Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0027

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 27/2008 tal- 15 ta’ Jannar 2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti ta’ tariffi annwali għall-prodotti regolati b’kodiċi NM 07141091 , 07141099 u 07149011 u 07149019 li joriġinaw f’ċerti pajjiżi terzi minbarra t-Tajlandja (Verżjoni kodifikata)

    ĠU L 13, 16.1.2008, p. 3–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2010; Imħassar b' 32010R1085

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/27/oj

    16.1.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 13/3


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 27/2008

    tal-15 ta’ Jannar 2008

    li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti ta’ tariffi annwali għall-prodotti regolati b’kodiċi NM 0714 10 91, 0714 10 99 u 0714 90 11 u 0714 90 19 li joriġinaw f’ċerti pajjiżi terzi minbarra t-Tajlandja

    (Verżjoni kodifikata)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta’ Ġunju 1996 dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet imniżżla fl-Iskeda CXL magħmula wara l-konklużjoni tan-negozjati GATT XXIV. 6 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2449/96 tat-18 ta’ Diċembru 1996 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti ta’ tariffi annwali tal-Komunità għall-prodotti regolati b’kodiċi NM 0714 10 91, 0714 10 99 u 0714 90 11 u 0714 90 19 li joriġinaw f’ċerti pajjiżi terzi minbarra t-Tajlandja (2) ġie emendat kemm-il darba (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

    (2)

    Il-Komunità obbligat ruħha, fi ħdan l-Organizzazzjoni ta’ Kummerċ Dinji (OKD), biex tiftaħ ċerti kwoti ta’ tariffi annwali għall-prodotti regolati b’kodiċi NM 0714 10 91, 0714 10 99, 0714 90 11 u 0714 90 19 li joriġinaw fl-Indonesja, f’partijiet kontraenti oħra għall-OKD minbarra t-Tajlandja, fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (Ċina) u f’ċerti pajjiżi oħra mhux membri tal-OKD. Taħt dawk il-kwoti id-dazju tad-dwana huwa limitat għal 6 % ad valorem. Dawk il-kwoti għandhom jinfetħu fuq bażi multiannwali u amministrati mill-Kummissjoni.

    (3)

    Huwa meħtieġ li tinżamm sistema ta’ amministrazzjoni li tassigura li prodotti biss li joriġinaw ta’ l-Indonesja u ċ-Ċina jistgħu jiġu importati skond il-kwoti allokati lil dawk il-pajjiżi. Bħala riżultat, il-ħruġ ta’ liċenzji ta’ importazzjoni għandha tkompli tkun suġġetta għall-preżentazzjoni ta’ liċenzji ta’ esportazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet ta’ dawk iż-żewġ pajjiżi, kampjuni ta’ liema intbagħtu lill-Kummissjoni. Dwar prodotti li joriġinaw fil-Vjetnam, skond il-prattika segwita għal xi snin, applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ importazzjoni huma suġġetti, b’żieda ma’ disposizzjonijiet oħra, għal preżentazzjoni ta’ ċertifikat maħruġ fuq inizjattiva tal-pajjiż li jesporta.

    (4)

    Peress illi l-importazzjonijiet tal-prodotti konċernati fil-Komunità ġew amministrati tradizzjonalment skond bażi ta’ sena kalendarja, għandha tinżamm dik is-sistema.

    (5)

    Billi l-importazzjonijiet ta’ prodotti regolati b’kodiċi ta’ NM 0714 10 91, 0714 10 99 u 0714 90 11 u 0714 90 19 huwa suġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja ta’ importazzjoni li għaliha r-regoli komuni u dettaljati ta’ applikazzjoni huma speċifikati f’Regolament tal-Kummissjoni (4) (KE) Nru 1291/2000. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (5) (KE) Nru 1342/2003, jispeċifika regoli speċjali u dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzji għal ċereali u ross.

    (6)

    Ir-regoli żejda tas-soltu għall-ġestjoni ta’ dawk il-kwoti, li jirrelataw b’mod partikolati għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet, ħruġ ta’ liċenzji, u kontroll ta’ importazzjonijiet għandhom jiġu applikati.

