenzja tal-esportazzjoni ma tistax tkun aktar minn 20 000 tunnellata fil-każ taz-zokkor u 5 000 tunnellata fil-każ tal-isoglukożju.

    5.   L-applikazzjoni għal liċenzja tal-importazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn prova li l-garanzija msemmija fl-Artikolu 12a(1) kienet ippreżentata.

    6.   Il-kaxxa 20 tal-applikazzjoni għal liċenzja tal-esportazzjoni u l-liċenzja, kif ukoll il-kaxxa 44 tad-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni għandhom jinkludu waħda minn dawn l-annotazzjonijiet, skond ma jkun il-każ:

    (a)

    ‘zokkor barra mill-kwota għal esportazzjoni bla rifużjoni’; jew

    (b)

    ‘isoglukożju barra mill-kwota għal esportazzjoni bla rifużjoni’.

    Artikolu 7c

    Il-komunikazzjoni dwar l-esportazzjonijiet barra mill-kwota

    1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, bejn is-1 p.m. (ħin ta’ Brussell) tal-Ġimgħa u t-Tnejn ta’ wara, bil-kwantitajiet ta’ zokkor u/jew isoglukożju, li matul il-ġimgħa ta’ qabel ikunu preżentaw applikazzjoni għal liċenzja tal-esportazzjoni għalihom.

    Il-kwantitajiet li għalihom tkun saret l-applikazzjoni jridu jinqasmu f’kodiċi tan-NM bi tmien ċifri. L-Istati Membri għandhom ukoll jinfurmaw lill-Kummissjoni meta ma jkun hemm ebda applikazzjoni għal-liċenzja ta' l-esportazzjoni ppreżentata.

    Dan il-paragrafu għandu japplika esklussivament għal Stati Membri li għalihom tkun ġiet stabbilita kwota għaz-zokkor u/jew għall-isoglukożju fl-Anness III u/jew il-Punt II ta' l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

    2.   Il-Kummissjoni għandha żżomm reġistri għal kull ġimgħa tal-kwantitajiet li għalihom kienu ppreżentati applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-esportazzjoni.

    Artikolu 7d

    Il-Ħruġ tal-liċenzji

    1.   Kull ġimgħa, mill-Ġimgħa u sa tmiem il-ġimgħa ta’ wara, l-Istati Membri għandhom joħorġu l-liċenzji għall-applikazzjonijiet li jkunu ġew ippreżentati fil-ġimgħa ta’ qabel u nnotifikati kif previst fl-Artikolu 7c(1), skond ma jkun il-każ, u b’kunsiderazzjoni għall-koeffiċjent ta’ allokazzjoni stabbilit mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 7e.

    Ma jistgħux jinħarġu liċenzji tal-esportazzjoni għal kwantitajiet li ma jkunux ġew ikkomunikati.

    2.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, fl-ewwel jum ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa, bil-kwantitajiet ta’ zokkor u/jew isoglukożju, li għalihom ikunu nħarġu liċenzji ta’ l-esportazzjoni matul il-ġimgħa ta’ qabel.

    3.   L-Istati Membri għandhom iżommu reġistru bil-kwantitatjiet ta' zokkor u/jew isoglukożju verament esportati bil-liċenzji ta’ l-esportazzjoni.

    4.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni qabel it-tmiem ta' kull xahar, bil-kwantitajiet ta’ zokkor u/jew iżoglukożju verament esportati bil-liċenzja tal-esportazzjoni matul ix-xahar ta’ qabel.

    5.   Il-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw esklussivament għal Stati Membri li għalihom tkun ġiet stabbilita kwota għaz-zokkor u/jew għall-isoglukożju fl-Anness III u/jew il-Punt II ta' l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

    Artikolu 7e

    Is-sospensjoni tal-ħruġ ta’ liċenzji tal-esportazzjoni għal esportazzjonjijiet barra mill-kwota

    F'każ li l-kwantitajiet li għalihom tkun saret l-applikazzjoni għal liċenzja ta’ l-esportazzjoni jaqbżu l-limitu kwantitattiv stabbilit bl-Artikolu 12(d) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 għall-perjodu kkonċernat, id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw mutatis mutandis.”

    (5)

    Jiddaħħal l-Artikolu 8a li ġej:

    “Artikolu 8a

    Il-validità ta’ liċenzji tal-esportazzjoni għal esportazzjonjijiet barra mill-kwota

    B’deroga mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament, il-liċenzji tal-esportazzjoni li jinħarġu u li jikkonċernaw il-limitu kwantitattiv stabbilit skond l-Artikolu 12(d) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 għandhom ikunu validi mid-data li jinħarġu fiha sat-30 ta' Settembru tas-sena tas-suq li l-liċenzja tal-esportazzjoni tkun inħarġet għaliha.”

    (6)

    Fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu V, jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

    “Artikolu 12a

    Il-garanzija għal liċenzji tal-esportazzjoni għal esportazzjonjijiet barra mill-kwota

    1.   L-applikant għandu jippreżenta garanzija ta’ EUR 42 għal kull tunnellata netta ta’ materjal niexef fil-każ tal-isoglukożju barra mill-kwota li għandu jiġi esportat sal-limitu kwantitattiv stipulat.

    2.   Il-garanzija msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tiġi ppreżentata kif jixtieq l-applikant, jew fi flus kontanti jew fil-forma ta’ garanzija mogħtija minn impriża konformi mal-kriterji stipulati mill-Istat Membru li fih tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għal-liċenzja.

