This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R1458
Council Regulation (EC) No 1458/2007 of 10 December 2007 imposing a definitive anti-dumping duty on imports of gas-fuelled, non-refillable pocket flint lighters originating in the People’s Republic of China and consigned from or originating in Taiwan and on imports of certain refillable pocket flint lighters originating in the People’s Republic of China and consigned from or originating in Taiwan
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1458/2007 ta’ l- 10 ta’ Diċembru 2007 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjoni ta’ lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u kunsinnati jew joriġinaw mit-Tajwan u fuq l-importazzjoni ta’ ċerti lighters tal-but, taż-żnied, li jistgħu jerġgħu jimtlew, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u kunsinnati jew joriġinaw mit-Tajwan
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1458/2007 ta’ l- 10 ta’ Diċembru 2007 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjoni ta’ lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u kunsinnati jew joriġinaw mit-Tajwan u fuq l-importazzjoni ta’ ċerti lighters tal-but, taż-żnied, li jistgħu jerġgħu jimtlew, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u kunsinnati jew joriġinaw mit-Tajwan
ĠU L 326, 12.12.2007, p. 1–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2012
12.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 326/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1458/2007
ta’ l-10 ta’ Diċembru 2007
li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjoni ta’ lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u kunsinnati jew joriġinaw mit-Tajwan u fuq l-importazzjoni ta’ ċerti lighters tal-but, taż-żnied, li jistgħu jerġgħu jimtlew, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u kunsinnati jew joriġinaw mit-Tajwan
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-ħarsien kontra importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikoli 9 u 11(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni wara li ġie kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. PROĊEDURA
1. Miżuri fis-seħħ
(1) |
Fl-1991, il-Kunsill, bir-Regolament (KEE) Nru 3433/91 (2), impona dazju anti-dumping definittiv ta’ 16.9 % fuq importazzjonijiet ta’ lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li joriġinaw, inter alia, fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ” jew “Ċina”) |
(2) |
Fl-1995, bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/95 (3), id-dazju oriġinali ad valorem kien mibdul b’dazju speċifiku ta’ ECU 0 065 għal kull lighter. |
(3) |
Wara investigazzjoni skond l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku (4) il-miżuri fuq imsemmija ġew estiżi bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 192/1999 (5) għal (a) importazzjoni ta’ lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, kunsinnati minn jew li joriġinaw mit-Tajwan u (b) importazzjoni ta’ ċerti lighters, li jistgħu jerġgħu jimtlew, li joriġinaw miċ-Ċina u kunsinnati minn jew fit-Tajwan b’valur, dazju mhux imħallas u liberu fil-fruntiera Komunitarja, ta’ anqas minn EUR 0,15 kull biċċa. |
(4) |
Fl-2001 bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1824/2001 (6), il-Kunsill ikkonferma d-dazji anti-dumping definittivi imposti bir-Regolament (KE) Nru 1006/95 kif estiż bir-Regolament (KE) Nru 192/1999 (“miżuri eżistenti”) skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. |
2. It-talba għal reviżjoni
(5) |
Wara l-pubblikazzjoni ta’ l-avviż ta’ skadenza imminenti tal-miżuri eżistenti (7), fis-16 ta’ Ġunju 2006, il-Kummissjoni rċeviet talba għal verifika tal-miżuri skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. |
(6) |
Din it-talba saret minn BIC S.A, produttur Komunitarju li jirrappreżenta aktar minn 80 % tal-produzzjoni Komunitarja totali ta’ lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jerġgħux jimtlew. It-talba għal reviżjoni ta’ l-iskadenza kienet ibbażata fuq ir-raġuni li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx tirriżulta fi tkomplija jew rikorrenza ta’ dumping u ħsara lill-industrija Komunitarja. |
(7) |
Meta ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kienet teżisti biżżejjed evidenza sabiex jingħata bidu ta’ reviżjoni ta’ skadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni permezz ta’ avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea bdiet din ir-reviżjoni fis-16 ta’ Settembru 2006 (8). |
3. L-investigazzjoni
3.1. Il-perjodu ta’ l-investigazzjoni
(8) |
L-investigazzjoni dwar il-kontinwazzjoni u/jew ir-rikorrenza ta’ dumping u dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2005 sat-30 ta’ Ġunju 2006 (il-“perjodu tar-reviżjoni ta’ l-investigazzjoni” jew “PRI”). L-eżaminazzjoni tat-tendenzi relevanti għall-istima tal-possibbiltà ta’ kontinwazzjoni u/jew rikorrenza tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2003 sat-tmiem tal-PRI (“il-perjodu kkunsidrat”). |
3.2. Partijiet ikkonċernati bl-investigazzjoni
(9) |
Il-Kummissjoni uffiċjalment avżat lill-produttur Komunitarju applikant, liż-żewġ produtturi Komunitarji l-oħra, l-esportaturi/produtturi fir-RPĊ u l-importaturi magħrufa li huma ikkonċernati, kif ukoll l-awtoritajiet fir-RPĊ u t-Tajwan bil-bidu tar-reviżjoni ta’ skadenza. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jikkomunikaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stipulat fl-avviż ta’ ftuħ. |
(10) |
Il-produttur Komunitarju applikant, żewġ produtturi Komunitarji oħra li opponew iż-żamma tal-miżuri anti-dumping u assoċjazzjoni ta’ l-importaturi ppreżentaw l-opinjonijiet tagħhom. Il-partijiet interessati kollha li gћamlu din it-talba u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex kellhom jinstemgħu, ingћataw seduta. |
(11) |
Fl-avviż tal-bidu, il-Kummissjoni indikat li f’dan l-istħarriġ l-esportaturi/produtturi fir-RPĊ setgћu jintużaw bћala kampjun. Madankollu, minħabba li ebda wieħed mill-produtturi/esportaturi fir-RPĊ ma identifika ruħu, ġie deċiż li t-teħid tal-kampjuni ma kienx meħtieġ. |
(12) |
Intbagħtu kwestjonarji lill-produttur Komunitarju applikant, liż-żewġ produtturi Komunitarji l-oħra, it-62 produttur/esportatur fir-RPĊ u 33 importatur u lill-Assoċjazzjoni Ewropea ta’ l-Importaturi ta’ Oġġetti Ħfief (“ELIAS”). B’żieda ma’ dan, il-produttur tal-pajjiż analogu propost, il-Brażil, kif ukoll 8 produtturi f’pajjiżi analogi oħra possibbli, ġew ikkuntattjati u ntbagħtilhom kwestjonarju. Waslu biss tweġibiet mill-produttur Komunitarju applikant u l-produttur fil-Brażil, kif ukoll kumpanija fil-Malasja, li ġiet ikkuntattjata bħala pajjiż analogu alternattiv. Ebda wieħed mill-produttur/esportaturi magħrufa fir-RPĊ ma wieġeb il-kwestjonarju. Aktar minn hekk, ebda wieħed mill-importaturi kkuntattjati ma wieġbu fil-kwestjonarju li ma jimportawx il-prodott ikkonċernat, imma biss lighters elettroniċi (piezo). |
