This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008O0031
Guideline of the European Central Bank of 19 December 2008 amending Guideline ECB/2007/9 on monetary, financial institutions and markets statistics (recast) (ECB/2008/31)
Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tad- 19 ta’ Diċembru 2008 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/9 dwar l-istatistika monetarja, tal-istituzzjonijiet finanzjarji u dik tas-swieq (ifformulata mill-ġdid) (BĊE/2008/31)
Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tad- 19 ta’ Diċembru 2008 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/9 dwar l-istatistika monetarja, tal-istituzzjonijiet finanzjarji u dik tas-swieq (ifformulata mill-ġdid) (BĊE/2008/31)
ĠU L 53, 26.2.2009, p. 76–91
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2014; Impliċitament imħassar minn 32014O0015
26.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 53/76 |
LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tad-19 ta’ Diċembru 2008
li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/9 dwar l-istatistika monetarja, tal-istituzzjonijiet finanzjarji u dik tas-swieq (ifformulata mill-ġdid)
(BĊE/2008/31)
(2009/160/KE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b’mod partikolari l-Artikoli 5.1, 12.1 u 14.3,
Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 25/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (ifformulata mill-ġdid) (BĊE/2008/32) (1),
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ informazzjoni statistika mill-Bank Ċentrali Ewropew (2),
Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u dawk ikkonsolidati tal-banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra (3),
Wara li kkunsidra l-Linja Gwida BĊE/2006/16 tal-10 ta’ Novembru 2006 dwar il-qafas legali għar-rappurtar finanzjarju u dak tal-kontabilita fis-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (4),
Wara li kkunsidra l-Anness A mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal-25 ta’ Ġunju 1996 dwar is-sistema Ewropea ta’ kontijiet nazzjonali u reġjunali fil-Komunità (5),
Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 24/2009 tal-Bank Ċentrali tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar l-istatistika fir-rigward ta’ l-attiv u l-passiv ta’ korporazzjonijiet vetturi finanzjarji ngaġġati f’tranżazzjonijiet ta’ securitisation (BĊE/2008/30) (6),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 24/2009 (BĊE/2008/30) dwar l-istatistika fir-rigward ta’l-attiv u l-passiv ta’ korporazzjonijiet vetturi finanzjarji ngaġġati f’tranżazzjonijiet ta’ securitisation (minn issa ′l quddiem il-“FVCs”) jistabbilixxi li taħt ċerti kundizzjonijiet, il-FVCs jistgħu jiġu eżentati mill-obbligi kollha ta’ rappurtar jew xi wħud minnhom stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 24/2009 (BĊE/2008/30) u l-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) minflok jistgħu jakkwistaw id-data meħtieġa minn sorsi oħra ta’ data statistika, pubblika jew superviżorja. |
(2) |
Data dwar titoli maħruġa ta’ FVC u/jew holdings ta’ titoli ta’ FVC jistgħu jiġu akkwistati minn database ta’ titoli ċċentralizzat (CSDB); għalhekk, CSDB li jiffunzjona jitqies li huwa essenzjali biex jippermetti l-akkwist ta’ data dwar titoli maħruġa ta’ FVC u/jew holdings ta’ FVCs ta’ titoli, |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Il-Linja Gwida BĊE/2007/9 (7) hija emendata kif ġej:
