EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0877

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 877/2008 tad- 9 ta’ Settembru 2008 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju ta' zokkor miżmum mill-aġenziji ta' intervent tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, l-Irlanda, l-Italja, l-Ungerija, is-Slovakkja u l-Iżvezja

ĠU L 241, 10.9.2008, p. 3–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/07/2009; Imħassar b' 32009R0687

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/877/oj

10.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 241/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 877/2008

tad-9 ta’ Settembru 2008

li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju ta' zokkor miżmum mill-aġenziji ta' intervent tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, l-Irlanda, l-Italja, l-Ungerija, is-Slovakkja u l-Iżvezja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43(d) flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 39(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 952/2006 tad-29 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 rigward il-ġestjoni tas-suq Komunitarju taz-zokkor u s-sistema tal-kwoti (2) [traduzzjoni mhux uffiċjali] jipprovdi li l-aġenziji ta’ intervent jistgħu jbiegħu z-zokkor biss wara li l-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni b’dan l-effett.

(2)

Tali deċiżjoni saret bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1059/2007 tal-14 ta’ Settembru 2007 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suqomunitarju ta' zokkor miżmum mill-aġenziji ta' l-intervent tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, Spanja, l-Irlanda, l-Italja, l-Ungerija, il-Polonja, is-Slovakkja u l-Iżvezja (3). Skont dak ir-Regolament, l-offerti jistgħu jitressqu għall-aħħar darba bejn l-10 u l-24 ta’ Settembru 2008.

(3)

Huwa previst li l-ħażniet ta’ intervent taz-zokkor se jkomplu jeżistu fil-parti l-kbira tal-Istati Membri kkonċernati wara li tkun skadiet dik l-aħħar possibbiltà biex jitressqu l-offerti. Biex tingħata risposta għall-ħtiġijiet kontinwi tas-suq, huwa xieraq li tinfetaħ sejħa permanenti oħra għall-offerti biex dawn il-ħażniet isiru disponibbli fis-suq intern.

(4)

Biex ikun jista' jsir tqabbil tal-prezzijiet offruti għaz-zokkor ta' kwalitajiet differenti, il-prezz offrut għandu jirreferi għaz-zokkor ta' kwalità standard kif iddefinit fil-Parti B tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(5)

Skont l-Artikolu 42(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 952/2006, huwa xieraq li tiġi ffissata kwantità minima għal kull offerent jew għal kull lott.

(6)

Sabiex titqies is-sitwazzjoni tas-suq tal-Komunità, il-Kummissjoni għandha tiffissa prezz minimu għall-bejgħ għal kull sejħa parzjali għall-offerti.

(7)

Il-prezz minimu tal-bejgħ jirreferi għaz-zokkor ta' kwalità standard. Għandu jkun hemm provvediment għall-aġġustament tal-prezz tal-bejgħ f'każijiet meta z-zokkor ma jkunx ta’ din il-kwalità.

(8)

L-aġenziji ta' intervent tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, l-Irlanda, l-Italja, l-Ungerija, is-Slovakkja u l-Iżvezja għandhom jikkomunikaw l-offerti lill-Kummissjoni. L-offerenti għandhom jibqgħu anonimi.

(9)

Sabiex jiġi żgurat immaniġġjar kif suppost taz-zokkor maħżun, għandha ssir dispożizzjoni biex ikun hemm komunikazzjoni mill-Istati Membri dwar il-kwantitajiet effettivament mibjugħa.

(10)

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 952/2006 jipprovdi li r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1262/2001 (4) jibqa’ japplika għaz-zokkor li ġie aċċettat għall-intervent qabel l-10 ta' Frar 2006. Madankollu, għall-bejgħ mill-ġdid taz-zokkor ta’ intervent, din id-distinzjoni mhijiex neċessarja u jekk tiġi implimentata toħloq diffikultajiet amministrattivi għall-Istati Membri. Għaldaqstant, jixraq li l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1262/2001 tiġi eskluża mill-bejgħ mill-ġdid taz-zokkor ta’ intervent.

(11)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-aġenziji ta’ intervent tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, l-Irlanda, l-Italja, l-Ungerija, is-Slovakkja u l-Iżvezja għandhom joffru għall-bejgħ, permezz ta’ sejħa permanenti għall-offerti fis-suq intern Komunitarju, kwantità totali massima ta’ 345 539 tunnellata ta’ zokkor li ġie aċċettat għall-intervent u li huwa disponibbli għall-bejgħ fis-suq intern.