(13) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li tqies neċessarju għall-investigazzjoni tagħha, u wettqet żjarat ta’ verifika fl-istabbilimenti tal-kumpanniji li ġejjin:
|
B. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI
(14) |
Il-prodott ikkonċernat huwa l-istess bħal fl-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri eżistenti, i.e. lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew. Kif deskritt fil-premessa (3), l-iskop tal-prodott ġie estiż fl-1999 sabiex jinkludi lighters tal-but, taż-żnied, li jistgħu jerġgħu jimtlew, li jinkorporaw korp f’forma ta’ kontenitur tal-plastik (“lighters taż-żnied” jew “il-prodott ikkonċernat”). Il-prodott ikkonċernat bħalissa huwa klassifikat fi ħdan il-kodiċijiet NM ex 9613 10 00 u ex 9613 20 90 (kodiċijiet TARIC 9613100011, 9613100019, 9613209021 u 9613209029). |
(15) |
Wieħed mill-produtturi fil-Komunità li ma lmentawx qal li l-prodott magħmul u mibjugħ fil-pajjiż analogu, il-Brażil, ma kienx bħall-prodott magħmul u esportat miċ-Ċina lejn il-Komunità. B’mod partikolari argumenta li l-lighters li jsiru fil-Brażil kienu ta’ kwalità għolja u kellhom ħajja itwal minn dawk taċ-Ċina. Id-differenzi fil-kwalità madankollu, m’humiex deċiżivi għad-determinazzjoni ta’ jekk il-prodotti humiex simili fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. L-investigazzjoni żvelat li l-lighters magħmula fiċ-Ċina u dawk magħmula fil-Brażil fil-fatt kellhom l-istess karatteristiċi bażiċi tekniċi, fiżiċi u kimiċi u l-istess użu aħħari. Dan l-argument ġie għalhekk irrifjutat. |
(16) |
Konsegwentement, kif jidher fl-investigazzjonijiet preċedenti msemmija fil-premessi (1) sa (4), u kif ikkonfermat bl-investigazzjoni kurrenti lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, manifatturati minn produtturi esportaturi Ċiniżi u mibjugħa fir-RPĊ u fis-suq Komunitarju u l-prodott manifatturat u mibjugħ mill-applikant li huwa produttur Komunitarju fis-suq Komunitarju huma l-istess fl-aspetti kollha u għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi u m’hemmx differenza fl-użu. L-istess jgħodd għal dawk prodotti u mibjugħa fil-Brażil. Dawn il-prodotti huma għalhekk simili fis-sens ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
C. PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI JEW RIKORRENZA TAD-DUMPING
1. Rimarki preliminarji
(17) |
Bħal fl-investigazzjonijiet preċedenti tar-reviżjoni, il-produtturi esportaturi Ċiniżi ma kkoperawx. Għalhekk, ma seta’ jinġabar l-ebda tagħrif disponibbli dwar l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fil-Komunità matul il-PRI direttament mill-produtturi esportaturi. F’dawn iċ-ċirkostanzi, u skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni rrikkorriet għall-fatti disponibbli, i.e. l-Eurostat, it-talba għall-bidu ta’ reviżjoni u d-data ppubblikata mill-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi (l-“OLAF”) fit-30 ta’ Jannar 2007 (OLAF/07/01) rigward skartar tad-dazju anti-dumping fis-seħħ. |
2. Dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni
2.1. Il-pajjiż analogu
(18) |
Il-miżuri eżistenti jipprovdu għal dazju wieħed għal madwar il-pajjiż kollu fuq l-importazzjoni kollha fil-Komunità tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-RPĊ. Skond l-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni użat l-istess metodoloġija bħalma ntużat fl-investigazzjoni oriġinali. Għalhekk, valur normali kien iddeterminat fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni miksuba fl-ekonomija tas-suq ta’ pajjiż terz (“il-pajjiż analogu”). |
(19) |
It-Tajlandja serviet bħala pajjiż analogu fl-investigazzjoni oriġinali. Madankollu, fir-reviżjonijiet sussegwenti, il-Filippini ntuża bħala l-pajjiż analogu minħabba li l-produtturi tat-Tajlandja rrifjutaw li jikkoperaw u minħabba li l-Filippini nstab li huwa għażla adattata ta’ pajjiż analogu, fid-dawl, inter alia, tad-daqs u l-ftuħ tas-suq domestiku. |
(20) |
Fin-notifika tal-bidu ta’ l-investigazzjoni preżenti l-Kummissjoni indikat l-intenzjoni tagħha li tuża l-Brażil bħala pajjiż analogu adattat għall-iskop li tistabbilixxi valur normali għar-RPĊ. Il-Brażil kien ikkunsidrat għażla adattata ta’ pajjiż analogu, fid-dawl tad-daqs u l-ftuħ tas-suq domestiku tiegħu u l-fatt li produttur wieħed Brażiljan qabel li jikkopera b’mod sħiħ fl-investigazzjoni. Il-partijiet interessati kienu mistiedna jikkummentaw dwar dan. |
(21) |
Assoċjazzjoni waħda ta’ l-importaturi opponiet l-għażla tal-Brażil u argumentat li kien hemm biss produttur wieħed fil-Brażil u l-prezzijiet domestiċi kienu ferm għoljin. Wieħed mill-produtturi Komunitarji li ma lmentax qal li l-livell ta’ kompetizzjoni fil-Brażil kien aktar baxx minn dak fis-suq domestiku Ċiniż u għalhekk is-swieq ma kinux kumparabbli. Madankollu, filwaqt li n-numru ta’ produtturi fil-Brażil kien aktar baxx min-numru allegat ta’ produtturi fiċ-Ċina, l-investigazzjoni kkonfermat li kien hemm żewġ produtturi tal-prodott ikkonċernat fil-Brażil kif ukoll importazzjonijiet mill-UE u mir-RPĊ. Rigward lighters impurtati mir-RPĊ, l-invojsis miksuba matul l-investigazzjoni fil-post fil-Brażil urew li dawn daħlu fil-pajjiż bi prezz verament baxx, għalhekk kienu qed jagħmlu pressjoni ta’ tbaxxija tal-prezzijiet fuq is-suq Brażiljan. Aktar minn hekk, ebda wieħed mill-produtturi magħrufa kkuntattjati f’pajjiżi analogi oħra possibbli, inkluż il-Filippini, ma qablu li jikkoperaw. Kumpanija fil-Malasja wieġbet il-kwestjonarju għall-produtturi fil-pajjiż analogu, imma minħabba li deher li din il-kumpanija ma pproduċietx il-lighters hi nfisha, il-Malasja ma setgħetx titqies bħala pajjiż analogu. |
(22) |
Minћabba dan ta’ hawn fuq, ġie konkluż skond l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku li l-Brażil huwa l-iktar pajjiż analogu xieraq u raġonevoli. |
2.2. Il-valur normali
(23) |
Skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni vverifikata li ġiet ipprovduta mill-produttur fil-pajjiż analogu. |
(24) |
Il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet li l-bejgħ domestiku totali tal-produttur Brażiljan sar fi kwantitajiet suffiċjenti u għalhekk kien ikkunsidrat rappreżentattiv fis-sens ta’ l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. |
(25) |