(1) |
Jiddaħħal l-Artikolu 18a li ġej: “Artikolu 18a Statistika dwar l-attiv u l-passiv ta’ FVCs Il-BĊNi għandhom jikkumpilaw u jirrappurtaw informazzjoni statistika aggregata u separata dwar l-attiv u l-passiv ta’ FVCs skont Parti 15 tal-Anness III ma’ din il-Linja Gwida. Id-data għandha tiġi sottomessa għat-tliet sub kategoriji li ġejjin: (i) FVCs ingaġġati f’securitisation tradizzjonali; (ii) FVCs ingaġġati f’securitisation sintetika; u (iii) FVCs oħra. Għall-fini ta’ statistika ta’ FVC securitisation tradizzjonali tirreferi għal securitisations fejn it-trasferiment tar-riskju jintlaħaq bit-trasferiment ekonomiku tal-attiv li jkun qed jiġi securitised, lill-FVC. Dan għandu jintlaħaq bit-trasferiment tal-proprjetà tal-assi securitised mill-oriġinatur jew permezz ta’ sub-parteċipazzjoni. Securitisation sintetika tirreferi għal securitisations fejn it-trasferiment tar-riskju jintlaħaq bl-użu ta’ derivattivi ta’ kreditu, garanziji jew kull mekkaniżmu simili ieħor. Dawn l-obbligi għandhom ikopru data dwar ammonti dovuti fi tmiem it-trimestru, tranżazzjonijiet finanzjarji u write-offs/write-downs mogħtija kull trimestru. Il-BĊNi jistgħu jippreżentaw lill-BĊE id-data meħtieġa dwar ir-write-offs/write-downs fuq il-bażi ta′ “l-aħjar sforz”. Il-BĊNi għandhom jirrappurtaw lill-BĊE id-data dwar l-ammonti dovuti tal-FVC, it-tranżazzjonijiet finanzjarji u write-offs/write-downs kull trimestru sa tmiem in-negozju fil-28 jum ta’ xogħol wara t-tmiem tat-trimestru li dwaru għandha x’taqsam id-data. Ir-regoli ġenerali li ġejjin għandhom japplikaw għar-reviżjoni ta’ data trimestrali:
Sabiex jissodisfaw l-obbligi ta’ rappurtar ta’ statistika li minnhom FVCs huma eżentati skont l-Artikolu 5(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 24/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2008/30) (**), il-BĊNi wara li jikkonsultaw il-BĊE, għandhom jiddeċiedu fuq il-metodu l-aktar xieraq biex jikkumpilaw id-data dwar l-attiv u l-passiv ta’ FVCs, jiddependi mill-organizzazzjoni tas-swieq rilevanti u d-disponibbiltà ta’ informazzjoni rilevanti oħra statistika, pubblika jew superviżorja fl-Istat Membru. Jekk il-BĊNi jakkwistaw data dwar titoli maħruġa ta’ FVC u/jew holdings ta’ FVCs ta’ titoli mis-CSDB jew xi database ieħor ta’ titoli u/jew data dwar l-attiv u l-passiv ta’ FVCs minn sorsi oħra ta’ data statistika, minn sorsi pubbliċi bħal rapporti ta’ qabel il-bejgħ jew dwar l-investituri, jew minn sorsi ta’ data superviżorja, għandhom japplikaw l-istandards tal-kwalità tad-data deskritti hawn isfel. Kif inhu identifikat f’Parti 15 tal-Anness III ma’ din il-Linja Gwida, issir distinzjoni bejn serje anchor, li huma suġġetti għal standards għolja ta’ kwalità, imqabbla ma’ data direttament irrappurtata minn FVCs skont l-Anness III mar-Regolament (KE) Nru 24/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2008/30) u li hija verifikabbli ex-post kif imsemmi fil-paragrafu 9, u serje non-anchor li jistgħu jkunu vvalutati skont standards ta’ kwalità anqas iebsa (***). Jekk il-BĊNi jakkwistaw data dwar l-attiv u l-passiv ta’ FVCs minn sorsi ta’ data