Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0313

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 313/2008 tat- 3 ta’ April 2008 li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1445/95 fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ importazzjoni ta’ laħam bovin mill-Brażil

    ĠU L 93, 4.4.2008, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/03/2014

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/313/oj

    4.4.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 93/11


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 313/2008

    tat-3 ta’ April 2008

    li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1445/95 fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ importazzjoni ta’ laħam bovin mill-Brażil

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella (1), b'mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1445/95 tas-26 ta’ Ġunju 1995 dwar regoli għall-applikazzjoni ta’ liċenzji ta’ importazzjoni u ta’ esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella (2) jipprovdi li l-liċenzji ta’ importazzjoni huma validi 90 jum mid-data tal-ħruġ tagħhom.

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/61/KE tas-17 ta’ Jannar 2008 li temenda l-Anness II mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE fir-rigward ta' l-importazzjonijiet ta' laħam frisk tal-bovini mill-Brażil (3) mmodifikat r-rekwiżiti ta’ importazzjoni għal-laħam bovin mill-Brażil. Dik id-Deċiżjoni tipprovdi li huwa biss possibbli li jibqgħu jitħallew l-importazzjonijiet fuq bażi żgura billi jissaħħu l-kontrolli u l-għassa ta’ l-impriżi fejn joriġinaw bhejjem eliġibbli għall-esportazzjoni lejn il-Komunità u billi tinħoloq lista provviżorja ta’ tali impriżi approvati mill-Brażil fejn jingħataw ċerti garanziji.

    (3)

    F’dawn l-aħħar snin il-Brażil kien il-fornitur ewlieni taċ-ċanga lejn is-suq tal-Komunità, li jgħodd madwar żewġ terzi ta’ l-importazzjonijiet totali Komunitarji tas-settur taċ-ċanga. B’riżultat ta’ l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/61/KE, l-operaturi li ġabu l-liċenzji ta’ importazzjoni għall-importazzjoni tal-laħam bovin, qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dik id-Deċiżjoni, fi ħdan tal-kwoti tariffarji ta' importazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(d) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 936/97 tas-27 ta' Mejju 1997 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi għaċ-ċanga friska ta' kwalità għolja, imkessħa u ffriżata u għal-laħam tal-buflu ffriżat (4), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 529/2007 tal-11 ta’ Mejju 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwota tariffarja fuq l-importazzjoni ta’ laħam iffriżat ta' l-annimali bovini koperti mill-kodiċi NM 0202 u l-prodotti koperti mill-kodiċi NM 0206 29 91 (mill-1 ta' Lulju 2007 sat-30 ta' Ġunju 2008) (5) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 545/2007 tas-16 ta’ Mejju 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja għall-importazzjoni taċ-ċanga ffriżata għall-ipproċessar (mill-1 ta’ Lulju 2007 sat-30 ta’ Ġunju 2008) (6), huma ffaċċati b’diffikultajiet prattiċi biex jinsabu l-prodotti fil-perjodu normali ta’ validità tal-liċenzji ta’ importazzjoni. Fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkostanzi partikolari, il-validità tal-liċenzji għandha tiġi estiża, fuq bażi temporarja, sa tmiem il-perjodu tal-kwota tariffarja ta’ importazzjoni.

    (4)

    Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taċ-Ċanga u tal-Vitella,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    B’deroga mill-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1445/95, għall-kwota tariffarja ta’ importazzjoni mill-1 ta’ Lulju 2007 sat-30 ta’ Ġunju 2008, il-liċenzji maħruġa skond l-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 936/97, ir-Regolament (KE) Nru 529/2007 u r-Regolament (KE) Nru 545/2007 għandhom jibqgħu validi sat-30 ta’ Ġunju 2008.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 3 ta’ April 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 98/2008 (ĠU L 29, 2.2.2008, p. 5). Ir-Regolament (KE) Nru 1254/1999 se jiġi sostitwit bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) b'seħħ mill-1 ta’ Lulju 2008.

    (2)  ĠU L 143, 27.6.1995, p. 35. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 586/2007 (ĠU L 139, 31.5.2007, p. 5).

    (3)  ĠU L 15, 18.1.2008, p. 33.

    (4)  ĠU L 137, 28.5.1997, p. 10. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 317/2007 (ĠU L 84, 24.3.2007, p. 4).

    (5)  ĠU L 123, 12.5.2007, p. 26.

    (6)  ĠU L 129, 17.5.2007, p. 14. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 98/2008 (ĠU L 29, 2.2.2008, p. 5).


    Top