Wara eżaminat jekk kull tip tal-prodott ikkonċernat li nbiegћ fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku tal-pajjiż analogu setax jitqies li kien qed jinbiegћ waqt l-andament ordinarju tal-kummerċ skond l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Il-volum tal-bejgħ mibjugħ bi prezz tal-bejgħ nett daqs jew ogħla mill-prezz ikkalkolat tal-produzzjoni rrappreżenta 80 % jew iżjed tal-volum tal-bejgħ totali u l-prezz medju bil-piż differenzjat ta’ dak it-tip kien ‘il fuq mill-ispiża tal-produzzzjoni. Dan il-prezz kien għalhekk ikkalkolat bħala l-medja bil-piż differenzjat tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta’ dak it-tip li sar matul il-PRI, rrispettivament minn jekk dan il-bejgħ kienx profitabbli jew le. |
(26) |
Għalhekk il-valur normali kien determinat, skond l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-prezz imħallas jew pagabbli, fil-kors ordinarju tan-negozju, minn klijenti domestiċi indipendenti tal-pajjiż analogu. |
2.3. Il-prezz ta’ esportazzjoni
(27) |
Minħabba li ebda wieħed mill-produtturi Ċiniżi ma kkopera, il-prezz ta’ l-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat kien ikkalkolat fuq il-bażi tal-fatti disponibbli skond l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, f’dan il-każ id-data ta’ l-Eurostat. |
2.4. Paragun
(28) |
Sabiex jiġi żgurat paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta’ l-esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Ingћataw aġġustamenti xierqa għat-trasport, l-assigurazzjoni, u l-ispejjeż tal-kreditu fil-każijiet kollha fejn instab li kienu raġonevoli, eżatti u appoġġati b’evidenza vverifikata. |
(29) |
Wieħed mill-produtturi Komunitarji li ma ilmentax qal li l-lighters fil-Brażil kienu magħmula bi spejjeż ogħla minħabba l-istandards ta’ kwalità ogħla, iżda ma ppreżenta ebda prova li tikkwantifika jew tappoġġa din l-istqarrija. Minħabba li l-produtturi esportaturi Ċiniżi ma kkoperawx, din l-investigazzjoni ma żvelat ebda indikazzjoni li tippermetti l-aġġustar tal-valuri normali fuq il-bażi tad-differenzi allegati tal-kwalità. Dan l-argument ġie għalhekk irrifjutat. |
2.5. Il-marġini tad-dumping
(30) |
Skond l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-valur medju normali mwieżen li kien stabbilit għall-pajjiż analogu kien ipparagunat mal-prezz medju bil-piż differenzjat ta’ l-esportazzjoni fuq il-bażi tal-prezz barra l-fabbrika. Dan il-paragun wera l-eżistenza ta’ dumping sinifikanti, il-marġini ta’ dumping ammonta għal aktar minn 150 %. |
3. L-iżvilupp ta’ l-importazzjonijiet jekk il-miżuri jitħallew jiskadu
3.1. Kummenti preliminari
(31) |
Ta’ min ifakkar li l-miżuri ilhom fis-seħħ mill-1991. Madankollu, hemm rekord twil ta’ evażjoni tal-miżuri. Fl-1999 instabu żewġ tipi ta’ evażjoni tal-miżuri: trasbordjar mit-Tajwan u l-iffittjar ta’ valvi foloz fil-lighters sabiex jidhru li jistgħu jimtlew u għalhekk jevitaw id-dazju anti-dumping. Konsegwentement, kif iddikjarat fil-premessa (2), il-miżuri ġew estiżi fl-1999 sabiex jikkumbattu dawn il-prattiċi. Fl-2001, reviżjoni ta’ skadenza tal-miżuri fis-seħħ uriet li l-miżuri għandhom jiġu estiżi għal perjodu ieħor ta’ ħames snin minħabba l-probabbiltà ta’ tkomplija jew rikorrenza ta’ dumping u ħsara. |
3.2. Importazzjonijiet kurrenti u konklużjonijiet riċenti rigward l-evażjoni tal-miżuri
(32) |
Il-volumi ta’ importazzjoni tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ u t-Tajwan fil-PRI ammontaw għal 11.7 miljun biċċa skond l-Eurostat. Fir-realtà, madankollu, l-importazzjonijiet fil-Komunità huma ferm ogħla minħabba li, kif ikkonfermat mill-OLAF, hemm skartar massiv tal-lighters Ċiniżi permezz tal-Malasja u l-Indonesja. Skond id-data ppubblikata mill-OLAF f’Jannar 2007 aktar minn 300 miljun lighter taż-żnied li oriġinaw fiċ-Ċina ġew mibgħuta mill-Malasja matul l-aħħar erba’ snin. L-uniku skop ta’ dan it-trasbordjar kien sabiex jaħbi l-oriġini vera Ċiniża ta’ l-oġġetti u hekk jiġi evitat il-ħlas tad-dazji anti-dumping. |
(33) |
L-investigazzjoni OLAF sabet ukoll li ammont kbir ta’ lighters importati mill-Indoneżja, fil-fatt ma oriġinawx f’dak il-pajjiż. L-investigazzjoni fl-oriġini vera qed tkompli. L-applikant qed jippjana li jressaq każ ta’ evażjoni kontra sitt pajjiżi fil-Lvant Imbiegħed. |
(34) |
Barra l-evażjoni permezz tat-trasbord, kif ippruvat mill-OLAF, l-applikant, fit-talba tiegħu għal reviżjoni, ipprovda prova ta’ dikjarazzjoni skorretta tal-lighters taż-żnied (il-prodott ikkonċernat) bħala dak hekk imsejjaħ lighters elettroniċi (piezo) (mhux il-prodott ikkonċernat) sabiex jiġi evitat il-ħlas tad-dazju anti-dumping. |
(35) |
L-assoċjazzjoni ta’ l-importaturi ELIAS u importatur wieħed qalu li l-Kummissjoni qed tasal għal konklużjonijiet definittivi mill-investigazzjoni kurrenti ta’ l-OLAF u qalu li ma kinux f’pożizzjoni li jeżerċitaw b’mod validu d-dritt tagħhom tad-difiża u jikkummentaw dwar il-konklużjonijiet li għalihom waslet il-Kummissjoni minn dawn l-iskoperti kunfidenzjali. |
(36) |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnutat li l-Kummissjoni użat biss informazzjoni ppubblikata li għandhom aċċess għaliha l-partijiet kollha, u li huma riżultati li jistgħu jiġu spjgeati u setgħu ġew injorati fil-kuntest ta’ dan il-proċediment. |
3.3. Evoluzzjoni tal-produzzjoni u kapaċità ta’ użu fir-RPĊ
(37) |
Minħabba n-nuqqas ta’ koperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi fl-investigazzjonijiet ta’ reviżjoni preżenti u fil-passat, m’hemmx data vverifikata dwar il-kapaċità u l-użu tal-kapaċità. Skond l-estimi ta’ l-applikant il-kapaċità totali tal-produzzjoni fir-RPĊ tammonta għal madwar 3.9 biljun lighter fis-sena, il-maġġoranza tagħhom huma probabbilment lighters taż-żnied. Dawn l-estimi huwa skond id-data mogħtija mill-manifatturi ħfief Ċiniżi fil-websajts tagħhom. Per eżempju, produttur wieħed Ċiniż, Zhuoye Lighter Manufacturing Co Ltd, fil-websajt tiegħu jgħid li l-produzzjoni fit-tliet fabbriki tammonta għal 700 miljun lighter fis-sena. Il-produttur ikkonċernat madankollu, ma speċifikax it-tqassim bejn il-prodott ikkonċernat u tipi oħra ta’ lighters. Skond l-applikant, madankollu, l-produzzjoni tista’ tinqaleb faċilment bejn lighters taż-żnied u lighters elettroniċi (piezo). |
(38) |
Fuq il-bażi ta’ dan t’hawn fuq jista’ jiġi konkluż li, fid-dawl tal-kapaċità kbira disponibbli fir-RPĊ u l-flessibbiltà apparenti fil-proċessi ta’ produzzjoni, li jagħmilha faċli li taqleb bejn tipi differenti ta’ lighters, hemm probabbiltà qawwija ta’ żieda fl-importazzjonijiet fil-Komunità jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Il-prattiċi ta’ evażjoni li hemm provi tagħhom juru wkoll li l-esportaturi Ċiniżi għandhom interess qawwi fis-suq Komunitarju. |
