Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0365

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 365/2008 tat- 23 ta' April 2008 li jadotta l-programm ta' moduli ad hoc , li jkopri s-snin 2010, 2011 u 2012, għall-istħarriġ kampjun dwar il-forza tax-xogħol stipulat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 112, 24.4.2008, p. 22–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/365/oj

    24.4.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 112/22


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 365/2008

    tat-23 ta' April 2008

    li jadotta l-programm ta' moduli ad hoc, li jkopri s-snin 2010, 2011 u 2012, għall-istħarriġ kampjun dwar il-forza tax-xogħol stipulat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 tad-9 ta' Marzu 1998 dwar l-organizzazzjoni ta' stħarriġ kampjun dwar il-forza tax-xogħol fil-Komunità (1), b'mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    B'konformità ma' l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 577/98, jeħtieġ li jkunu speċifikati l-elementi tal-programm ta' moduli ad hoc li jkopri s-snin 2010, 2011 u 2012.

    (2)

    Il-Linjigwida dwar ix-Xogħol (2005-2008) adottati bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/600/KE (2), “Pjan dwar l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa” (3) tal-Kummissjoni Ewropea u l-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (4) jinkoraġġixxu lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri biex jippromwovu bilanċ aħjar tal-ħajja tax-xogħol għal kulħadd f'termini ta' kura tat-tfal, faċilitajiet tal-kura għal dipendenti oħra u promozzjoni tal-ġranet frank tal-ġenituri kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel. Għalhekk, biex jitkejjel l-impatt tal-politiki riċenti f'dan il-qasam, ikun essenzjali li tinġabar l-informazzjoni relevanti kollha bil-modulu ad hoc ta' l-2010.

    (3)

    Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 1999 dwar l-opportunitajiet indaqs għall-persuni bid-diżabbiltajiet (5) tirreferi għall-bżonn ta' sett ta' data komprensiva u komparabbli dwar is-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol ta' persuni b'diżabbiltà. Aktar minn hekk, il-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-opportunitajiet indaqs għall-persuni b'diżabilitajiet (6), li jiffoka fuq inklużjoni attiva tal-persuni b'diżabbiltajiet għandu jiġi sorveljat. Għalhekk, din l-informazzjoni għandha tinġabar permezz tal-modulu ad hoc għall-2011.

    (4)

    Hemm il-bżonn ta' sett ta' data sħiħa u komparabbli dwar it-tranżizzjonijiet mix-xogħol għall-irtirar sabiex jiġi osservat il-progress lejn l-għanijiet komuni ta' l-Istrateġija ta' l-Impjiegi tal-Komunità u tal-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni fil-qasam tal-pensjonijiet li ġie mibdi mill-Kunsill Ewropew ta' Laeken f'Diċembru 2001. Iż-żewġ proċessi jidentifikaw il-promozzjoni ta' xjuħija attiva u t-titwil tal-ħajja tax-xogħol bħala prijoritajiet għall-azzjoni. Għalhekk, l-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol ta' ħaddiema akbar fl-età u l-fatturi ewlenin li jinfluwenzaw il-parteċipazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol u t-tranżizzjonijiet għandha tinġabar permezz tal-modulu ad hoc ta' l-2012.

    (5)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 430/2005 tal-15 ta' Marzu 2005 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 dwar l-organizzazzjoni ta’ stħarriġ kampjun dwar il-forza tax-xogħol fil-Komunità li jirrigwarda l-kodifikazzjoni li għandha tintuża għat-trażmissjoni tad-data mill-2006 ’l quddiem u l-użu ta’ sotto-kampjun għall-ġbir ta' data dwar il-varjabbli strutturali (7) jistabbilixxi l-karatteristiċi tal-kampjun li jrid jintuża għall-ġbir ta' l-informazzjoni dwar moduli ad hoc.

    (6)

    Il-miżuri previsiti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm Statistiku mwaqqaf bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom (8),

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-programm ta' moduli ad hoc għall-istħarriġ kampjun dwar il-forza tax-xogħol, li jkopri s-snin 2010, 2011 u 2012, kif stabbilit fl-Anness, huwa b'dan adottat.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 23 ta’ April 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Joaquín ALMUNIA

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 77, 14.3.1998, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1372/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 42).

    (2)  ĠU L 205, 6.8.2005, p. 21.

    (3)  Adottat fl-1.3.2006, COM(2006) 92 finali.

    (4)  Il-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Brussell tat-23-24 ta' Marzu 2006.

    (5)  ĠU C 186, 2.7.1999, p. 3.

    (6)  COM(2003) 650.

    (7)  ĠU L 71, 17.3.2005, p. 36. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 973/2007 (ĠU L 216, 21.8.2007, p. 10).

    (8)  ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47.


    ANNESS

    STĦARRIĠ TAL-FORZA TAX-XOGĦOL

    Programm fuq firxa ta' snin ta' moduli ad hoc.

    1.   RIKONĊILJAZZJONI BEJN IX-XOGĦOL U L-ĦAJJA TAL-FAMILJA

    Listi ta' varjabbli: li għandhom ikunu definiti qabel Diċembru 2008

    Perjodu ta’ referenza: 2010.

    L-Istati Membri u r-reġjuni konċernati: Kollha.

    Kampjun: Il-kampjun għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet ta' l-Anness I, punt 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 430/2005.

    Trażmissjoni tar-riżultati: qabel il-31 ta’ Marzu 2011.

    2.   IMPJIEG TA' NIES B'DIŻABILITÀ

    Listi ta' varjabbli: li għandhom ikunu definiti qabel Diċembru 2009.

    Perjodu ta’ referenza: 2011.

    L-Istati Membri u r-reġjuni konċernati: Kollha.

    Kampjun: Il-kampjun għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet ta' l-Anness I, punt 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 430/2005.

    Trażmissjoni tar-riżultati: qabel il-31 ta’ Marzu 2012.

    3.   TRANŻIZZJONI MIX-XOGĦOL GĦALL-IRTIRAR

    Listi ta' varjabbli: li għandhom ikunu definiti qabel Diċembru 2010.

    Perjodu ta’ referenza: 2012.

    L-Istati Membri u r-reġjuni konċernati: Kollha.

    Kampjun: Il-kampjun għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet ta' l-Anness I, punt 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 430/2005.

    Trażmissjoni tar-riżultati: qabel il-31 ta’ Marzu 2013.


    Top