Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0884

Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/884/PESK tal- 21 ta’ Novembru 2008 li timplimenta l-Azzjoni Konġunta 2007/369/PESK dwar l-istabbiliment tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN)

ĠU L 316, 26.11.2008, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/884/oj

26.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 316/21


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2008/884/PESK

tal-21 ta’ Novembru 2008

li timplimenta l-Azzjoni Konġunta 2007/369/PESK dwar l-istabbiliment tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta 2007/369/PESK dwar l-istabbiliment tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) tagħha,

Billi:

(1)

Fit-30 ta’ Mejju 2007, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2007/369/PESK (1) għal perijodu ta’ tliet snin. Il-fażi operattiva tal-EUPOL AFGHANISTAN bdiet fil-15 ta’ Ġunju 2007.

(2)

Huwa kompitu tal–Kunsill li jistabbilixxi l-ammont ta’ referenza finanzjarju maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-EUPOL AFGHANISTAN għall-perijodu mill-1 ta’ Diċembru 2008 sat-30 ta’ Novembru 2009,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-EUPOL AFGHANISTAN għall-perijodu mill-1 ta’ Diċembru 2008 sat-1 ta’ Diċembru 2008 until 30 ta’ Novembru 2009 għandu jkun ta’ EUR 64 000 000.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 21 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

E. WOERTH


(1)   ĠU L 139 31.5.2007, p. 33.


Top