This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R0228
Commission Regulation (EC) No 228/2008 of 13 March 2008 amending Regulation (EC) No 595/2004 with regard to intensity of controls on deliveries and direct sales of milk
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 228/2008 tat- 13 ta' Marzu 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 595/2004 rigward l-intensità tal-kontrolli fuq il-kunsinni u l-bejgħ dirett tal-ħalib
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 228/2008 tat- 13 ta' Marzu 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 595/2004 rigward l-intensità tal-kontrolli fuq il-kunsinni u l-bejgħ dirett tal-ħalib
ĠU L 70, 14.3.2008, p. 7–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
14.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 70/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 228/2008
tat-13 ta' Marzu 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 595/2004 rigward l-intensità tal-kontrolli fuq il-kunsinni u l-bejgħ dirett tal-ħalib
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi taxxa fil-qasam tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 22(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 595/2004 (2), li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1788/2003, jistabbilixxi l-intensità minima tal-kontrolli li jridu jitwettqu għall-kunsinni u l-bejgħ dirett. Dawn il-kontrolli għandhom jiġu inklużi fil-pjan ġenerali ta’ kontroll imfassal fuq il-bażi ta’ l-analiżi tar-riskju. |
(2) |
Il-Bulgarija u r-Rumanija qegħdin japplikaw is-sistema tat-taxxa għall-ewwel darba fil-perjodu ta’ tnax-il xahar 2007/2008. Sabiex tkun iffaċilitata l-applikazzjoni tas-sistema l-ġdida, dawn l-Istati Membri għandhom jitħallew inaqqsu l-intensità tal-kontroll għall-kunsinni matul perjodu transizzjonali ta’ sena. |
(3) |
L-esperjenza turi li fl-Istati Membri l-għadd ta’ produtturi b’baqra waħda jew bi tnejn għadu sinifikanti, speċjalment f’dak li għandu x’jaqsam ma' bejgħ dirett. Sabiex tinżamm l-istess intensità ta’ kontroll fuq dawn il-produtturi jiġi impost piż amministrattiv sproporzjonat u jista’ jdawwar il-konċentrazzjoni tal-miżuri ta’ kontroll minn fuq attivitajiet b’riskju akbar. Għalhekk ikun xieraq li titnaqqas l-intensità tal-kontroll għall-bejjiegħa żgħar diretti li jipproduċu kwantitajiet ta' inqas minn 5 000 kg ta' ekwivalenti tal-ħalib. |
(4) |
Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jibbenefikaw minn sitwazzjoni ta’ inqas piż b’riżultat ta’ l-intensità aġġustata tal-kontrolli, u meta jiġi kkunsidrat li skond l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 595/2004 l-kontrolli għandhom jitwettqu sa ċertu punt matul il-perjodu ta’ 12-il xahar li ssemma’, u sa ċertu punt wara l-perjodu ta’ 12-il xahar, huwa xieraq li tiġi applikata l-intensità aġġustata tal-kontrolli għall-perjodu ta’ tnax-il xahar 2007/2008, i.e. il-perjodu li jibda fl-1 ta’ April 2007 u li jispiċċa fit-30 ta’ Marzu 2008. |
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 595/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
(6) |
Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 595/2004 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fil-paragrafu 1, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:
|
(2) |
Il-paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej: “2. Il-kontrolli msemmija fl-Artikolu 21(2) għandhom ikopru talanqas:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' April 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Marzu 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 123. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1186/2007 (ĠU L 265, 11.10.2007, p. 22).
(2) ĠU L 94, 31.3.2004, p. 22. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52).