3.4. Esportazzjonijiet Ċiniżi lil pajjiżi terzi oħra.
(39) |
Minħabba li ebda wieħed mill-produtturi esportaturi Ċiniżi ma kkopera, m’hemmx informazzjoni vverifikata rigward l-esportazzjonijiet ta’ lighters taż-żnied lil pajjiżi terzi. Aktar minn hekk minħabba li l-istatistiċi disponibbli tal-pajjiżi terzi ma jiddistingwux bejn lighters (piezo) elettroniċi u taż-żnied, m’hu possibbli li jsir ebda paragun bejn il-prezzijiet ta’ esportazzjoni lejn il-Komunità u prezzijiet ta’ esportazzjoni lil pajjiżi terzi oħra. |
(40) |
L-industrija Komunitarja wriet li qed tikkompeti b’suċċess ma’ l-importazzjonijiet Ċiniżi fis-suq ta’ l-Istati Uniti fejn iċ-Ċiniżi tilfu s-sehem mis-suq. Dan jissuġġerixxi li jkun hemm inċentiv ċar għall-produtturi Ċiniżi li jaqilbu l-esportazzjonijiet lis-suq Komunitarju jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
(41) |
L-importaturi rrifjutaw il-konklużjonijiet t’hawn fuq għax qalu li l-imġiba ta’ l-industrija Komunitarja fis-suq ta’ l-Istati Uniti tista’ ma tkunx minħabba l-kompetittività tagħha imma minħabba deċiżjoni tan-negozju li tittrasferixxi l-profitti mill-Komunità lejn l-Istati Uniti ta’ l-Amerika. L-importaturi qalu wkoll li fuq il-bażi ta’ marġini ogħla ta’ profitt fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika, il-produtturi esportaturi Ċiniżi ma jkollhomx inċentiv li jaqilbu l-esportazzjonijiet lejn is-suq Komunitarju. |
(42) |
L-importaturi ma ppreżentaw ebda prova jew raġunament ieħor la fir-rigward tat-trasferimenti allegati fil-profitti ta’ l-industrija Komunitarja lejn l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, u lanqas l-allegat marġini ogħla ta’ profitt tal-produtturi esportaturi Ċiniżi fis-suq ta’ l-Istati Uniti. Dawn l-istqarrijiet lanqas ma kienu ikkonfermati mill-informazzjoni vverifikata disponibbli fil-fajl ta’ l-investigazzjoni. Kienu purament spekulattivi u għalhekk ġew irrifjutati. |
(43) |
Għandu jiġi nnutat li l-livell ta’ kompetizzjoni fis-suq ta’ l-Istati Uniti ma jistax jiġi meqjus bħala l-unika raġuni sabiex wieħed jikkonkludi li l-industrija Komunitarja għandha tkun qed tikseb anqas profitt. Elementi oħrajn, bħal aspettattivi tal-klijenti u l-livelli tal-prezzijiet għandu jittieħed kont tagħhom. |
(44) |
Addizzjonalment, l-importaturi qalu li s-swieq tal-Komunità u ta’ l-Istati Uniti huma simili fis-sens li jridu jiġu osservati l-istess kundizzjonijiet ta’ sigurtà fiż-żewġ swieq; instab li kundizzjonijiet aktar stretti instabu fis-seħħ fl-Istati Uniti mill-1994 fir-rigward tas-sigurtà tat-tfal; filwaqt li normi simili ġew introdotti biss fil-Komunità f’Marzu 2007. |
4. Konklużjoni
(45) |
L-investigazzjoni wriet li, filwaqt li l-volumi ta’ importazzjoni tal-prodott ikkonċernat fil-PRI kienu relattivament baxxi, il-livell tad-dumping misjub għal dawn l-importazzjonijiet kien sinifikanti. |
(46) |
Fid-dawl tal-kapaċità kbira disponibbli fir-RPĊ u l-attraenza apparenti tas-suq Komunitarju għall-produtturi esportaturi Ċiniżi, kif muri bil-prattiċi estensivi ta’ evażjoni, jista’ jiġi konkluż li hemm probabbiltà qawwija li l-volumi ta’ importazzjonijiet dumped fil-Komunità jilħqu livelli sostanzjali jekk il-miżuri eżistenti jitħallew jiskadu. |
D. DEFINIZZJONI TA’ L-INDUSTRIJA KOMUNITARJA
(47) |
Fil-Komunità, il-prodott simili huwa manifatturat minn 3 produtturi li jikkostitwixxu l-produzzjoni Komunitarja totali skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
(48) |
Għandu jiġi nnutat li kif kumparat ma’ l-investigazzjoni oriġinali kuntrarju għall-Match u Flamangas Żvediżi, il-produzzjoni ta’ min ressaq l-ilment xorta għadha bbażata fl-UE (Franza u Spanja). |
(49) |
Il-produttur Komunitarju applikant, BIC SA, jirrappreżenta madwar 80 % tal-produzzjoni Komunitarja ta’ lighters li ma jistgħux jerġgħu jimtlew u għalhekk jikkostitwixxi l-industrija Komunitarja fis-sens ta’ l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. Il-produtturi Komunitarji l-oħra ma kinux meqjusa li jifformaw parti mill-industrija Komunitarja minħabba li ma kkoperawx għal kollox iżda ppreżentaw biss ċertu informazzjoni relatata ma’ l-impatt tal-miżuri fuq l-attivitajiet tagħhom. |
E. IS-SITWAZZJONI FIS-SUQ KOMUNITARJU
1. Rimarki preliminarji
(50) |
Għar-raġunijiet spjegati fil-premessa (16) hawn fuq, l-analiżi fir-rigward tas-sitwazzjoni fis-suq Komunitarju kienet bbażata fuq data kollettiva relatata ma’ lighters tal-gass, lighters tal-gass u ż-żnied li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, lighters tal-gass li jimtlew (“lighters taż-żnied” jew “il-prodott ikkonċernat”). |
(51) |
Aktar minn hekk, kif imsemmi hawn fuq, ma kienx possibbli li tinkiseb data fir-rigward ta’ l-attivitajiet taż-żewġ produtturi Komunitarji li għandhom faċilitajiet ta’ manifattura fis-suq Komunitarju. Konsegwentement, il-Kummissjoni użat il-fatti disponibbli, skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, fejn aktar informazzjoni preċiża ma kinitx disponibbli mill-partijiet interessati l-oħra. |
(52) |
Minħabba l-fatt li d-data rigward il-bejgħ u l-produzzjoni kienet disponibbli minn parti interessata, l-applikant, huwa meqjus xieraq li ma jinkixfux ċifri assoluti. Għalhekk inbidlu bis-simbolu “—” u ġew ipprovduti indiċijiet. |
2. Il-konsum fis-suq Komunitarju
(53) |
Il-konsum Komunitarju apparenti tal-lighters taż-żnied ġie evalwat fuq il-bażi tal-volum tal-bejgħ fil-Komunità kif ipprovdut mill-industrija Komunitarja, u importazzjonijiet minn pajjiżi mhux ta’ l-UE kif rapportat mill-Eurostat. Dawn il-figuri ma jinkludux il-bejgħ ta’ produtturi tal-KE li ma kkoperawx. Tabella 1 – Il-konsum Komunitarju tal-lighters taż-żnied (000)