    (7)

    B’mod partikolari, l-oriġini tal-prodotti għandu jiġi aċċertat billi jiġi provdut li l-ħruġ ta’ liċenzji ta’ importazzjoni għandhom jiġu suġġetti għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikati ta’ oriġini maħruġa mill-pajjiżi interessati. Iżda, ċertifikati ta’ oriġini m’ għandhomx ikunu meħtieġa għal prodotti li joriġinaw fiċ-Ċina.

    (8)

    Għal raġunijiet ta’ maniġment tajjeb ta’ l-arranġamenti ta’ importazzjoni relattivi, applikazzjonijiet għal liċenzji jistgħu ma jkoprux kwantità b’żieda ma’ dak imdaħħal fuq id-dokument li jiċċertifika tagħbija u trasport marittimu lejn il-Komunità. Kwantità massima għal kull applikazzjoni għandha tiġi speċifikata wkoll f’ċerti każijiet, u huwa għandu jiġi stipulat illi f’ebda każ applikazzjonijiet ma jistgħu jkopru kwantità ikbar minn dik li għaliha l-prova msemmija qabel hija provduta.

    (9)

    F’każijiet meta l-kwantitajiet li attwalment jinħattu huma kemmxejn iżjed mill-kwantitajiet mogħtija fil-liċenzi ta’ importazzjoni, miżuri biex tiġi assigurat ċirkolazzjoni ħielsa tal-kwantitajiet li jibqgħu għandhom jiġu adottati jekk il-pajjiż ta’ oriġini tal-prodotti jkun jista’ jiżguraw li l-amministrazzjoni tal-formalitajiet previsti għal dan l-iskop jistgħu jiġu esegwiti. L-Indonesja u ċ-Cina jidhru li jistgħu jibbenefikaw minn din it-tolleranza.

    (10)

    Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ ġestjoni għal ċereali;

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    KAPITOLU I

    KWOTI

    Artikolu 1

    Mill-1 ta’ Jannar 1997 il-kwoti ta’ tariffi annwali li ġejjin huma b’dan miftuħa għal importazzjonijiet ta’ prodotti regolati b’kodiċi CN 0714 10 91, 0714 10 99, 0714 90 11 u 0714 90 19 b’rata ta’ dazju tad- dwana ta’ 6 % ad valorem:

    (a)

    kwota ta’ 825 000 tunnellata għall-prodotti relattivi li joriġinaw fl-Indonesja;

    (b)

    kwota ta’ 350 000 tunnellata għall-prodotti relattivi li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (Ċina);

    (ċ)

    kwota ta’ 145 590 tunnellata għall-prodotti relattivi li joriġinaw f’pajjjiżi membri oħra ta’l-Organizzazzjoni ta’ Kummerċ Dinji (OKD) minbarra t-Tajlandja;

    (d)

    kwota ta’ 32 000 tunnellata għall-prodotti relattivi li joriġinaw f’pajjiżi oħra mhux membri ta’l-OKD li minnhom 2 000 tunnellata għandhom jiġu riżervati għall-importazzjoni ta’ prodotti ta’ speċi wżata għal konsum uman, f’pakketti immedjati ta’ kontenut nett li ma jeċċedix 28 kilogramma, jew friski u sħaħ jew mingħajr qoxra u ffriżati, sew jekk imqatta’ biċċiet jew le.

    Il-kwoti imsemmija fl-ewwel subparagrafu, punti a), b) u ċ), għandhom in-numri tas-serje rispettivi 09.4009, 09.4011 u 09.4010.

    Fir-rigward tal-kwota msemmija fl-ewwel subparagrafu, punt (d), in-numri tas-serje 09.4021 u 09.4012 huma allokati rispettivament għall-parti tal-kwota riservata għall-importazzjoni tal-prodotti tat-tip utilizzat għall-konsum uman (2 000 tunnellata) u għall-parti l-oħra mhux riservata (30 000 tunnellata).

    Għandhom japplikaw id-diposizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru. 1291/2000, ir-Regolament (KE) Nru. 1342/2003, kif ukoll ir-Regolament (KE) Nru 1301/2006 tal-Kummissjoni (6), ħlief għal dawk id-disposizzjonijet kuntrarji previsti f’dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Bil-għan tar-rilaxx f’ċirkolazzjoni ħielsa tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1, applikazzjonijiet għal liċenzja ta’ importazzjoni għandhom jiġu ppreżentati f’kull Stat Membru u liċenzji maħruġa għandhom ikunu validi f’kull parti tal-Komunità.

