This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0933
2008/933/EC: Commission Decision of 4 December 2008 authorising the placing on the market of products containing, consisting of, or produced from genetically modified soybean MON89788 (MON-89788-1) pursuant to Regulation (EC) No 1829/2003 of the European Parliament and of the Council (notified under document number C(2008) 7517) (Text with EEA relevance)
2008/933/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l- 4 ta’ Diċembru 2008 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew prodotti mis-sojja modifikata ġenetikament MON89788 (MON-89788-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 7517) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2008/933/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l- 4 ta’ Diċembru 2008 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew prodotti mis-sojja modifikata ġenetikament MON89788 (MON-89788-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 7517) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 333, 11.12.2008, p. 7–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 24/09/2019
11.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 333/7 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta’ l-4 ta’ Diċembru 2008
li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew prodotti mis-sojja modifikata ġenetikament MON89788 (MON-89788-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 7517)
(It-testi bil-Franċiż u bl-Olandiż biss huma awtentiċi)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/933/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikati ġenetikament (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 7(3) u 19(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fil-31 ta’ Ottubru 2006, Monsanto Europe S.A., ressqet applikazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Olanda, skont l-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għat-tqegħid fis-suq tal-ikel, ingredjenti tal-ikel, u għalf li fihom, jikkonsistu minn, jew prodotti mis-sojja MON89788 (“l-applikazzjoni”). |
(2) |
L-applikazzjoni tkopri wkoll it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti oħrajn li fihom jew jikkonsistu mis-sojja MON89788 għall-istess użi bħal kwalunkwe sojja oħra ħlief għall-kultivazzjoni. Għalhekk, skont l-Artikoli 5(5) u 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, din tinkludi d-dejta u t-tagħrif meħtieġa mill-Annessi III u IV tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (2) u tagħrif u konklużjonijiet dwar il-valutazzjoni tar-riskju mwettqa skont il-prinċipji stipulati fl-Anness II tad-Direttiva 2001/18/KE. |
(3) |
Fil-11 ta’ Lulju 2008, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza fl-Ikel (“EFSA”) tat opinjoni favorevoli skont l-Artikoli 6 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u kkonkludiet li mhuwiex probabbli li t-tqegħid fis-suq tal-prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew prodotti minn sojja MON89788 kif deskritt fl-applikazzjoni (“il-prodotti”) se jkollhom effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew fuq l-ambjent fil-kuntest tal-użi intenzjonati tagħhom (3). Fl-opinjoni tagħha, l-EFSA ikkunsidrat il-mistoqsijiet speċifiċi kollha u t-tħassib kollu li tressqu mill-Istati Membri fil-kuntest tal-konsultazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali kif stipulat fl-Artikoli 6(4) u 18(4) ta’ dan ir-Regolament. |
(4) |
Fl-opinjoni tagħha, l-EFSA kkonkludiet ukoll li l-pjan ta’ sorveljanza tal-ambjent, li jikkonsisti fi pjan ta’ sorveljanza ġenerali, li kien tressaq mill-applikant huwa konformi mal-użu intenzjonat tal-prodotti. |
(5) |
Meta jitqiesu dawn il-konsiderazzjonijiet, l-awtorizzazzjoni għall-prodotti għandha tingħata. |
(6) |
Għandu jiġi assenjat identifikatur uniku għal kull OMĠ kif stipulat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 tal-14 ta’ Jannar 2004 li jistabbilixxi sistema għall-iżvilupp u l-assenjazzjoni ta’ identifikaturi uniċi għal organiżmi modifikati ġenetikament (4). |
(7) |