superviżorja, il-BĊNi għandhom jiżguraw li dawn is-sorsi huma allinjati biżżejjed mal-kunċetti statistiċi u d-definizzjonijiet skont l-obbligi ta’ rappurtar tal-FVC. L-istess għandu japplika għad-data li hija akkwistata minn sorsi oħra ta’ data statistika. Jekk data m’hijiex irrappurtata direttament minn FVCs skont l-Artikolu 5(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 24/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2008/30), il-kwalità tad-data għandha tkun sorveljata mill-BĊNi skont l-informazzjoni li tkun disponibbli mill-istqarrijiet finanzjarji annwali, kif imsemmija fil-paragrafu 9. Jekk il-cross-checks bejn id-data akkwistata kull trimestru u l-istqarrijiet finanzjarji annwali juru li ma jkunux intlaqħu standards għolja ta’ kwalità, il-BĊNi għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżguraw li d-data tissodisfa l-istandards ta’ kwalità meħtieġa, inkluż il-possibbiltà ta’ ġbir dirett ta’ data skont ir-Regolament (KE) Nru 24/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2008/30). Jekk id-data dwar ammonti dovuti u ħarġiet ġodda ta’ titoli ta’ dejn ta’ FVC u/jew holdings ta’ FVCs ta’ titoli huma kkumpilati mis-CSDB jew xi database ieħor ta’ titoli, il-BĊNi għandhom jiżguraw kopertura estensiva ta’ titoli ta’ dejn maħruġa ta’ FVC u/jew holdings ta’ FVC ta’ titoli, u għandhom jissorveljaw dik id-data regolarment kif imsemmi fil-paragrafu 10. Jekk il-kopertura u l-indikaturi ta’ kwalità għas-sett rilevanti ta’ titoli fis-CSDB jew xi database ieħor ta’ titoli, juru li ma jkunux intlaqħu standards għolja ta’ kwalità, il-BĊNi għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jintlaħaq l-istandard meħtieġ ta’ kwalità, inkluż il-possibbiltà ta’ ġbir dirett ta’ data skont ir-Regolament (KE) Nru 24/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2008/30). Skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 25/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2008/32), il-BĊNi jiġbru data dwar self mixtrija minn FVCs li joriġinaw minn u mantnuti (serviced) minn MFIs taż-żona tal-euro u kklassifikati skont il-maturità, is-settur u r-residenza tad-debituri, kif identifikat f’Parti 15 tal-Anness III ma’ din il-Linja Gwida. Jekk l-oriġinaturi tas-self securitised huma MFIs residenti fl-istess pajjiż bħall-FVC, u dawn l-MFIs domestiċi jibqgħu jmantnu (service) l-attiv securitised, il-BĊN jista’ jikkumpila din il-parti tad-data dwar il-portafoll tas-self tal-FVCs, fir-rigward tal-ammonti dovuti u t-tranżazzjonijiet finanzjarji, mid-data miġbura minn MFIs domestiċi kif speċifikat fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 25/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2008/32), minflok li jiġbru direttament din id-data minn FVCs. Jekk l-oriġinaturi tas-self securitised huma MFIs residenti fi Stat Membru ieħor taż-żona tal-euro, u dawn l-MFIs jibqgħu jmantnu (servicing) l-attiv securitised, il-BĊNi għandhom jiskambjaw l-informazzjoni miġbura minn dawn l-MFIs skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 25/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2008/32). Kull BĊN għandu jiġbor informazzjoni skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 25/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2008/32) dwar