|
(54) |
Il-konsum Komunitarju apparenti żdied b’37 % bejn l-2003 u l-PRI. |
3. Volum, sehem mis-suq u prezzijiet ta’ l-importazzjoni mir-RPĊ u t-Tajwan.
3.1. Il-volum ta’ l-importazzjonijiet u s-sehem tas-suq
(55) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum ta’ importazzjoni tal-lighters taż-żnied miċ-Ċina u t-Tajwan għalkemm baqa’ f’livelli baxxi żdied b’136 % bejn l-2003 u l-PRI u laħaq aktar minn 11-il miljun unità matul il-PI. Dan issarraf f’sehem mis-suq ta’ 1.6 %. Is-sehem tas-suq żdied minn 0,9 % fl-2003 għal 1,6 % matul il-PRI. Tabella 2 – Importazzjonijiet tal-lighters taż-żnied miċ-Ċina u t-Tajwan u sehem tas-suq (000)
|
4. L-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra
(56) |
L-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra żdiedu minn madwar 276 miljun għal madwar 487 miljun biċċa. Għandu jiġi nnutat madankollu li hemm indikazzjoni li parti sostanzjali minn dawn l-importazzjonijiet, fil-fatt, joriġinaw mir-RPĊ u t-Tajwan. Tabella 3 – Importazzjonijiet tal-lighters taż-żnied minn pajjiżi oħra u sehem mis-suq (000)
|
5. L-evoluzzjoni tal-prezzijiet u l-imġiba tal-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet tal-prodott interessat
(57) |
Kif imsemmi hawn fuq fil-premessa (12), fin-nuqqas ta’ koperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, ebda informazzjoni vverifikata ma kienet disponibbli fir-rigward tal-livelli tal-prezzijiet ta’ l-importazzjoni tal-lighters taż-żnied. Evidenza ta’ skartar permezz ta’ l-Indonesja u l-Malasja instabet riċentement mill-OLAF u hemm xi evidenza ta’ skartar minn għadd ta’ pajjiżi oħra Asjatiċi (Laos, it-Tajlandja, il-Vjetnam u l-Filippini). Jidher li l-fabbriki ta’ l-assemblaġġ li jippermettu l-miżuri ta’ skartar jistgħu jitwaqqfu fl-Asja tal-Lvant fi żmien ftit ġimgħat. L-iskartar b’suċċess tal-miżuri jista’ jispjega għaliex l-ebda wieħed mill-esportaturi Ċiniżi ma kkopera fil-proċedimenti preżenti. |
(58) |
Għalhekk ma seta’ jkun hemm l-ebda konklużjoni definittiva fir-rigward ta’ l-evoluzzjoni tal-prezz u l-aġir tal-prezz ta’ l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. |
6. Il-qagħda ekonomika ta’ l-industrija Komunitarja
6.1. Kummenti Ġenerali
(59) |
Skond l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi u l-indikaturi ekonomiċi kollha rilevanti li għandhom piż fuq l-istat ta’ l-industrija Komunitarja. |
6.2. Il-volum ta’ produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
(60) |
Il-produzzjoni totali tal-lighters taż-żnied mill-industrija Komunitarja żdied b’rata stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, i.e. bi 22 %. Tabella 4 – Volum ta’ produzzjoni
|
(61) |
Hekk kif żdiedet il-produzzjoni b’rata ogħla miż-żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità żdied ukoll matul il-perjodu kkunsidrat. Kollox ma’ kollox, ir-rata ta’ utilizzazzjoni tal-kapaċità segwiet xejriet simili għal dawk ta’ produzzjoni b’żidiet bejn l-2003 u l-PRI bi 3 punti perċentwali. Tabella 5 – Kapaċità ta’ produzzjoni u utilizzazzjoni tal-kapaċità
|
6.3. Ħażniet
(62) |
Il-ħażniet baqgħu stabbli matul il-perjodu kkunsidrat. Il-quċċata osservata fil-PRI hija dovuta għal ħażna intenzjonata fid-dawl tat-twaqqif tal-produzzjoni matul il-perjodu tas-sajf u għandha tiġi normalizzata wara dak il-perjodu. Dan il-fattur ma kienx għalhekk ikkunsidrat sinifikanti fid-determinazzjoni ta’ l-istampa tad-dannu. Tabella 6 – Volum ta’ ħażniet
|
6.4. Volum tal-bejgħ, prezzijiet u sehem mis-suq
(63) |
Il-volumi tal-bejgħ mill-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju bejn l-2003 u l-PRI naqas b’5 %, mingħajr, madankollu, ma jlaħħaq ma’ l-espansjoni tal-konsum Komunitarju, li żdied sostanzjalment, jiġifieri b’37 % matul l-istess perjodu. Din iż-żieda fil-konsum tfisser li t-tnaqqis ġenerali tas-sehem tas-suq ta’ l-industrija Komunitarja hija aktar minn 14-il punt perċentwali (“pp”) matul il-perjodu kkunsidrat. |
(64) |
F’dak li għandu x’jaqsam mal-prezzijiet tal-bejgħ bl-unità, dawn naqsu ftit bejn l-2003 u l-PRI bi tnaqqis ta’ 2 % bejn l-2005 u l-PRI. Tabella 7 – Volum tal-bejgħ, prezzijiet u sehem mis-suq
|
6.5. Impjiegi, produttività u pagi
(65) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, l-impjegar żdied b’5 %, i.e. b’pass anqas mill-produzzjoni fil-volum, li rriżultat b’żieda sinifikanti ta’ produttività (15 %). Għandu jiġi nnutat li ż-żieda fl-impjiegi kienet ir-riżultat ta’ personell ġdid li qed jiġi mħarreġ, sabiex jissostitwixxi personell li se jirtira. |
(66) |
Fil-fatt, matul il-perjodu kkunsidrat l-ispejjeż tax-xogħol ta’ l-industrija Komunitarja (+ 7 %) żdiedu bi ftit biss. B’konsegwenza ta’ dan, parti mill-ispejjeż tax-xogħol fl-ispiża totali tal-produzzjoni baqgħet stabbli. Tabella 8 – Impjiegi, produttività u pagi
|
6.6. Profitti
(67) |
Il-profitabbilità naqset b’4.6 punti perċentwali. Tabella 9 – Profittabilitá
|
6.7. Investimenti
(68) |
L-investimenti żdiedu b’mod sinifikanti bejn l-2003 u l-PRI i.e. b’60 %, u imbagħad żdiedu fl-2005, b’madwar 65 %, li kien dovut minħabba l-iżvilupp ta’ unitajiet ġodda tal-produzzjoni mill-industrija Komunitarja. Dawn l-investimenti huma relatati prinċipalment mar-riorganizzazzjoni tal-produzzjoni mill-2005 sabiex jinbdew mill-ġdid il-kapaċitajiet tal-produzzjoni. Din iż-żieda, li saret b’żieda limitata fil-forza tax-xogħol, ippermettiet lill-kumpanija li żżid il-produttività tagħha f’termini ta’ produzzjoni għal kull impjegat. Tabella 10 – Investimenti