Fuq il-bażi tal-opinjoni mogħtija mill-EFSA, l-ebda rekwiżiti tal-ittikkettjar speċifiċi għajr dawk stipulati fl-Artikolu 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ma jidhru meħtieġa għall-ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf li fihom, jikkonsistu minn, jew huma prodotti mis-sojja MON89788. Madankollu, sabiex jiġi żgurat l-użu tal-prodotti fi ħdan il-limiti ta’ din l-awtorizzazzjoni stipulata minn din id-Deċiżjoni, l-ittikkettjar tal-għalf li fih jew li jikkonsisti minn OMĠ u prodotti oħra li mhumiex ikel jew għalf li jkun fihom jew jikkonsistu minn OMĠ li ntalbet l-awtorizzazzjoni tagħhom, għandhom juru b’mod ċar li l-prodotti kkonċernati m’għandhomx jintużaw għall-kultivazzjoni. |
(8) |
B’mod simili, l-opinjoni tal-EFSA ma tiġġustifikax l-impożizzjoni ta’ kondizzjonijiet jew restrizzjonijiet speċifiċi għat-tqegħid fis-suq u/jew kondizzjonijiet jew restrizzjonijiet speċifiċi għall-użu u l-ġarr, inklużi r-rekwiżiti ta’ sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq, u l-ebda kondizzjonijiet speċifiċi għall-protezzjoni ta’ ekosistemi/ambjent u/jew żoni ġeografiċi partikolari, kif stipulati fil-punt (e) tal-Artikoli 6(5) u 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. |
(9) |
L-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-awtorizzazzjoni tal-prodotti għandha tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf modifikat ġenetikament, kif stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003. |
(10) |
L-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar it-traċċabilità u l-ittikkettjar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċabilità ta’ prodotti tal-ikel u għalf prodotti minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE (5), jistipula l-ħtiġijiet tal-ittikkettjar għal prodotti li jikkonsistu minn, jew li fihom l-OMĠ. |
(11) |
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi mgħarrfa permezz tal-Clearing House dwar il-Bijosigurtà lill-Partijiet fil-Protokoll ta’ Cartagena dwar il-Bijosigurtà mal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, skont l-Artikoli 9(1) u 15(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1946/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar il-movimenti transkonfinali ta’ organiżmi modifikati ġenetikament (6). |
(12) |
L-applikant ġie kkonsultat dwar il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni. |
(13) |
Il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu. |
(14) |
Fil-laqgħa tiegħu tad-19 ta’ Novembru 2008, il-Kunsill ma setax jilħaq deċiżjoni b’maġġoranza kwalifikata kemm favur kif ukoll kontra l-proposta. Il-Kunsill indika li l-proċedimenti dwar dan il-fajl kienu konklużi. Skont dan, hi l-Kummissjoni li trid tadotta l-miżuri, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Organiżmu modifikat ġenetikament u identifikatur uniku
Is-sojja modifikata ġenetikament (Glycine max) MON89788, kif inhu speċifikat fil-punt (b) tal-Anness ma’ din id-Deċiżjoni, hi assenjata l-identifikatur uniku MON-89788-1, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 65/2004.
Artikolu 2
Awtorizzazzjoni
Il-prodotti li ġejjin huma awtorizzati għall-finijiet tal-Artikoli 4(2) u 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, skont il-kondizzjonijiet stipulati f’din id-Deċiżjoni:
(a) |
ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom, jikkonsistu minn, jew prodotti mis-sojja MON-89788-1; |
(b) |
ikel li fih, jikkonsisti minn, jew prodott mis-sojja MON-89788-1; |
(c) |
prodotti għajr ikel u għalf li fihom jew li jikkonsistu mis-sojja MON-89788-1 għall-istess użi bħal kwalunkwe sojja oħra ħlief għall-kultivazzjoni. |
Artikolu 3
L-ittikkettjar
1. Għall-finijiet tar-rekwiżiti tal-ittikkettjar stabbiliti fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem tal-organiżmu” għandu jkun “sojja”.
2. Il-kelmiet “mhux għall-kultivazzjoni” għandhom jidhru kemm fuq it-tikketta tal-prodotti li fihom jew li jikkonsistu mis-sojja MON-89788-1, imsemmija fl-Artikolu 2(b) u (c), u kif ukoll fid-dokumenti li jakkompanjawhom.
Artikolu 4
Sorveljanza għal effetti ambjentali
1. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jiżgura li l-pjan ta’ sorveljanza għall-effetti ambjentali, kif speċifikat fil-punt (h) tal-Anness, jiddaħħal fis-seħħ u jiġi implimentat.
2. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jressaq lill-Kummissjoni rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet imfassla fil-pjan ta’ sorveljanza.
Artikolu 5
Reġistru Komunitarju
It-tagħrif stipulat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandu jiddaħħal fir-reġistru Komunitarju dwar l-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament, kif stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.