self li joriġina minn u mantnut minn MFIs domestiċi u li jkun ġie securitised ma’ FVC residenti fi Stat Membru ieħor taż-żona tal-euro. Għall-finijiet tal-iskambju ta’ informazzjoni intra-fruntieri, kull BĊN għandu jittrasmetti informazzjoni dwar self li joriġina u mantnut (serviced) minn MFIs domestiċi skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 25/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2008/32), lill-BĊE, skont Parti 15 tal-Anness III ma’ din il-Linja Gwida. Il-BĊNi għandhom jirrappurtaw din id-data lill-BĊE sat-23 jum ta’ xogħol wara t-tmiem tat-trimestru li dwaru għandha x’taqsam id-data. Il-BĊE għandu jipprovdi, konformi mal-atti legali applikabbli li jipproteġu d-data kunfidenzjali, il-gateway teknika għal dan l-iskambju ta’ informazzjoni intra-fruntieri. Il-BĊE għandu jiddistribwixxi mill-ġdid id-data lill-BĊNi rispettivi fl-24 jum ta’ xogħol wara t-tmiem tat-trimestru li dwaru għandha x’taqsam id-data. Il-BĊNi li huma nvoluti fl-iskambju tad-data għal securitisations eżistenti għandhom jikkjarifikaw kull mistoqsijiet dovuti u kwistjonijiet ta’ koordinament fuq bażi bilaterali u, jekk jinħtieġ, jiskambjaw informazzjoni rilevanti. Jekk ikun hemm securitisations ġodda, il-BĊNi rilevanti jistgħu jistaqsu lill-BĊE biex jaġixxi bħala koordinatur. Jekk il-BĊNi jikkumpilaw data dwar l-attiv u l-passiv ta’ FVCs direttament minn FVCs, u fejn rilevanti, ibbażata skont data irrappurtata minn MFIs skont ir-Regolament (KE) Nru 25/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2008/32), u fejn il-BĊNi jagħtu derogi lil FVCs skont l-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 24/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2008/30), il-BĊNi għandhom jingrossaw sa kopertura ta’ 100 % għall-FVCs kollha meta jikkumpilaw l-attiv u l-passiv trimestrali ta’ data ta’ FVCs rrappurtata lill-BĊE għal ammonti dovuti, tranżazzjonijiet finanzjarji u write-offs/write-downs. Jekk il-BĊNi jikkumpilaw data dwar l-attiv u l-pasiv ta’ FVCs minn sorsi oħra statistiċi, pubbliċi u/jew superviżorji, huma jistgħu jibbażaw il-kumpilazzjoni tagħhom fuq kampjun ta’ FVCs sakemm dawn il-FVCs jammontaw għal ta’ lanqas 95 % tal-ammont totali dovut tal-attiv tal-popolazzjoni ta’ rappurtar ta’ referenza tal-FVC fi Stat Membru relevanti kif irrappreżentat fil-lista ta’ FVCs. Il-BĊNi għandhom jingrossaw sa kopertura ta’ 100 % meta jikkumpilaw id-data trimestrali dwar l-attiv u l-passiv ta’ FVCs rrappurtata lill-BĊE għal ammonti dovuti, tranżazzjonijiet finanzjarji u write-offs/write-downs. Il-BĊNi għandhom jippreżentaw noti ta’ spjega lill-BĊE fejn jagħtu r-raġunijiet għar-reviżjonijiet sinifikanti kif ukoll għal kull reviżjoni magħmula skont l-Artikolu 18a(3)(b) ta’ din il-Linja Gwida. Il-BĊNi għandhom jiċċekkjaw il-kwalità tad-data trimestrali li m’hijiex irrappurtata direttament minn FVCs jew MFIs skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 24/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2008/30), skont informazzjoni disponibbli minn stqarrijiet finanzjarji annwali. Ir-riżultat tal-kuntrolli ta’ kwalità għandhom jiġu trasmessi lill-BĊE sal-aħħar ta’ Settembru kull sena, jew l-aktar malajr minn hemm ‘il quddiem, skont il-prattiċi legali nazzjonali applikabbli