    Artikolu 3

    1.   Applikazzjonijiet għal liċenzja ta’ importazzjoni għandhom ikunu ammisibbli jekk:

    (a)

    huma mehmuża ma’ l-oriġinal ta’ ċertifkat magħmul mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż interessat li jiċċertifika l-oriġini ta’ l-oġġetti skond il-kampjun fl-Anness I. Iżda, dak iċ-ċertifikat m’ għandux ikun meħtieġ għal importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw fiċ-Ċina u msemmija fl-ewwel subparagrafu Artikolu 1(b);

    (b)

    huma mehmuża ma’ prova, fil-forma ta’ kopja tal-polza tal-kargu, li l-oġġetti ġew mgħobbija fit-terz pajjiż ta’ oriġini u huma trasportati għall-Komunità bil-bastiment imsemmi fl-applikazzjoni, u, meta t-terz pajjiż m’ għandux aċċess dirett għall-baħar, dokument internazzjonali ta’ trasport li jiċċertifika trasport ta’ l-oġġetti mill-pajjiż ta’ oriġini għall-port ta’ tagħbija huwa wkoll provdut;

    (ċ)

    fil-każ ta’ prodotti li joriġinaw fl-Indonesja u ċ-Ċina, huma mehmuża mal-liċenzi relevanti ta’ esportazzjoni kif imsemmi f’Kapitolu II maħruġa mill-awtoritajiet, kompluti kif imiss skond il-kampjun fl-Annessi II u III. L-oriġinali ta’ dawk il-liċenzi għandhom jinżammu mill-awtorità li toħroġhom. Iżda, meta l-applikazzjonijiet għal liċenzja ta’ importazzjoni jkopru biss parti tal-kwantità murija fuq il-liċenzja ta’ esportazzjoni, il-korp li joħroġha għandu juri fuq l-oriġinal il-kwantità li għalih l-oriġinal kien użat u, wara li jitwaħħal it-timbru fuqu, għandu jirritorna l-oriġinal lill-parti interessata. Il-kwantità biss murija f’Taqsima 7 ta’ liċenzi ta’ esportazzjoni fil-każ ta’ esportazzjonijiet ta’ l-Indonesja u fl-Artikolu 9 ta’ liċenzi ta’ esportazzjoni fil-każ ta’ esportazzjonijiet Ċiniżi għandhom jittieħdu f’konsiderazzjoni għall-għanijiet ta’ ħruġ tal-liċenzji ta’ importazzjoni;

    (d)

    huma jirreferu għal kwantità li ma tkunx iżjed mill-kwantità murija fid-dokumenti msemmija f’punti (a), (b) u (ċ).

    2.   Applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ importazzjoni ppreżentati għall-għanijiet ta’ rilaxx f’ċirkolazzjoni ħielsa ta’ prodotti ta’ speċi wżata għal konsum uman koperti b’kodiċi NM 0714 10 91 u 0714 90 11 ma jistgħux jirreferu għal kwantità iżjed minn 150 tunnellati għal kull parti interessat li jaġixxi għalih innifsu.

    KAPITOLU II

    LIĊENZI TA’ ESPORTAZZJONI

    Artikolu 4

    1.   Liċenzji ta’ esportazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet ta’ l-Indonesja u ċ-Ċina għandhom jiġu stampati bl-Ingliż.

    2.   L-oriġinal u kopji tiegħu għandhom jiġu mimlija ttajpjati jew bil-kitba bl-idejn. Fil-każ ta’l-aħħar, huma għandhom jiġu kompletati billi tintuża linka u ittri kapitali kbar.

    3.   Kull liċenzja ta’ l-esportazzjoni għandha ġġorr numru tas-serje stampat minn qabel. Barra dan, fis-sezzjoni ta’ fuq nett hija għandha ġġorr ukoll numru tal-liċenzja. Il-kopji għandhom iġorru l-istess numri bħall-oriġinal.

    Artikolu 5

    1.   Liċenzji ta’ esportazzjoni għandhom ikunu validi għal 120 ġurnata mid-data tal-ħruġ. Il-jum ta’ ħruġ ta’ liċenzja għandu jgħodd bħala parti mit-termini tagħha ta’ validità.