Artikolu 6
Detentur tal-awtorizzazzjoni
Id-dententur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Monsanto Europe S.A., il-Belġju, li jirrappreżenta lil Monsanto Company, l-Istati Uniti tal-Amerika.
Artikolu 7
Validità
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal perjodu ta’ 10 snin mid-data tan-notifika tagħha.
Artikolu 8
Destinatarju
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Monsanto Europe S.A., Avenue de Tervuren 270-272, B-1150 Brussell – il-Belġju.
Magħmula fi Brussell, 4 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.
(2) ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1.
(3) http://www.efsa.europa.eu/EFSA/efsa_locale-1178620753816_1178620787358.htm
(5) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24.
(6) ĠU L 287, 5.11.2003, p. 1.
ANNESS
a) L-applikant u d-detentur tal-Awtorizzazzjoni:
Isem |
: |
Monsanto Europe S.A. |
Indirizz |
: |
Avenue de Tervuren 270-272, B-1150 Brussell, Il-Belġju |
F’isem Monsanto Company – 800 N. Lindbergh Boulevard – St. Louis, Missouri 63167 – l-Istati Uniti tal-Amerika.
b) Isem u speċifikazzjoni tal-prodotti:
1) |
Ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom, jikkonsistu minn, jew prodotti mis-sojja MON-89788-1; |
2) |
Ikel li fih, jikkonsisti minn, jew prodott mis-sojja MON-89788-1; |
3) |
Prodotti għajr ikel u għalf li fihom jew li jikkonsistu mis-sojja MON-89788-1 għall-istess użi bħal kwalunkwe sojja oħra ħlief għall-kultivazzjoni. |
Is-sojja MON-89788-1 modifikata ġenetikament, kif deskritta fl-applikazzjoni, tesprimi l-proteina CP4 EPSPS li tittollera l-erbiċida glifosat.
c) L-ittikkettjar:
1) |
Għall-finijiet tar-rekwiżiti speċifiċi tal-ittikkettjar stabbiliti fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem tal-organiżmu” għandu jkun “sojja”; |
2) |
Il-kelmiet “mhux għall-kultivazzjoni” għandhom jidhru kemm fuq it-tikketta tal-prodotti li fihom jew li jikkonsistu mis-sojja MON-89788-1, imsemmija fl-Artikolu 2(b) u (c) ta’ din id-Deċiżjoni, u kif ukoll fid-dokumenti li jakkompanjawhom. |
d) Metodu għall-identifikazzjoni:
— |
Metodu fil-ħin reali speċifiku għall-avveniment ibbażat fuq il-PCR għall-kwantifikazzjoni tas-sojja MON-89788-1; |
— |
Ivvalidat fuq żrieragħ mil-laboratorju ta’ referenza Komunitarju stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ippubblikat fuq http://gmo-crl.jrc.ec.europa.eu/statusofdoss.htm |
— |
Materjal ta’ Referenza: AOCS 0906-A u AOCS 0906-B aċċessibbli permezz ta’ American Oil Chemists Society (AOCS) fuq http://www.aocs.org/tech/crm/soybean.cfm |
e) Identifikatur uniku:
MON-89788-1
f) Tagħrif mitlub skont l-Anness II tal-Protokoll ta’ Cartagena dwar il-Bijosigurtà mal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika:
Clearing House tal-Bijosikurezza, Rekord ID: ara [għandha timtela meta jiġi mgħarraf].
g) Kondizzjonijiet jew restrizzjonijiet rigward it-tqegħid fis-suq, l-użu jew il-ġarr tal-prodotti:
Mhux meħtieġa.
h) Il-pjan ta’ sorveljanza
Il-pjan ta’ sorveljanza għal effetti ambjentali li jikkonforma mal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE.
[Ħolqa: pjan ippubblikat fuq l-Internet]
i) Rekwiżiti ta’ monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq għall-użu tal-ikel għal konsum mill-bniedem
Mhux meħtieġa.
N.B.: il-ħolqiet għal dokumenti rilevanti jista’ jkollhom bżonn jiġu emendati minn żmien għall-ieħor. Dawn il-modifiki se jkunu disponibbli għall-pubbliku permezz tal-aġġornament tar-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament.