This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0857
2008/857/EC: Commission Decision of 10 November 2008 amending Decision 2004/4/EC authorising Member States temporarily to take emergency measures against the dissemination of Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith as regards Egypt (notified under document number C(2008) 6583)
2008/857/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l- 10 ta’ Novembru 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2004/4/KE li tawtorizza temporanjament lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri ta’ emergenza kontra t-tixrid tal- Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith fir-rigward tal-Eġittu (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6583)
2008/857/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l- 10 ta’ Novembru 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2004/4/KE li tawtorizza temporanjament lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri ta’ emergenza kontra t-tixrid tal- Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith fir-rigward tal-Eġittu (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6583)
ĠU L 302, 13.11.2008, p. 28–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 29/11/2011; Imħassar b' 32011D0787
13.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 302/28 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta’ l-10 ta’ Novembru 2008
li temenda d-Deċiżjoni 2004/4/KE li tawtorizza temporanjament lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri ta’ emergenza kontra t-tixrid tal-Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith fir-rigward tal-Eġittu
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6583)
(2008/857/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar miżuri ta’ ħarsien kontra l-introduzzjoni fil-Komunità, ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew il-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/4/KE (2), it-tuberi tal-Solanum tuberosum L., li joriġinaw fl-Eġittu, bħala prinċipju ma għandhomx jiġu introdotti fil-Komunità. Madankollu, fis-snin li għaddew inkluż l-istaġun tal-importazzjoni 2007/2008 d-dħul fil-Komunità ta’ tuberi bħal dawn kien permess minn dawk “iż-żoni li huma ħielsa minn organiżmi qerrieda” u kien soġġett għal kundizzjonijiet speċifiċi. |
(2) |
Matul l-istaġun tal-importazzjoni 2007/2008. ma ġiet irreġistrata l-ebda interċettazzjoni ta’ Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith. |
(3) |
Fid-dawl tat-talba u l-informazzjoni teknika mogħtija mill-Eġittu, il-Kummissjoni stabbiliet li m’hemm l-ebda riskju li jinfirex il-Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith bid-dħul tat-tuberi tas-Solanum tuberosum L. fil-Komunità minn “żoni li huma ‘ħielsa minn organiżmi taħ ħsara” fl-Eġittu, sakemm jiġu sodisfatti ċerti kundizzjonijiet. |
(4) |
Id-dħul fil-Komunità tat-tuberi ta’ Solanum tuberosum L., li joriġinaw f’ “żoni ħielsa minn organiżmi ta’ ħsara” fl-Eġittu, għandu għalhekk jiġi permess għall-istaġun tal-importazzjoni tal-2008/2009. |
(5) |
Għalhekk id-Deċiżjoni 2004/4/KE għandha tiġi emendata skond dan. |
(6) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, |
ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2004/4/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1, id-data “2007/2008” tinbidel bid-data “2008/2009”. |
(2) |
Fl-Artikolu 4, id-data “31 ta’ Awwissu 2008” tinbidel bid-data “31 ta’ Awwissu 2009”. |
(3) |
Fl-Artikolu 7, id-data “30 ta’ Settembru 2008” tinbidel bid-data “30 ta’ Settembru 2009”. |
(4) |
l-Anness huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 10 ta’ Novembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.