    Liċenzji għandhom ikunu validi biss kemm-il darba t-taqsimiet tagħhom huma kompletati kif imiss u huma awtentikati kif muri fuqhom. Kwantitajiet għandhom jingħataw b’figuri u bi kliem.

    2.   Liċenzji ta’ esportazzjoni għandhom jiġu awtentikati kif imiss meta huma jindikaw id-data ta’ ħruġ u iġorru t-timbru ta’ l-awtorità li toħroġhom u l-firma tal-persuni awtorizzati biex jiffirmawhom.

    KAPITOLU III

    LIĊENZI TA’ IMPORTAZZJONI

    Artikolu 6

    Applikazzjonijiet għal liċenzja u liċenzji għandhom jindikaw:

    (a)

    f’Taqsima 8, it-terz pajjiż li fih joriġina l-prodott konċernat;

    Importazzjoni minn dak il-pajjiż għandu jkun obbligatorju;

    (b)

    fil-kaxxa 24, waħda minn mid-dħul msemmija fl-Anness IV;

    (ċ)

    f’Taqsima 20, l-isem tal-bastiment li fuqu l-oġġetti qed jiġu jew ġew mibgħuta bil-baħar għall-Komunità, in-numru taċ-ċertifkat ta’ oriġini ppreżentat u, fil-każ ta’ prodotti li joriġinaw fl-Indonesja jew iċ-Ċina, in-numru u d-data tal-liċenzja ta’ esportazzjoni Indonesjana jew Ċiniża rispettivament.

    Artikolu 7

    1.   B’dak kollu li hemm fl-Artikolu 12 ta’ Regolament (KE) Nru 1342/2003, it-titolu kontra liċenzji ta’ importazzjoni għandu jkun 20 EUR għal kull tunnellata.

    Iżda, fil-każ ta’ prodotti li joriġnaw fiċ-Ċina, it-titolu għandu jkun 5 EUR għal kull tunnellata.

    2.   Jekk, skond l-artikolu 8(4), il-kwantità li għaliha il-liċenzja tinħareġ hija inqas mill-kwantità li għaliha ġiet applikata, it-titolu li jikkorrispondi mad-differenza għandu jiġi maħruġ.

    3.   Ir-raba’ linja ta’ l-Artikolu 5(1) ta’ Regolament (KE) Nru 1291/2000 ma għandux japplika.

    Artikolu 8

    1.   Applikazzjonijiet għal liċenzji għandhom jiġu ppreżentati fl-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri bejn it-Tnejn u l-Erbgħa ta’ kull ġimgħa, sas-13.00.

    Iżda, l-ewwel jum ta’ kull sena meta l-applikazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati għandu jkun l-ewwel jum tax-xogħol f’Jannar.

    2.   Għal prodotti li joriġinaw fl-Indonesja jew iċ-Ċina, applikazzjonijiet għal liċenzji jistgħu jirreferu għal importazzjonijiet li għandhom jitwettqu is-sena ta’ wara jekk huma ppreżentati matul Diċembru skond il-bażi ta’ liċenzja ta’ esportazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet Indonesjani jew Ċiniżi għas-sena relattiva.

    3.   L-Istati Membri għandhom jinnotifkaw lill-Kummissjoni fil-jum wara l-jum li fih huma preżentati applikazzjonijiet, u mhux iżjed tard mis-13.00 tal-Ħamis wara ż-żmien għall-preżentazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet prevista fl-ewwel subparagrafu ta’ paragrafu 1, id-dettaliji li ġejjin:

    (a)

    il-kwantitajiet totali, li għalihom jirreferu l-applikazzjonijiet għall-liċenzji, skond il-pajjiż ta’ l-oriġini u l-kodiċi tal-prodott;

    (b)

    in-numru tal-liċenzja ta’ l-oriġini ippreżentata u l-kwantità totali li tidher fid-dokument oriġinali, jew estratt tiegħu;

    (ċ)

    ir-referenzi tal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni li twasslu mill-awtoritajiet indonezjani u ċiniżi u l-kwantitiajiet korrispondenti, kif ukoll l-isem tal-bastiment.

    4.   Il-liċenzji ta’ importazzjoni għandhom jinħarġu fir-raba ġurnata tax-xogħol li jiġu wara d-data tal-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 3.

