This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008L0088R(01)
Corrigendum to Commission Directive 2008/88/EC of 23 September 2008 amending Council Directive 76/768/EEC, concerning cosmetic products, for the purpose of adapting Annexes II and III thereto to technical progress ( OJ L 256, 24.9.2008 )
Direttiva tal-Kummissjoni 2008/88/KE tat- 23 ta’ Settembru 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, dwar prodotti kosmetiċi, bil-għan li tadatta l-Annessi II u III tagħha skond il-progress tekniku ( ĠU L 256, 24.9.2008 )

ĠU L 263, 2.10.2008, p. 26–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/88/corrigendum/2008-10-02/oj
2.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 263/26 |
Direttiva tal-Kummissjoni 2008/88/KE tat-23 ta’ Settembru 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, dwar prodotti kosmetiċi, bil-għan li tadatta l-Annessi II u III tagħha skond il-progress tekniku
( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 256, 24 ta' Settembru 2008 )
F'paġna 12, Artikolu 2(1):
Minflok:
“1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-14 ta' Frar 2009 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex ikunu f’konformità ma’ din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-14 ta' Awwissu 2009.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza dakinhar tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir it-tali referenza.”
Aqra:
“1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-14 ta' April 2009 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex ikunu f’konformità ma’ din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-14 ta' Ottubru 2009.