|
6.8. Il-fakultà tal-ġbir ta’ kapital
(69) |
L-industrija Komunitarja ma nstabitx li kienet għaddejja minn diffikultajiet sabiex tgħaqqad il-kapital matul il-perjodu meqjus. |
6.9. Likwidtà
(70) |
Il-likwidità naqset b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat (– 50 %). Din ix-xejra negattiva tindika li l-industrija qiegħda taħt pressjoni. Dan l-iżvilupp jimxi ma’ l-iżvilupp tal-profitabbiltà globali matul il-perjodu meqjus. Ta’ min jinnota li matul il-PRI, il-likwidità rrappreżentat biss madwar 1 % tal-bejgħ totali li sar fil-Komunità li ma jistax jitqies eċċessiv. Tabella 11 – Likwidità
|
6.10. Tkabbir
(71) |
Bejn l-2003 u l-PRI, il-konsum Komunitarju żdied b’37 %, filwaqt li l-volum tal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju naqas b’7 %. L-industrija Komunitarja tilfet madwar 14.7 punti perċentwali tas-sehem mis-suq, filwaqt li importazzjonijiet li joriġinaw fil-Lvant Imbiegħed żiedu tagħhom. |
(72) |
Fis-snin riċenti, għalkemm huwa veru li s-sehem mis-suq bejn il-lighters taż-żnied u elettroniċi (piezo) kien ikkaratterizzat minn bidla minn Żnied għal Elettronika, l-investigazzjoni wriet li s-suq għal-lighters taż-żnied qed jikber. L-investigazzjoni wriet li l-lighters taż-żnied għadhom jirrappreżentaw madwar 70 % tas-suq Komunitarju u qed ikompli jikber, minħabba ż-żieda ġenerali fil-konsum Komunitarju. Madankollu, l-industrija Komunitarja ma kinitx kapaċi tibbenefika mit-tkabbir fis-suq, kif ġie żvelat mit-telf tagħha ta’ sehem mis-suq. |
6.11. Il-kobor tal-marġini ta’ dumping
(73) |
L-analiżi fir-rigward tal-kobor tad-dumping trid tqis il-fatt li hemm miżuri fis-seħħ sabiex jiġi eliminat id-dumping li jagħmel ħsara. Kif ġie ddeterminat hawn fuq fil-premessa (32), it-tagħrif disponibbli jindika li l-produtturi esportaturi Ċiniżi jkomplu jbigħu lill-Komunità bi prezzijiet iddampjati. Skond l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-valur medju normali mwieżen stabbilit għall-pajjiż analogu kien ipparagunat mal-prezz medju bil-piż differenzjat ta’ l-esportazzjoni. Dan il-paragun wera l-eżistenza ta’ dumping sinifikanti, il-marġini ta’ dumping ammonta għal aktar minn 150 %. |
(74) |
Fid-dawl ta’ dan t’hawn fuq, i.e. il-marġini għoli ta’ dumping, il-kapaċità kbira disponibbli fiċ-Ċina u l-prattiċi ta’ skartar, kif muri mill-OLAF u min ressaq l-ilment, jista’ jiġi konkluż li l-importazzjonijiet dumped miċ-Ċina x’aktarx li jiżdiedu b’mod konsiderevoli jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
6.12. Irkupru mill-effetti ta’ dumping ta’ l-imgħoddi
(75) |
Il-qagħda ta’ l-industrija Komunitarja ma tjibitx matul il-perjodu meqjus, minn mindu saret l-estensjoni tal-miżuri fl-2001 permezz tar-reviżjoni ta’ l-iskadenza preċedenti. Filwaqt li tinnota li l-Industrija Komunitarja kienet qed tagħmel profitt matul il-perjodu kkunsidrat, il-profitti komplew jonqsu matul il-perjodu. Bl-istess mod, filwaqt li l-industrija żammet livell aktarx għoli tas-sehem mis-suq, dan kien qed jonqos il-ħin kollu matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, il-pressjoni mill-importazzjonijiet Ċiniżi baqgħet (minħabba l-iskartar) u l-indikaturi stabbiliti hawn fuq juru wkoll li l-industrija Komunitarja għadha fraġli u vulnerabbli. |
6.13. Attivitá ta’ l-esportazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja
(76) |
L-investigazzjoni wriet illi l-attivitá ta’ l-esportazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja żviluppat kif ġej: Tabella 12 – L-esportazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja
|
(77) |
Il-kwantitajiet esportati mill-industrija Komunitarja żdiedu b’mod sinifikanti mill-2003 sal-PRI. Din ix-xejra pożittiva ġenerali kienet konkomitanti ma’ żieda żgħira fil-prezzijiet medji, spjegati b’pożizzjoni kompetittiva aħjar fi swieq ta’ pajjiżi terzi bħall-Istati Uniti. |
7. Il-konklużjoni dwar il-qagħda ta’ l-industrija Komunitarja
(78) |
L-istess volumi naqsu b’5 % bejn l-2003 u l-PRI li ssarraf f’telf ta’ sehem mis-suq minn 47.7 % fl-2003 għal 33 % fil-PRI. Il-prezzijiet ta’ l-unità naqsu bi ftit mill-2003 sal-PRI, i.e. bi 3 %, għalkemm il-prezzijiet tal-materja prima żdiedu. Il-profitabbilità ta’ l-industrija Komunitarja naqset matul il-PRI. Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u r-rata ta’ l-użu tal-kapaċità żdiedu, li madankollu hija dovuta għal żieda fl-attivitajiet ta’ esportazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja. Storikament, is-settur dejjem wera livell għoli ta’ profittabbiltà li huma meħtieġa għall-investiment neċessarju għall-addattar tal-produzzjoni għal kundizzjonijiet ġodda tas-sigurtà u għat-titjib tal-kompetittività ġenerali tal-kumpanija. Għandu jiġi nnutat li l-marġini tad-dannu kkalkolat għall-PRI kien aktar minn 60 %. L-importazzjonijiet mir-RPĊ u t-Tajwan kienu anqas mill-prezzijiet ta’ l-Industrija Komunitarja b’medja ta’ 39 %. |
(79) |
L-investimenti annwali fil-prodott simili żviluppaw b’mod pożittiv matul il-perjodu kkunsidrat i.e. żdiedu b’60 %. Dawn l-investimenti huma relatati prinċipalment ma’ l-organizzazzjoni mill-ġdid tal-produzzjoni mill-2005 sabiex jinbdew mill-ġdid il-kapaċitajiet tal-produzzjoni. L-impjiegi żdiedu b’5 %. Il-likwidità żdiedet bl-istess xejra bħall-profitt matul il-PRI u naqset b’50 %. |