    5.   Liċenzji ta’ importazzjoni għall-prodotti li joriġinaw fl-Indonesja jew iċ-Ċina li fir-rigward tagħhom l-applikazzjonijiet jintbagħtu f’Diċembru għas-sena ta’ wara m’għandhomx jiħarġu qabel l-ewwel ġurnata tax-xogħol f’Jannar tas-sena in kwistjoni.

    Artikolu 9

    Bla ħsara għal l-Artikolu 10(2) ta’ dan ir-Regolament u b’dak kollu li hemm fl-Artikolu 8(4) ta’ Regolament (KE) Nru 1291/2000, il-kwantità maħruġa f’ċirkolazzjoni ħielsa ma tistax tkun iżjed mill-kwantità murija f’Taqsimiet 17 u 18 tal-liċenzji ta’ importazzjoni, għal dak il-għan il-figura 0 għandha tiddaħħal f’Taqsima19 tal-liċenzji.

    Artikolu 10

    1.   Fil-każ ta’ prodotti li joriġinaw fl-Indonesja, malli jiġi verifikat li l-kwantitajiet attwalment imħatta għal kunsinna speċifika huma iżjed minn dawk koperti bil-liċenzja ta’ importazzjoni maħruġa għal dik il-kunsinna, l-awtoritajiet kompetenti li ħarġu l-liċenzja konċernati għandhom, fuq talba tal-importatur, jinnotifkaw lill-Kummissjoni b’mezzi elettroniċi kemm jista’ jkun malajr, skond bażi ta’ każ każ, tan-numru tal-liċenzja Indonesjana ta’ esportazzjoni, in-numru (i) tal-liċenzja ta’ importazzjoni, il-kwantità żejda u l-isem tal-bastiment.

    Il-Kummisjoni għandha tikkuntattja l-awtoritjajiet Indonesjani bil-għan tal-ħruġ ta’ liċenzi ġodda ta’ esportazzjoni. Waqt il-preparazzjoni tagħhom, il-kwantitajiet li jibqgħu ma jistgħux jiġu maħruġa f’ċirkolazzjoni ħielsa sakemm il-liċenzji ġodda ta’ importazzjoni għall-kwantitajiet relattivi ma jistgħux jiġu ppreżentati. Il-liċenzji ġodda ta’ importazzjoni għandhom jinħarġu skond il-kondizzjonijiet li hemm fl-Artikolu 8.

    2.   Iżda, b’dak kollu li hemm fil-paragrafu 1, billi l-kwantitajiet li jitħattu mhumiex iżjed minn 2 % iżjed mill-kwantitajiet koperti bil-liċenzji ta’ importazzjoni maħruġa li jikkorrispondu mal-liċenzji ta’ esportazzjoni mogħtija għall-bastiment konċernat, l-awtortiajiet kompetenti fl-Istat Membru fejn għandu jseħħ rilaxx f’ċirkolazzjoni ħielsa għandhom, fuq talba ta’ l-importatur, jawtorizzaw ir-rilaxx f’ċirkolazzjoni ħielsa tal-kwantitajiet żejda sakemm l-importatur iħallas dazju ta’ dwana limitat għal 6 % ad valorem u jippreżenta titolu għal ammont daqs id-differenza bejn id-dazju sħiħ u dak imħallas.

    Il-Kummissjoni, malli tirċievi l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ paragrafu 1, għandha tikkuntattja l-awtoritajiet Indonesjani bil-għan li joħorġu liċenzji ġodda ta’ esportazzjoni.

    It-titoli għandhom jiġu mħarrġa fuq preżentazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih għandu jseħħ rilaxx f’ċirkolazzjoni ħielsa ta’ liċenzja supplementari ta’ importazzjoni għall-kwantitajiet żejda relattivi. Applikazzjoni għal dawk il-liċenzji m’ għandiex tkun suġġetta għall-preżentazzjoni ta’ titolu kontra il-liċenzja kif provdut fl-Artikolu 15 (2) ta’ Regolament (KE) Nru 1291/2000 jew l-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament. Dawk il-liċenzi għandhom jinħarġu skond it-termini ta’ l-Artikolu 8 tar-Regolament preżenti fuq preżentazzjoni ta’ liċenzja ta’ esportazzjoni ġdida u waħda jew iżjed liċenzji maħruġa mill-awtoritajiet Indonesjani għall-kwantità żejda relattiva. Il-liċenzja żejda ta’ importazzjoni għandu jkollha fiha f’kaxxa 20 waħda mill-annotazzjonijiet li ġejjin. Il-liċenzja ta’ l-importazzjoni supplementari għandha tinkludi fost affarijiet oħra, fil-każ 20, waħda mid-dħul li tidher fl-Anness V.