    3.   Il-garanzija msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi rilaxxata skond l-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 għal dik il-kwantità li l-applikant ikun wettaq l-obbligi ta’ esportazzjoni tagħha, fis-sens tal-Artikoli 30(b) u 31(b) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, liema obbligi jirriżultaw mil-liċenżji maħruġa skond l-Artikolu 7c ta' dan ir-Regolament

    4.   Meta ċerti destinazzjonijiet ikunu esklużi għall-esportazzjoni ta’ zokkor u/jew isoglukożju barra mill-kwota sal-limitu kwantitattiv stabbilit, il-garanzija msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi rilixxata biss jekk, minbarra li jitqies il-paragrafu 3, jiġu ppreżentati wkoll it-tliet dokumenti msemmija fl-Artikolu 4c.”

    (7)

    L-Artikoli 13 sa 16 jitħassru. Madanakollu, għandhom jibqgħu japplikaw għal dawk il-liċenzji li għalihom tkun saret applikazzjoni qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

    (8)

    Fl-Artikolu 17, il-punt (a) għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    l-ewwel inċiż jinbidel b'dan li ġej:

    “—

    prodotti taz-zokkor li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 1701 91 00, 1701 99 10 u 1701 99 90,”;

    (b)

    it-tielet inċiż jinbidel b'dan li ġej:

    “—

    ġuleppi tas-sukrożju, espressi bħala zokkor abjad, li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM 1702 90 71, 1702 90 95 u 2106 90 59,”;

    (c)

    il-ħames inċiż jitħassar.

    (9)

    L-Artikolu 21 jinbidel b'dan li ġej:

    “Artikolu 21

    Metodi ta' komunikazzjoni

    Il-komunikazzjoni ta’ l-Istati Membri prevista f'dan il-Kapitolu għandha tintbagħat b'mod elettroniku f'konformità mal-metodi li l-Kummissjoni tagħmel disponibbli għall-Istati Membri.”

    (10)

    L-Artikolu 41 jitħassar.

    (11)

    Il-Parti A tal-Anness tinbidel bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum mill-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Settembru 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1.

    (2)  ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3.

    (3)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

    (4)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 39.

    (5)  ĠU L 197, 25.7.2008, p. 4.

    (6)  ĠU L 337, 21.12.2007, p. 54.

    (7)  ĠU L 348, 31.12.2007, p. 1.


    ANNESS

    A.   L-annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(2):

    :

    bil-Bulgaru

    :

    „Регламент (ЕО) № … (ОВ L …, … г., стр. …), срок за подаване на заявления за участие в търг: …“

    :

    bl-Ispanjol

    :

    ‘Reglamento (CE) no … (DO L … de …, p. …), plazo para la presentación de ofertas: …’

    :

    biċ-Ċek

    :

    ‚Nařízení (ES) č. … (Úř. věst. L …, …, s. …), lhůta pro předkládání nabídek: …‘

    :

    bid-Daniż

    :

    »Forordning (EF) nr. … (EUT L … af …, s. …), tidsfrist for afgivelse af bud: …«

    :

    bil-Ġermaniż

    :

    ‚Verordnung (EG) Nr. … (ABl. L … vom …, S. …), Frist für die Angebotsabgabe: …‘

    :

    bl-Estonjan

    :

    „Määrus (EÜ) nr … (ELT L …, …, lk …), pakkumiste esitamise tähtaeg: …’

    :

    bil-Grieg

    :

    ‘Κανονισμός (ΕΚ) αριθ. … (ΕΕ L … της …, σ. …), προθεσμία για την υποβολή προσφορών …’

    :

    bl-Ingliż

    :

    ‘Regulation (EC) No … (OJ L …, …, p. …), time limit for submission of tenders: …’

    :

    bil-Franċiż

    :

    ‘Règlement (CE) no … (JO L … du …, p. …), délai de présentation des offres: …’

    :

    bit-Taljan

    :

    ‘Regolamento (CE) n. … (GU L … del …, pag. …), termine ultimo per la presentazione delle offerte: …’

    :

    bil-Latvjan

    :

    ‘Regula (EK) Nr. … (OV L …, …., …. lpp.), piedāvājumu iesniegšanas termiņš: …’

    :

    bil-Litwan

    :

    „Reglamentas (EB) Nr. … (OL L …, …, p. …), pasiūlymų pateikimo terminas – …“

    :

    bl-Ungeriż

    :

    »…/…/EK rendelet (HL L …, …, …o.), a pályázatok benyújtásának határideje: …«

    :

    bl-Olandiż

    :

    „Verordening (EG) nr. … (PB L … van …, blz. …), termijn voor het indienen van de aanbiedingen: …’

    :

    bil-Pollakk

    :

    »Rozporządzenie (WE) nr … (Dz.U. L … z …, s. …), termin składania ofert: …«

    :

    bil-Portugiż

    :

    ‘Regulamento (CE) n.o … (JO L … de …, p. …), prazo para apresentação de propostas: …’

    :

    bir-Rumen

    :

    «Regulamentul (CE) nr. … (JO L …, …, p. …), termen limită pentru depunerea ofertelor: …»

    :

    bis-Slovakk

    :

    ‚Nariadenie (ES) č. … (Ú. v. EÚ L …, …, s. …), lehota na predkladanie ponúk: …‘

    :

    bis-Sloven

    :

    ‚Uredba (ES) št. … (UL L …, …, str. …), rok za predložitev ponudb: …‘

    :

    bil-Finlandiż

    :

    ’Asetus (EY) N:o … (EUVL L …, …, s. …), tarjousten tekemiselle asetettu määräaika päättyy: …’

    :

    bl-Iżvediż

    :

    ’Förordning (EG) nr … (EUT L …, …, s. …), tidsfrist för inlämnande av anbud: …’”


    Top