Il-kwantitajiet massimi allokati lil kull Stat Membru huma stipulati fl-Anness I.

Artikolu 2

1.   Il-perjodu li fih jistgħu jitressqu s-sejħiet għall-offerti bi tweġiba għall-ewwel sejħa parzjali għall-offerti għandu jibda fl-1 ta’ Ottubru 2008 u jintemm fil-15 ta’ Ottubru 2008 fit-15:00, ħin ta’ Brussell.

Il-perjodi li fihom jistgħu jitressqu s-sejħiet għall-offerti bi tweġiba għat-tieni sejħa parzjali u għas-sejħiet parzjali sussegwenti għandhom jibdew fl-ewwel jum ta’ xogħol wara tmiem il-perjodu preċedenti. Għandhom jintemmu fit-15:00, ħin ta’ Brussell, fi:

id-29 ta’ Ottubru 2008,

it-12 u s-26 ta’ Novembru 2008,

it-3 u s-17 ta’ Diċembru 2008,

is-7 u t-28 ta’ Jannar 2009,

il-11 u l-25 ta’ Frar 2009,

il-11 u l-25 ta’ Marzu 2009,

il-15 u d-29 ta’ April 2009,

it-13 u s-27 ta’ Mejju 2009,

l-10 u l-24 ta’ Ġunju 2009,

l-1 u l-15 ta’ Lulju 2009,

il-5 u s-26 ta’ Awwissu 2009,

id-9 u t-23 ta’ Settembru 2009.

2.   Il-prezz offrut għandu jirreferi għaz-zokkor abjad u z-zokkor mhux raffinat ta' kwalità standard kif iddefiniti fil-parti B tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

3.   Il-kwantità minima ta' l-offerta għal kull lott skond l-Artikolu 42(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 952/2006 għandha tkun ta' 250 tunnellata sakemm il-kwantità disponibbli għal dak il-lott ma tkunx anqas minn 250 tunnellata. F'tali każijiet, jeħtieġ li tiġi offruta l-kwantità disponibbli.

4.   L-offerti għandhom jitressqu għand l-aġenzija ta' intervent li tkun qed iżżomm iz-zokkor kif stabbilit fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

L-aġenziji ta’ intervent ikkonċernati għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-offerti li jkunu tressqu sa sagħtejn wara l-iskadenza għat-tressiq tal-offerti stipulata fl-Artikolu 2(1).

L-offerenti ma għandhomx ikunu identifikati.

L-offerti li jitressqu għandhom jiġu kkomunikati f’forma elettronika skont il-mudell stipulat fl-Anness II.

Jekk ma titressaq l-ebda offerta, l-Istat Membru għandu jikkomunika dan lill-Kummissjoni fil-limitu ta’ żmien stipulat fl-ewwel paragrafu.

Artikolu 4

1.   Il-Kummissjoni għandha tiffissa l-prezz minimu tal-bejgħ għal kull Stat Membru kkonċernat, jew tiddeċiedi li ma tilqa' l-ebda offerta, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

2.   Għaz-zokkor ta' intervent li mhuwiex ta' kwalità standard, l-Istati Membri għandhom jaġġustaw il-prezz effettiv tal-bejgħ billi japplikaw, mutatis mutandis, l-Artikolu 32(6) u l-Artikolu 33 rispettivament tar-Regolament (KE) Nru 952/2006. F’dan il-kuntest, fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 952/2006, ir-referenza għall-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 (5) għanda tinftiehem bħala referenza għall-Parti B tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

3.   Meta jirriżulta li aġġudikazzjoni bi prezz minimu skont il-paragrafu 1 twassal li l-kwantità disponibbli tinqabeż għall-Istat Membru kkonċernat, dik l-aġġudikazzjoni għandha tkun limitata għal kwantità bħal din li għadha disponibbli.

Meta l-aġġudikazzjonijiet għal Stat Membru tas-sejħiet kollha li joffru l-istess prezz jirriżultaw f’li l-kwantità tinqabeż, il-kwantità disponibbli għal dak l-Istat Membru għandha tiġi aġġudikata kif ġej:

(a)

permezz ta’ qsim fost l-offerenti kkonċernati proporzjonalment għall-kwantitajiet totali f’kull waħda mill-offerti tagħhom; jew

(b)

permezz ta’ tqassim fost l-offerenti kkonċernati b’referenza għat-tunnellaġġ massimu ffissat għal kull wieħed minnhom; jew

(c)

billi jittellgħu bix-xorti.

4.   Sa mhux aktar tard mill-ħames jum ta' xogħol wara li l-Kummissjoni tiffissa l-prezz minimu tal-bejgħ, l-aġenziji ta' intervent involuti għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, skont il-mudell stipulat fl-Anness III, il-kwantità effettivament mibjugħa b’sejħa parzjali għall-offerti.

Artikolu 5

B’deroga mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 952/2006, ir-Regolament (KE) Nru 1262/2001 ma għandux japplika għall-bejgħ mill-ġdid, kif imsemmi fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament, taz-zokkor aċċettat għall-intervent qabel l-10 ta’ Frar 2006.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2008. Għandu jiskadi fil-31 ta’ Marzu 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 39.

(3)  ĠU L 242, 15.9.2007, p. 3.

(4)  ĠU L 178, 30.6.2001, p. 48. Ir-Regolament tħassar bir-Regolament (KE) Nru 952/2006.

(5)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 mill-1 ta' Ottubru 2008.


ANNESS I

L-Istati Membri li jżommu zokkor ta' intervent

L-Istat Membru

L-Aġenzija ta’ Intervent

Il-kwantitajiet miżmuma mill-aġenzija ta' intervent u li huma disponibbli għall-bejgħ fis-suq intern

(f'tunnellati)

Il-Belġju

Bureau d’intervention et de restitution belge

Rue de Trèves, 82

B-1040 Bruxelles

Tél. (32-2) 287 24 11

Fax (32-2) 287 25 24

Belgisch Interventie- en Restitutiebureau

Trierstraat 82

B-1040 Brussel

Tel. (32-2) 287 24 11

Fax (32-2) 287 25 24

9 360

Ir-Repubblika Ċeka

Státní zemědělský intervenční fond

Oddělení pro cukr a škrob

Ve Smečkách 33

110 00 PRAHA 1

Tel.: (420) 222 87 14 27

Fax: (420) 222 87 18 75

30 687

L-Irlanda

Intervention Section

On Farm Investment

Subsidies & Storage Division

Department of Agriculture & Food

Johnstown Castle Estate

Wexford

Tel. (353) 5363437

Fax: (353) 9142843

12 000

L-Italja

AGEA — Agenzia per le erogazioni in agricoltura

Ufficio ammassi pubblici e privati e alcool

Via Palestro, 81

I-00185 Roma

Tel. (39) 06 49 49 95 58

Fax (39) 06 49 49 97 61

225 014

L-Ungerija

Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal (MVH)

Soroksári út 22–24.

H-1095 Budapest

Tel. (36-1) 219 45 76

Fax: (36-1) 219 89 05 vagy (36-1) 219 62 59

21 650

Is-Slovakkja

Pôdohospodárska platobná agentúra

Oddelenie cukru a ostatných komodit

Dobrovičova, 12

SK–815 26 Bratislava

Tel. (421-2) 57 512 415

Fax (421-2) 53 412 665

34 000

L-Iżvezja

Statens jordbruksverk

Vallgatan 8

S-551 82 Jönköping

Tfn (46-36) 15 50 00

Fax (46-36) 19 05 46

12 762


ANNESS II

FORMA

Mudell għall-komunikazzjoni lill-Kummissjoni kif imsemmi fl-Artikolu 3

Sejħa parzjali għall-offerti ta' … għall-bejgħ mill-ġdid taz-zokkor miżmum mill-aġenziji ta' intervent

Regolament (KE) Nru 877/2008

L-Istat Membru li qed ibiegħ iz-zokkor ta' intervent

In-numerazzjoni tal-offerenti

In-Nru tal-lott

Il-kwantità

(f't.)

Il-prezz tal-offerta

EUR/100 kg

1

2

3

4

5

 

1

 

 

 

 

2

 

 

 

 

3

 

 

 

 

eċċ.

 

 

 


ANNESS III

FORMOLA

Mudell għan-notifika lill-Kummissjoni kif imsemmi fl-Artikolu 4(4)

Sejħa parzjali għall-offerti ta' … għall-bejgħ mill-ġdid taz-zokkor miżmum mill-aġenziji ta' intervent

Regolament (KE) Nru 877/2008

L-Istat Membru li qed ibiegħ iz-zokkor ta' intervent

Il-kwantità effettivament mibjugħa (f'tunnellati)

1

2

 

 


Top