    It-titolu għandu jinkiseb relattivament għal kwantitajiet li għalihom ma ġietx preżentata liċenzja supplementari ta’ importazzjoni fi żmien 4 xhur, ħlief f’każijiet ta’ force majeure, mid-data li fiha d-dikjarazzjoni għal rilaxx f’ċirkolazzjoni ħielsa msemmija fl-ewwel subparagrafu hija aċċettata.

    Malli l-liċenzja supplementari ta’ importazzjoni ġiet proċessata u ttimbrata mill-awtorità kompetenti meta t-titolu huwa rilaxxat, il-liċenzja għandha tiġi rritornata lill-awtorita’ li toħroġha kemm jista’ jkun malajr.

    3.   Applikazzjoni ta’ paragrafi 1 u 2 tista’ ma tirriżultax f’importazzjoni ta’ kwantitajiet ta’ oġġetti li jkunu iżjed mill-kwota ġenerali awtorizzata għas-sena. Jekk, meta liċenzja supplementari ta’ importazzjoni tinħareġ, jinsab li l-kwota ġenerali ġiet eċċeduta, il-kwantità koperta mil-liċenzja supplementari għandha titnaqqas mill-kwota ġenerali awtorizzata għas-sena ta’ wara.

    Artikolu 11

    Il-kwantitajiet ta’ prodotti li għalihom kull liċenzja ta’ importazzjoni maħruġa tirrelata għandhom jitnaqqsu mill-kwota ġenerali għas-sena ta’ ħruġ ta’ dawk il-liċenzji.

    Liċenzji maħruġa skond dan ir-Regolament għandhom ikunu validi f’kull parti tal-Komunità għal 60 ġurnata mid-data ta’ ħruġ attwali skond it-tieni pargrafu ta’ l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000.

    Iżda, liċenzji maħruġa għal prodotti li joriġinaw fl-Indonesja jew ċ-Ċina għandhom ikunu validi sa l-aħħar jum ta’ validità tal-liċenzja ta’ esportazzjoni b’żieda ta’ 30 ġurnata.

    L-aħħar ġurnata tal-validità tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni ma tistax taqa’ wara l-31 ta’ Diċembru tas-sena li fiha tkun ħarġet.

    Artikolu 12

    Ir-Regolament (KE) Nru 2449/96 hu mħassar.

    Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VII.

    Artikolu 13

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, 15 ta’ Jannar 2008.

    Għall-Kummissjoni

    José Manuel BARROSO

    Il-President


    (1)  ĠU L 146, 20.6.1996, p. 1.

    (2)  ĠU L 333, 21.12.1996, p. 14. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1884/2006 (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 44).

    (3)  Ara l-Anness VI.

    (4)  ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52).

    (5)  ĠU L 189, 29.7.2003, p. 12. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1996/2006 (ĠU L 398, 30.12.2006, p. 1).

    (6)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.


    ANNESS I

    Image

    Test ta 'immaġni

    ANNESS II

    Image

    Test ta 'immaġni

    ANNESS III

    Image

    Test ta 'immaġni

    ANNESS IV

    Dħul imsemmi fl-Artikolu 6, punt (b)

    :

    Lingwa Bulgara

    :

    Мита, ограничени до 6 % ad valorem (Регламент (ЕО) № 27/2008),

    :

    Lingwa Spanjola

    :

    Derechos de aduana limitados al 6 % ad valorem [Reglamento (CE) no 27/2008],

    :

    Lingwa Ċeka

    :

    Clo limitované 6 % ad valorem (nařízení (ES) č. 27/2008),

    :

    Lingwa Daniża

    :

    Toldsatsen begrænses til 6 % af værdien (Forordning (EF) nr. 27/2008),

    :

    Lingwa Ġermaniża

    :

    Beschränkung des Zolls auf 6 % des Zollwerts (Verordnung (EG) Nr. 27/2008),

    :