fl-Istat Membru ta’ residenza tal-FVC. Jekk is-CSDB jew database ieħor tat-titoli jintuża bħala sors tad-data għal statistika ta’ FVC skont il-paragrafu 5, il-BĊNi għandhom jipprovdu lill-BĊE, kull sena, b’indikaturi dwar il-kopertura u l-kwalità tas-sett rilevanti ta’ titoli fis-CSDB jew fid-database l-ieħor tat-titoli, skont il-metodoloġija li għandha tiġi kkomunikata separatament lill-BĊNi. L-informazzjoni hawn fuq għandha tiġi trasmessa lill-BĊE sa tmiem Frar kull sena billi tittieħed, bħala referenza, id-data ta’ tmiem Diċembru tas-sena preċedenti.’ (*) ĠU L 15, 20.1.2009, p. 14." (**) ĠU L 15, 20.1.2009, p. 1." (***) Per eżempju, stejjem, eż. interpolazzjonijiet u ekstrapolazzjonijiet, jistgħu jinħtieġu meta d-data tinġabar minn sorsi pubbliċi jew superviżorji fi frekwenza aktar baxxa milli kull trimestru, u b’perijodu ta’ żmien itwal mit-28 jum ta’ xogħol wara l-perijodu ta’ referenza.”" |
(2) |
Jiddaħħal l-Artikolu 20a li ġej: “Artikolu 20a Lista ta’ FVCs għal fini ta’ statistika Il-varjabbli miġbura biex tiġi stabbilita u tinżamm il-lista ta’ FVCs għal finijiet ta’ statistika mogħtija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 24/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2008/30) huma speċifikati fl-Anness VIII ma’ din il-Linja Gwida. Il-BĊNi għandhom jirrappurtaw l-aġġornamenti tal-varjabbli speċifikati f’Parti 1 tal-Anness VIII ma’ din il-Linja Gwida jew meta jkun hemm bidliet fis-settur tal-FVC, jiġifieri istituzzjoni tingħaqad mas-settur tal-FVC jew FVC tħalli s-settur tal-FVC, jew meta jkun hemm bidla fl-attribwiti ta’ FVC. Il-BĊNi għandhom jakkwistaw aġġornamenti billi jqabblu l-lista nazzjonali tagħhom ta’ FVCs fl-aħħar ta’ żewġ tmiem it-trimestri wara xulxin (two successive end-of-quarter), jiġiferi m’għandhomx iqisu movimenti ġewwa t-t-trimestri. Meta jirrappurtaw istituzzjoni ġdida jew istituzzjoni li għandha tiġi modifikata, il-BĊNi għandhom ikomplu l-varjabbli obbligatorji kollha. Meta jirrappurtaw istituzzjoni li tħalli s-settur tal-FVC, il-BĊNi għandhom jirrappurtaw l-informazzjoni li ġejja bħala minimu: it-tip ta’ talba, jiġifieri it-tħassir, u l-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-FVC, jiġifieri l-varjabbli “fvc_id”. Fejn possibbli, il-BĊNi m’għandhomx jirrijallokaw l-kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ FVC ta’ FVCs imħassra għal FVCs ġodda jew modifikati. Meta jirrappurtaw aġġornamenti, il-BĊNi jistgħu jużaw is-sett tal-ittri nazzjonali tagħhom, bil-kundizzjoni li huma jużaw l-alfabett Ruman. Il-BĊNi għandhom jużaw l-Unicode biex juru b’mod korrett is-settijiet kollha tal-ittri speċjali meta jirċievi informazzjoni mill-BĊE peremzz tas-Sistema ta’ Skambju ta’ Data tar-RIAD. Qabel ma jittrasmettu aġġornamenti lill-BĊE, il-BĊNi għandhom iwettqu l-kuntrolli ta’ validazzjoni stabbiliti f’Parti 2 tal-Anness VIII ma’ din il-Linja Gwida. Il-BĊNi għandhom jittrasmettu lill-BĊE aġġornamenti tal-varjabbli speċifikati f’Parti 1 tal-Anness VIII ma’ din il-Linja Gwida, ta’ lanqas kull trimestru, fi żmien 14-il jum tax-xogħol wara d-data ta’ referenza. Il-BĊNi għandhom jittrasmettu aġġornamenti f’format ta’ fajl XML. Il-BĊE għandu mbagħad jipproċessa d-data permezz tas-Sistema ta’ Skambju ta’ Data tar-RIAD. Fil-każ ta’ ħsarat fl-EXDI u/jew tas-Sistema ta’ Skambju ta’ Data tar-RIAD, l-aġġornamenti għandhom jiġu trasmessi fil-format XML permezz tal-kont Cebamail N13. Jekk is-sistema Cebamail m’hijiex operattiva għat-trasferiment tal-fajl ta’ aġġornamenti ta’ FVC jew korrezzjonijiet, il-BĊNi għandhom jittrasferixxu dawn il-fajls bl-e-mail bl-użu tal-format XML lill-indirizz tal-e-Mail li ġej: birs@ecb.europa.eu Il-BĊNi li jużaw proċeduri manwali ta’ input għandhom ikollhom f’posthom sett adegwat ta’ kuntrolli biex jimminimizzaw żbalji operattivi u jiżguraw il-preċiżjoni u l-konsistenza tal-aġġornamenti ta’ FVC rrappurtati permezz tas-Sistema ta’ Skambju ta’ Data tar-RIAD. Malli jirċievi l-aġġornamenti, jiġifieri l-aħħar informazzjoni disponibbli, il-BĊE għandu jwettaq minnufih kuntrolli ta’ validazzjoni kif stabbiliti f’Parti 2 ta’ Anness VIII ma’ din il-Linja Gwida. Il-BĊE għandu jirritorna minnufih lill-BĊNi: (i) konferma tal-għarfien li tinkludi taqsira ta’ informazzjoni tal-aġġornamenti ta’ FVC li jkunu ġew ipproċessati w implimentati b’suċċess fid-dataset tal-FVC tal-BĊE; u/jew (ii) konferma tal-iżball li tinkludi informazzjoni dwar l-aġġornamenti ta’ FVC u l-kuntrolli ta’ validazzjoni li jkunu fallew. Skond Parti 1 ta’ Anness VIII ma’ din il-Linja Gwida, il-BĊE għandu jimplimenta, fis-sħiħ jew f’parti, varjabbli “object_request” li mhux komplut, inkorrett jew li jkun nieqes jew jiċħdu. Malli jirċievi konferma li jkun sar żball, il-BĊNi għandhom jieħdu azzjoni immedjata biex jittrasmettu l-informazzjoni kkoreġuta. Jekk ma jkunux jistgħu jieħdu azzjoni immedjata, huma għandhom ikollhom massimu ta’ jumejn ta’ xogħol, jiġifieri sa 17.59 Ħin Ċentrali Ewropew (CET) fit-tieni jum ta’ xogħol, biex jirrappurtaw l-informazzjoni kkoreġuta, wara l-iskadenza għar-rappurtar stabbilita fil-paragrafu 2. Il-BĊE għandu jieħu kopja tad-dataset tal-FVC, esklużi l-valuri mmarkati bħala kunfidenzjali, fis-18.00 CET fit-tieni jum ta’ xogħol wara l-iskadenza għar-rappurtar imsemmija fil-paragrafu 2. L-informzzjoni aġġornata għandha ssir disponibbli sa 12.00 CET il-jum ta’ wara. Il-BĊE m’għandux jippubblika valuri li jkunu ġew immarkati bħala kunfidenzjali. Fl-istess ħin li jikkomunika l-lista ta’ FVCs fuq is-sit elettroniku tiegħu, il-BĊE għandu jibgħatha lill-BĊNi permezz tas-Sistema ta’ Skambju ta’ Data tar-RIAD.” |
(3) |
L-Anness III huwa emendat u jiżdied l-Anness VIII skont l-Anness ma’ din il-Linja Gwida. |
(4) |
Fil-Glossarju, id-definizzjoni ta’ korporazzjonijiet vetturi finanzjarji hija sostitwita b’li ġej: “Korporazzjonijiet vetturi finanzjarji ngaġġati f’tranżazzjonijiet ta’ securitisation huma ddefiniti fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 24/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2008/30).” |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dik li fiha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Destinatarji
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.
Magħmul fi Frankfurt am Main, 19 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) ĠU L 15, 20.1.2009, p. 14.
(2) ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.
(3) ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1.
(4) ĠU L 348, 11.12.2006, p. 1.
(5) ĠU L 310, 30.11.1996, p. 1.
(7) ĠU L 341, 27.12.2007, p. 1.
