Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0269

    2008/269/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 19 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2001/618/KE biex tinkludi d-dipartimenti ta’ Côtes-d’Armor, Finistère, Ille-et-Vilaine, Morbihan u Nord, fi Franza, fil-lista ta’ reġjuni ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1072) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 85, 27.3.2008, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 27/03/2008

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/269/oj

    27.3.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 85/9


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tad-19 ta’ Marzu 2008

    li temenda d-Deċiżjoni 2001/618/KE biex tinkludi d-dipartimenti ta’ Côtes-d’Armor, Finistère, Ille-et-Vilaine, Morbihan u Nord, fi Franza, fil-lista ta’ reġjuni ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1072)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2008/269/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar problemi ta’ saħħa ta’ annimali li jolqtu l-kummerċ intrakomunitarju fil-bovini u s-swini (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 9(2) u 10(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 64/432/KEE tistipula regoli applikabbli għall-kummerċ intrakomunitarju ta’ ċerti annimali. L-Artikolu 9 ta’ dik id-Direttiva jipprevedi programmi nazzjonali obbligatorji għal ċertu mard li jittieħed, inkluża l-marda Aujeszky, li għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. Barra minn hekk, l-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE jipprovdi għall-Istati Membri biex jippreżentaw dokumentazzjoni lill-Kummisjoni li tikkonċerna l-istatus ta’ dak il-mard li jinsab fit-territorju tagħhom.

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/618/KE tat-23 ta’ Lulju 2001 dwar garanziji addizzjonali f’kummerċ intra-Komunitarju ta’ ħnieżer rigward il-marda ta’ Aujeszky, u kriterji biex jipprovdu informazzjoni dwar din il-marda u t-tneħħija tad-Deċiżjonijiet 93/24/KEE u 93/244/KEE (2), fiha lista ta’ Stati Membri jew reġjuni tagħhom li huma ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky u fejn it-tilqim huwa pprojbit fl-Anness I inkluż fiha. L-Anness II għad-Deċiżjoni 2001/618/KE jinkludi lista ta’ Stati Membri jew reġjuni tagħhom fejn huwa stabbilit programm ta’ kontroll ta’ mard għal dik il-marda.

    (3)

    Programm għall-eradikazzjoni tal-marda ta’ Aujeszky kien ġie implimentat fi Franza għal bosta snin u d-dipartimenti ta’ Côtes-d’Armor, Finistère, Ille-et-Vilaine, Morbihan u Nord huma elenkati bħala reġjuni fejn huwa stabbilit programm approvat għall-kontroll tal-marda ta’ Aujeszky.

    (4)

    Franza ressqet dokumentazzjoni ta’ appoġġ lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ l-istatus ħieles mill-marda ta’ Aujeszky tad-dipartimenti ta’ Côtes-d’Armor, Finistère, Ille-et-Vilaine, Morbihan u Nord li turi li l-marda ġiet eradikata minn dawk id-dipartimenti.

    (5)

    Il-Kummissjoni eżaminat id-dokumentazzjoni ppreżentata minn Franz au sabitha konformi ma’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 64/432/KEE. Skond dan, dawk id-dipartimenti għandhom jiġu inklużi fil-lista fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2001/618/KE.

    (6)

    Id-Deċiżjoni 2001/618/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

    (7)

    Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Annessi I u II għad-Deċiżjoni 2001/618/KE jinbidlu bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, 19 ta’ Marzu 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Androulla VASSILIOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/729/KE (ĠU L 294, 13.11.2007, p. 26).

    (2)  ĠU L 215, 9.8.2001, p. 48. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/729/KE.


    ANNESS

    ANNESS I

    Stati Membri jew reġjuni tagħhom li huma ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky u fejn it-tilqim huwa pprojbit

    Kodiċi ISO

    Stat Membru

    Reġjuni

    CZ

    Ir-Repubblika Ċeka

    Ir-reġjuni kollha

    DK

    Id-Danimarka

    Ir-reġjuni kollha

    DE

    Il-Ġermanja

    Ir-reġjuni kollha

    FR

    Franza

    Id-dipartimenti ta’ Ain, Aisne, Allier, Alpes-de-Haute-Provence, Alpes-Maritimes, Ardèche, Ardennes, Ariège, Aube, Aude, Aveyron, Bas-Rhin, Bouches-du-Rhône, Calvados, Cantal, Charente, Charente-Maritime, Cher, Corrèze, Côte-d’Or, Côtes-d’Armor, Creuse, Deux-Sèvres, Dordogne, Doubs, Drôme, Essonne, Eure, Eure-et-Loir, Finistère, Gard, Gers, Gironde, Hautes-Alpes, Hauts-de-Seine, Haute-Garonne, Haute-Loire, Haute-Marne, Hautes-Pyrénées, Haut-Rhin, Haute-Saône, Haute-Savoie, Haute-Vienne, Hérault, Ille-et-Vilaine, Indre, Indre-et-Loire, Isère, Jura, Landes, Loire, Loire-Atlantique, Loir-et-Cher, Loiret, Lot, Lot-et-Garonne, Lozère, Maine-et-Loire, Manche, Marne, Mayenne, Meurthe-et-Moselle, Meuse, Morbihan, Moselle, Nièvre, Nord, Oise, Orne, Paris, Pas-de-Calais, Pyrénées-Atlantiques, Pyrénées-Orientales, Puy-de-Dôme, Réunion, Rhône, Sarthe, Saône-et-Loire, Savoie, Seine-et-Marne, Seine-Maritime, Seine-Saint-Denis, Somme, Tarn, Tarn-et-Garonne, Territoire-de-Belfort, Val-de-Marne, Val-d’Oise, Var, Vaucluse, Vendée, Vienne, Vosges, Yonne, Yvelines

    CY

    Ċipru

    It-territorju sħiħ

    LU

    Il-Lussemburgu

    Ir-reġjuni kollha

    AT

    L-Awstrija

    It-territorju sħiħ

    SK

    Is-Slovakkja

    Ir-reġjuni kollha

    FI

    Il-Finlandja

    Ir-reġjuni kollha

    SE

    L-Iżvezja

    Ir-reġjuni kollha

    UK

    Ir-Renju Unit

    Ir-reġjuni kollha fl-Ingilterra, l-Iskozja u Galles

    ANNESS II

    Stati Membri jew reġjuni tagħhom fejn programmi approvati għall-kontroll tal-marda ta’ Aujeszky huma stabbiliti

    Kodiċi ISO

    Stat Membru

    Reġjuni

    BE

    Il-Belġju

    It-territorju sħiħ

    ES

    Spanja

    It-territorju tal-Komunitajiet Awtonomi ta’ Galicia, País Vasco, Asturias, Cantabria, Navarra, La Rioja

    It-territorju tal-provinċji ta’ León, Zamora, Palencia, Burgos, Valladolid u Ávila fil-Komunità awtonoma ta’ Castilla y León.

    It-territorju tal-provinċja ta’ Las Palmas fil-Gżejjer Kanarji

    IT

    L-Italja

    Il-provinċja ta’ Bolzano

    NL

    L-Olanda

    It-territorju sħiħ


    Top