    Lingwa Estonjana

    :

    Väärtuseline tollimaks piiratud 6 protsendini (määrus (EÜ) nr 27/2008),

    :

    Lingwa Griega

    :

    Τελωνειακός δασμός κατ’ ανώτατο όριο 6 % κατ’ αξία [Κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 27/2008],

    :

    Lingwa Ingliża

    :

    Customs duties limited to 6 % ad valorem (Regulation (EC) No 27/2008),

    :

    Lingwa Franċiża

    :

    Droits de douane limités à 6 % ad valorem [règlement (CE) no 27/2008],

    :

    Lingwa Taljana

    :

    Dazi doganali limitati al 6 % ad valorem [Regolamento (CE) n. 27/2008],

    :

    Lingwa Latvjana

    :

    Muitas nodokļi nepārsniedz limitu 6 % ad valorem (Regula (EK) Nr. 27/2008),

    :

    Lingwa Litwana

    :

    Muito mokestis neviršija 6 % ad valorem (Reglamentas (EB) Nr. 27/2008),

    :

    Lingwa Ungeriża

    :

    Mérsékelt, 6 %-os értékvám (27/2008/EK rendelet),

    :

    Lingwa Maltija

    :

    Dazji doganali limitati għal 6 % ad valorem (Regolament (KE) Nru 27/2008),

    :

    Linjwa Olandiża

    :

    Douanerechten beperkt tot 6 % ad valorem (Verordening (EG) nr. 27/2008),

    :

    Lingwa Pollakka

    :

    Należności celne ograniczone do 6 % ad valorem (Rozporządzenie (WE) nr 27/2008),

    :

    Lingwa Portugiża

    :

    Direitos aduaneiros limitados a 6 % ad valorem [Regulamento (CE) n.o 27/2008],

    :

    Lingwa Rumena

    :

    Taxe vamale limitate la 6 % ad valorem [Regulamentul (CE) nr. 27/2008],

    :

    Lingwa Slovakka

    :

    Dovozné clo so stropom 6 % ad valorem [nariadenie (ES) č. 27/2008],

    :

    Lingwa Slovena

    :

    Omejitev carinskih dajatev na 6 % ad valorem (Uredba (ES) št. 27/2008),

    :

    Lingwa Finlandiża

    :

    Arvotulli rajoitettu 6 prosenttiin (asetus (EY) N:o 27/2008),

    :

    Lingwa Żvediża

    :

    Tullsatsen begränsad till 6 % av värdet (Förordning (EG) nr 27/2008).


    ANNESS V

    Dħul imsemmi fit-tielet subpargrafu ta’ l-Artikolu 10, Paragrafu 2

    :

    Lingwa Bulgara

    :

    Допълнителна лицензия, член 10, параграф 2 от Регламент (ЕО) № 27/2008,

    :

    Lingwa Spanjola

    :

    Certificado complementario, apartado 2 del artículo 10 del Reglamento (CE) no 27/2008,

    :

    Lingwa Ċeka

    :

    Licence pro dodatečné množství, čl. 10 odst. 2 nařízení (ES) č. 27/2008,

    :

    Lingwa Daniża

    :

    Supplerende licens, forordning (EF) nr. 27/2008, artikel 10, stk. 2,

    :

    Lingwa Ġermaniża

    :

    Zusätzliche Lizenz — Artikel 10 Absatz 2 der Verordnung (EG) Nr. 27/2008,

    :

    Lingwa Estonjana

    :

    Lisakoguse litsents, määruse (EÜ) nr 27/2008 artikli 10 lõige 2,

    :

    Lingwa Griega

    :

    Συμπληρωματικό πιστοποιητικό — Άρθρο 10 παράγραφος 2 του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 27/2008,

    :

    Lingwa Ingliża

    :

    Licence for additional quantity, Article 10(2) of Regulation (EC) No 27/2008,

    :

    Lingwa Franċiża

    :

    Certificat complémentaire, règlement (CE) no 27/2008, article 10, paragraphe 2,

    :

    Lingwa Taljana

    :

    Titolo complementare, regolamento (CE) n. 27/2008, articolo 10, paragrafo 2,

    :

    Lingwa Latvjana

    :

