Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0027

    2008/27/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 21 ta’ Diċembru 2007 li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda għall-ġlieda kontra l-influwenza tat-tjur fir-Renju Unit fl-2006 (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6687)

    ĠU L 5, 9.1.2008, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/27(1)/oj

    9.1.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 5/15


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-21 ta’ Diċembru 2007

    li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda għall-ġlieda kontra l-influwenza tat-tjur fir-Renju Unit fl-2006

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6687)

    (It-test Ingliż biss huwa awtentiku)

    (2008/27/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju (1), u partikolarment l-Artikoli 3(3) u 3a(1) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Fl-2006 kien hemm tifqigħat ta’ l-influwenza tat-tjur fir-Renju Unit. Il-feġġ ta’ din il-marda ppreżenta periklu serju għall-popolazzjoni tal-bhejjem tal-Komunità.

    (2)

    Għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-marda u biex tingħata għajnuna għall-eradikazzjoni tagħha malajr kemm jista' jkun, il-Komunità għandha tikkontribwixxi finanzjarjament għan-nefqa eliġibbli mġarrba mill-Istat Membru skond il-miżuri ta’ emerġenza li ttieħdu fil-ġlieda kontra l-marda, kif previst fid-Deċiżjoni 90/424/KEE.

    (3)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/272/KE tal-25 ta’ April 2007 li tikkonċerna kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità diretta lejn miżuri ta’ emerġenza meħuda biex għall-ġlieda ta’ l-influwenza tat-tjur fir-Renju Unit fl-2006 (2) allokat kontribuzzjoni finanzjarja bir-rata ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli għall-iffinanzjar tal-Komunità għall-implimentazzjoni tal-miżuri meħuda għall-ġlieda kontra din it-tifqigħa.

    (4)

    Skond din id-Deċiżjoni, il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għandha titħallas fuq il-bażi tat-talba mressqa mir-Renju Unit fit-18 ta’ Mejju 2007 u d-dokumenti ta’ evidenza kif stipulati fl-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 tat-28 ta’ Frar 2005 li jistabilixxi r-regoli rigward il-finanzjament Komunitarju għall-interventi urġenti u l-ġlieda kontra ċertu mard ta’ l-annimali kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE (3).

    (5)

    Fid-dawl ta’ dawk il-kunsiderazzjonijiet, l-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għan-nefqa eliġibbli mġarrba assoċjata ma’ l-eradikazzjoni ta’ l-influwenza tat-tjur fir-Renju Unit fl-2006 issa għandu jiġi stipulat.

    (6)

    Ir-riżultati ta’ l-ispezzjonijiet li saru mill-Kummissjoni f’konformità mar-regoli veterinarji Komunitarji u l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Komunità jfissru l-ammont sħiħ tan-nefqa li tressqet ma jistax jiġi rikonoxxut bħala wieħed eliġibbli għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità.

    (7)

    L-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni, il-metodu għall-kalkolu tan-nefqa eliġibbli u l-konklużjonijiet finali ġew ikkomunikati lir-Renju Unit f’ittra bid-data tal-5 ta’ Ottubru 2007.

    (8)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-kontribuzzjoni finanzjarja totali tal-Komunità diretta lejn in-nefqa assoċjata ma’ l-eradikazzjoni ta’ l-influwenza tat-tjur fir-Renju Unit fl-2006 skond id-Deċiżjoni 2007/272/KE hija stipulata għal EUR 385 363,67.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

    Magħmula fi Brussell, 21 ta’ Diċembru 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

    (2)  ĠU L 115, 3.5.2007, p. 24.

    (3)  ĠU L 55, 1.3.2005, p. 12.


    Top