(80) |
Il-premessi (69) u (70) hawn fuq juru li l-fatturi ewlenin tad-dannu (prezzijiet tal-bejgħ, volum tal-bejgħ, sehem mis-suq u profittabbiltà) naqsu matul il-perjodu kkunsidrat u li l-industrija Komunitarja xorta sofriet dannu minkejja l-miżuri fis-seħħ. Id-dannu prinċipalment jissarraf f’telf mis-sehem tas-suq minkejja żieda fil-konsum, imma wkoll fi tnaqqis fil-profittabbiltà minħabba l-pressjoni fuq il-prezz minħabba l-importazzjonijiet mir-RPĊ u t-Tajwan. Għalhekk, iż-żieda fl-ispejjeż tal-materja prima ma setgħetx twassal għal prezzijiet tal-bejgħ ogħla. |
(81) |
Storikament, is-settur dejjem wera livell għoli ta’ profittabbiltà. Fl-investigazzjoni orġinali, bil-għan li jkun stabbilit il-livell ta’ ħsara, kien ikkunsidrat li kull miżura għandha tippermetti lill-industrija Komunitarja li tkopri l-ispejjeż tal-produzzjoni u tikseb qligħ raġonevoli, jiġifieri ta’ 15 % tal-valur tal-bejgħ. Dan il-perċentwali huwa meħtieġ għall-investiment neċessarju għall-addattar tal-produzzjoni għal kundizzjonijiet ġodda tas-sigurtà u għat-titjib tal-kompetittività ġenerali tal-kumpanija. |
(82) |
Ix-xejra kemmxejn negattiva ta’ l-Industrija Komunitarja, minkejja l-miżuri fis-seħħ, tista’ tiġi spjegata minn grad għoli ta’ skartar li jikkaratterizza s-settur, kif instab mill-OLAF. |
(83) |
L-importaturi kkuntestaw il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni rigward is-sitwazzjoni ekonomika ta’ l-industrija Komunitarja. Il-figuri ppreżentati sabiex jissostanzjaw l-istqarrija tagħhom madankollu ma kinux relatati mas-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja fl-Ewropa fir-rigward ta’ lighters tal-but, taż-żnied, li jistgħu jerġgħu jimtlew, iżda ma’ attivitajiet dinjija tal-produtturi Komunitarji fir-rigward tal-qasam kollu tal-lighters. Dan it-tagħrif kien irrelevanti għad-determinazzjoni ta’ l-istat ta’ l-industrija Komunitarja u l-argument kellu għalhekk jiġi rrifjutat. |
(84) |
L-importaturi qalu li l-produttur Komunitarju kien qaleb parti sinifikanti tal-produzzjoni Komunitarja minn lighters taż-żnied għal dawk tal-piezo. B’konsegwenza ta’ dan, is-sehem mis-suq għal-lighters taż-żnied wera xejra ta’ tnaqqis. L-investigazzjoni żvelat li din id-dikjarazzjoni hija inkorretta. Fil-fatt, is-suq Komunitarju ġenerali tal-lighters kien qed jiżdied matul l-aħħar snin u s-sehem tal-lighters taż-żnied kien qed jonqos bi ftit imma baqa’ fil-livell ta’ 70 % fl-2006. Fid-dawl ta’ dan, għandu jiġi mfakkar li l-konsum tas-suq taż-żnied żdied matul il-perjodu kkunidrat u li s-sehem tal-lighters taż-żnied mibjugħa mill-industrija Komunitarja naqas matul il-perjodu kkunsidrat. L-argumenti mressqa ġew għalhekk irrifjutati. |
(85) |
L-importaturi argumentaw li l-produttur Komunitarju għandu monopolju fil-Komunità u l-miżuri anti-dumping jkomplu jsaħħu aktar il-pożizzjoni tiegħu. Din id-dikjarazzjoni mhix korretta minħabba li hemm volumi ta’ importazzjoni sinifikanti li qed jidħlu fis-suq Komunitarju minn pajjiżi terzi. Aktar minn hekk, il-produttur Komunitarju kien qed jikkompeti ma’ produtturi oħra fil-Komunità. Addizzjonalment, għandu jiġi nnutat li ma tressqu ebda provi li jindikaw li l-industrija Komunitarja abbużat l-allegata pożizzjoni dominanti. |
(86) |
Is-sitwazzjoni ekonomika pożittiva ġenerali ta’ min ressaq l-ilment hija spjegata parzjalment bil-kapaċità tagħhom li jbiegħu l-prodott ikkonċernat, prodott fl-Istati Uniti u fl-UE, bi prezz ta’ l-unità ogħla fis-suq ta’ l-Istati Uniti minħabba li l-istandard ogħla tas-sigurtà u l-preżenza tas-sigurtà għat-tfal fuq il-prodott ikkonċernat ippermetta lil min ressaq l-ilment li jbigħ il-prodott ikkonċernat bi prezz ogħla. Finalment, għandu jiġi nnutat li l-lighters taż-żnied huma rappreżentati b’mod massiv fis-suq ta’ l-Istati Uniti u t-tkabbir relattiv tas-suq tal-lighters, minkejja tnaqqis kostanti fin-numru ta’ dawk li jpejpu, juri li l-Industrija Komunitarja kienet kapaċi tiġġenera marġini ta’ tkabbir f’suq ferm kompetittiv. |
F. IL-PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TA’ DANNU
(87) |
Minkejja li t-tkomplija tad-dannu materjali, kawżat b’dikjarazzjoni qarrieqa tal-prodott ikkonċernat u bi skartar tal-prodott ikkonċernat li joriġina fir-RPĊ minn pajjiżi oħra Asjatiċi, huwa appoġġat mill-iskoperti ta’ l-OLAF (ara l-premessa (33)), l-analiżi ffokat fuq il-probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dannu. F’dan ir-rigward ġew analizzati żewġ parametri ewlenin: (1) ixxiftjar possibbli tal-volumi ta’ l-esportazzjoni tal-prodott konċernat mill-Istati Uniti fis-suq Komunitarju, (2) l-effetti ta’ dawk il-volumi proġettati u l-prezzijiet mill-pajjiż ikkonċernat fuq l-industrija Komunitarja. |
1. Spostar ta’ volumi esportati mill-Istati Uniti għas-suq Komunitarju
(88) |
It-tnaqqis mis-sehem tas-suq tal-lighters Ċiniżi fl-Istati Uniti juri li l-volumi importati jistgħu jiġu trasferiti għas-suq Komunitarju bi prezz baxx ħafna. Aktar minn hekk, kif imsemmi hawn fuq fil-premessa (37) hemm kapaċitajiet kbar ta’ produzzjoni tal-prodott ikkonċernat disponibbli fir-RPĊ li jista’ jiġi spostat lejn l-UE. Huwa ferm probabbli li, jekk il-miżuri jiġu revokati, l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ probabbilment jiġu preferuti mill-perspettiva ta’ livelli ta’ prezzijiet ogħla minn tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw. |