    Atļauja par papildu daudzumu, Regulas (EK) Nr. 27/2008 10. panta 2. punkts,

    :

    Lingwa Liwanjana

    :

    Papildomoji licencija, Reglamento (EB) Nr. 27/2008 10 straipsnio 2 dalis,

    :

    Lingwa Ungeriża

    :

    Kiegészítő engedély, 27/2008/EK rendelet 10. cikk (2) bekezdés,

    :

    Lingwa Maltija

    :

    Liċenzja għal kwantità addizzjonali, Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 27/2008,

    :

    Lingwa Olandiża

    :

    Aanvullend certificaat — artikel 10, lid 2, van Verordening (EG) nr. 27/2008,

    :

    Lingwa Pollakka

    :

    Uzupełniające pozwolenie, rozporządzenie (WE) nr 27/2008 art. 10 ust. 2,

    :

    Lingwa Portugiża

    :

    Certificado complementar, n.o 2 do artigo 10.o do Regulamento (CE) n.o 27/2008,

    :

    Lingwa Rumena

    :

    Licență complementară, articolul 10 alineatul (2) din Regulamentul (CE) nr. 27/2008,

    :

    Lingwa Slovakka

    :

    Dodatočné povolenie, článok 10 ods. 2 nariadenia (ES) č. 27/2008,

    :

    Lingwa Slovena

    :

    Dovoljenje za dodatne količine, člen 10(2), Uredba (ES) št. 27/2008,

    :

    Lingwa Finlandiża

    :

    Lisätodistus, asetuksen (EY) N:o 27/2008 10 artiklan 2 kohta,

    :

    Lingwa Żvediża

    :

    Kompletterande licens, artikel 10,2 i förordning (EG) nr 27/2008.


    ANNESS VI

    Regolament imħassar flimkien ma’ lista ta’ l-emendi suċċessivi tiegħu

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2449/96

    (ĠU L 333, 21.12.1996, p. 14)

     

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2780/1999

    (ĠU L 334, 28.12.1999, p. 20)

     

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 777/2004

    (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 50)

    Artikolu 8 biss

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1884/2006

    (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 44).

    Artikolu 2 biss


    ANNESS VII

    Tabella ta’ Korrelazzjoni

    Regolament (KE) Nru 2449/96

    Dan ir-Regolament

    Artikolu 1, l-ewwel subparagrafu, frażi introduttiva

    Artikolu 1, l-ewwel subparagrafu, frażi introduttiva

    Artikolu 1, l-ewwel subparagrafu, punt (1)

    Artikolu 1, l-ewwel subparagarfu, punt (a)

    Artikolu 1, l-ewwel subparagrafu, punt (2)

    Artikolu 1, l-ewwel subparagrafu, punt (ċ)

    Artikolu 1, l-ewwel subparagarfu, punt (3)

    Artikolu 1, l-ewwel subparagrafu, punt (b)

    Artikolu 1, l-ewwel subparagarfu, punt (4)

    Artikolu 1, l-ewwel subparagrafu, punt (d)

    Artikolu 1, it-tieni, it-tielet u r-raba’ subparagrafi

    Artikolu 1, it-tieni, it-tielet u r-raba’ subparagrafi

    Artikolu 2

    Artikolu 2

    Artikolu 3

    Artikolu 3

    Artikolu 4

    Artikolu 4

    Artikolu 5

    Artikolu 5

    Artikolu 6

    Artikolu 6

    Artikolu 7

    Artikolu 7

    Artikolu 8

    Artikolu 8

    Artikolu 9

    Artikolu 9

    Artikolu 10(1)

    Artikolu 10(1)

    Artikolu 10(2), l-ewwel, tieni u tielet paragrafi

    Artikolu 10(2), l-ewwel, it-tieni u t-tielet paragrafi

    Artikolu 10(2), inċiżi

    Artikolu 10(2), ir-raba’ u l-ħames paragrafi

    Artikolu 10(2), ir-raba’ u l-ħames paragrafi

    Artikolu 10(3)

    Artikolu 10(3)

    Artikolu 11

    Artikolu 11

    Artikolu 12

    Artikolu 12

    Artikolu 13

    Anness I

    Anness I

    Anness II

    Anness II

    Anness III

    Anness III

    Anness IV

    Anness IV

    Anness V

    Anness V

    Anness VI

    Anness VII


    Top