Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0659

2008/659/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l- 24 ta' Lulju 2008 li taħtar membru supplenti Spanjol tal-Kumitat tar-Reġjuni

ĠU L 215, 12.8.2008, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/659/oj

12.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 215/5


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

ta’ l-24 ta' Lulju 2008

li taħtar membru supplenti Spanjol tal-Kumitat tar-Reġjuni

(2008/659/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Spanjol,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Jannar 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010 (1).

(2)

Post ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni sar battal wara l-mewt tas-Sur José Félix GARCÍA CALLEJA,

IDDEĊIEDA:

Artikolu 1

Huwa maħtur membru tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010:

Is-Sur Alberto GARCÍA CERVIÑO, Director General de Asuntos Europeos y Cooperación al Desarrollo.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussell, 24 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

B. HORTEFEUX


(1)   ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.


Top