ANNESS
1. |
Il-Parti 15 li ġejja tiżdied mal-Anness III: “PARTI 15 Tabella ta' rappurtar ta' FVC Tabella 1 Ammonti dovuti u tranżazzjonijiet finanzjarji Data li għandha tingħata kull trimestru
Tabella 2 Write-offs/write-downs Data li għandha tingħata kull trimestru
Tabella 3 Ammonti dovuti biex jiġu skambjati bejn BĊNi
|
2. |
Jiżdied l-Anness VIII li ġej: “ANNESS VIII LISTA TA’ FVCs GĦAL FINIJIET TA’ STATISTIKA PARTI 1 Varjabbli għar-rappurtar tal-lista ta’ korporazzjonijiet vetturi finanzjarji (FVCs) għal finijiet ta’ statistika
PARTI 2 Kuntrolli ta’ validazzjoni 1. Kuntrolli ġenerali Jiġi eżaminat li:
2. Kuntrolli tal-kodiċi tal-Id Jiġi eżaminat li:
Jekk il-kodiċi ta’ identifikazzjoni jkun intuża diġà (jew għal FVC eżistenti jew għal FVC li tkun ġiet imħassra qabel) u t-talba m’hijiex ‘fvc_req_mod_id_realloc’, jew il-kodiċi ta’ identifikazzjoni ġdid tal-FVC huwa fil-lista kurrenti, il-BĊE jiċħad it-talba. Jekk il-varjabbli ‘fvc_id’ m’huwiex komplut, huwa inkorrett jew nieqes, il-BĊE jiċħad it-talba kollha. 3. Isem Jiġi eżaminat li:
Jekk jonqos il-varjabbli ‘name’, il-BĊE jiċħad it-talba kollha. 4. Indirizz Jiġi eżaminat li:
Jekk ta’ lanqas wieħed mill-varjabbli ta’ ‘address’ jonqos, il-BĊE jiċħad it-talba kollha. 5. Belt Jiġi eżaminat li il-varjabbli ‘city’ tispeċifika l-belt fejn tinsab il-FVC. Jekk il-varjabbli ‘city’ hija nieqsa, il-BĊE jiċħad it-talba kollha. 6. Isem il-kumpanija tal-immaniġġjar u l-bandiera tal-kunfidenzjalità assoċjata Kumpanija ta’ immaniġġjar hija istituzzjoni li tipprovdi servizzi ta’ immaniġġjar jew ta’ amministrazzjoni lil FVC. Jiġi eżaminat li:
Jekk jonqos il-varjabbli ‘management company name’, il-BĊE jiċħad it-talba kollha. 7. Natura tas-securitisation u l-bandiera tal-kunfidenzjalità assoċjata Jiġi eżaminat li:
Jekk il-varjabbli ‘nature of securitisation’ hija nieqsa, il-BĊE jiċħad it-talba kollha. 8. Kodiċi tal-ISIN Jiġi eżaminat li:
Jekk l-‘ISIN codes’ tal-varjabbli u ‘ISIN_1’ huma nieqsa, jiġifieri la l-kodiċi attwali u lanqas it-terminu ‘XXXXXXXXXXXX’ ma jingħata, il-BĊE jiċħad it-talba sħiħa. 9. Kuntrolli ta’ kunfidenzjalità Il-BĊNi jistgħu jimmarkaw ċerti valuri jew ir-rekord sħiħa bħala kunfidenzjali bil-varjabbli tal-bandiera tal-kunfidenzjalità, meta jirrappurtaw aġġornament lil FVC lill-BĊE. F’dawn il-każijiet, l-informazzjoni li takkumpanja dwar ir-raġuni għall-kunfidenzjalità għandha tingħata fil-parti ‘free_text’. Il-BĊE ma jippubblikax dawn il-valuri fuq is-sit elettroniku tiegħu jew jagħtihom lura lill-BĊNi. Il-bnadar tal-kunfidenzjalità huma deskritti f’aktar dettal hawn isfel:
Jiġi eżaminat li:
|
(1) inkludi żona domestika, Stati Membri taż-żona ta' l-ewro parteċipanti u l-bqija tad-dinja.”
(2) Numru Internazzjonali ta’ Identifikazzjoni ta’ Titoli: kodiċi li jidentifika b’mod uniku ħarġa ta’ titoli, kompost minn 12 –il ittra alfanumerika.