2. L-effetti ta’ dawn l-importazzjonijiet fuq il-Komunità
(89) |
Jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, jidher ċar li, minħabba l-prezz aktar baxx u l-kapaċitajiet eżistenti tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-maġġoranza ta’ l-indikaturi tad-dannu (prinċipalment il-volum tal-bejgħ, l-ispiża tal-produzzjoni u l-profitabbiltà) ta’ l-Industrija Komunitarja jonqsu b’mod sinifikanti. |
3. Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza tal-ħsara
(90) |
Fid-dawl ta’ dan t’hawn fuq u minħabba li l-marġini tad-dannu għall-PRI kien aktar minn 60 % u li l-importazzjonijiet mir-RPĊ u t-Tajwan kienu taħt il-prezzijiet ta’ l-Industrija Komunitarja b’medja ta’ 39 % qed jiġi konkluż li r-revoka tal-miżuri wisq probabbli twassal għal rikorrenza tad-dannu materjali għall-industrija Komunitarja. |
(91) |
Wieħed mill-produtturi fil-Komunità li ma lmentax ikkuntesta l-konklużjonijiet t’hawn fuq billi allega li minħabba li l-lighters bi prezz baxx huma importati minn sorsi varji oħra, ir-revoka tal-miżuri kurrenti ma jkollhiex effett fuq is-sitwazzjoni proprja ta’ l-industrija Komunitarja. Sar l-argument li jekk kien hemm xi dannu, kien diġà jeżisti minħabba l-importazzjonijiet minn dawn is-sorsi l-oħra. Madankollu, dan il-produttur Komunitarju ma kkontestax id-disponibbiltà tal-kapaċitajiet żejda sinifikanti fiċ-Ċina u l-inċentiv għall-produtturi esportaturi Ċiniżi li jaqilbu l-esportazzjonijiet tagħhom lejn is-suq Komunitarju. Bl-istess mod, ma ppreżenta ebda informazzjoni jew evidenza li turi rabta bejn l-importazzjonijiet tal-lighters minn pajjiżi terzi oħra u l-impatt fuq is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ l-industrija Komunitarja. Ebda wieħed minn dawn l-argumenti li nġiebu ma seta’ jiddevalwa l-konklużjonijiet kif spjegati hawn fuq fil-premessi (87) sa (90). Dan l-argument ġie għalhekk irrifjutat. |
G. L-INTERESS KOMUNITARJU
1. Daħla
(92) |
B’konformità ma’ l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku ġie eżaminat jekk il-prolongazzjoni tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interess Komunitarju bħala entità sħiħa. Id-determinazzjoni ta’ interess Komunitarju ġiet ibbażata fuq il-kunsiderazzjoni ta’ l-interessi varji kollha involuti, jiġifieri dawk ta’ l-industrija Komunitarja u produtturi Komunitarji oħra, u l-importaturi tal-prodott meqjus. |
(93) |
Ta’ min ifakkar li, fl-investigazzjonijiet ta’ qabel, l-adozzjoni ta’ miżuri u l-estenjsoni sussegwenti tagħhom dejjem instabet li ma tmurx kontra l-interess Komunitarju. |
(94) |
Abbażi ta’ dan kien mistħarreġ jekk, minkejja l-konklużjoni li teżisti l-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping u rikorrenza ta’ ħsara, kienx hemm raġunijiet b’saħħithom li se jwasslu għall-konklużjoni li mhijiex fl-interess Komunitarju li jibqgħu għaddejjin il-miżuri f’dan il-każ partikolari. |
2. L-interessi ta’ l-industrija Komunitarja
(95) |
Jekk il-miżuri kontra x-xiri taħt il-prezz ikunu mħassra, l-importazzjoni ta’ prodotti mixtrija taħt il-prezz jew bi prezz baxx fis-suq Komunitarju tiżdied ħafna u taċċelera d-deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja. |
(96) |
L-Industrija Komunitarja hija strutturalment vijabbli, kif jidher bir-riżultat pożittiv fis-swieq li mhux ta’ l-UE, bħall-Istati Uniti. Għamlet investimenti kontinwi, li kienu possibbli minħabba l-profitti għoljin. Madankollu, jista’ jkun konkluż li, mingħajr il-kontinwazzjoni ta’ miżuri kontra x-xiri taħt il-prezz, is-sitwazzjoni tagħha x’aktarx li teħżien. |
3. L-interessi tal-produtturi Komunitarji l-oħra
(97) |
Wieħed mill-produtturi Komunitarji li ma ppreżentax tweġibiet għall-kwestjonarju qal li l-miżuri anti-dumping fis-seħħ bħalissa huma ta’ detriment għall-konsumatur Ewropew. B’mod partikolari, dan il-produttur qal li l-livelli tal-prezz fil-Komunità huma ogħla meta mqabbla ma’ swieq terzi minħabba l-miżuri eżistenti. Aktar minn hekk, dan il-produttur, li mexxa parti mill-produzzjoni fir-RPĊ, qal li minħabba li miżuri eżistenti huma wkoll applikabbli għall-esportazzjonijiet tiegħu tal-prodott ikkonċernat manifatturat fiċ-Ċina lejn il-Komunità, dawn il-miżuri jkunu qed jagħmlu ħsara lill-kumpanija u għalhekk ikunu kontra l-interessi Komunitarji. |
(98) |
Dan il-produttur argumenta wkoll li, minħabba li l-industrija Komunitarja ma rkupratx, il-miżuri eżistenti kienu ineffiċjenti u m’għandhomx jiġġeddu. Finalment, intqal li kull dannu kien dovut għall-fatt li l-industrija Komunitarja ma adattatx għas-suq dinji ġdid. |
(99) |
Rigward l-impatt negattiv allegat tal-miżuri fuq il-konsumaturi, il-produttur Komunitarju konċernat ma ppreżenta ebda prova li tappoġġa din l-istqarrija. |
(100) |
Dan il-produttur qal li l-miżuri anti-dumping jikkostitwixxu ostakolu għall-iżvilupp ta’ l-attivitajiet tiegħu fiċ-Ċina u għandhom impatt negattiv fuq l-espansjoni tiegħu fil-Lvant Imbiegħed, kif ukoll effett sekondarju fuq is-siti ta’ produzzjoni tiegħu fl-Ewropa. Dan il-produttur argumenta li l-miżuri eżistenti kellhom impatt negattiv fuq il-profitabbiltà ġenerali tiegħu. Madankollu, il-kumpanija indikat li riċentament żiedet il-produzzjoni tagħha fil-faċilitajiet ta’ l-UE u kompliet tfittex sinerġiji mal-faċilitajiet ta’ produzzjoni fil-Lvant Imbiegħed sabiex twessa’ l-iskop tal-prodott. Għalhekk, l-allegat impatt negattiv tal-miżuri fuq il-faċilitajiet ta’ produzzjoni fl-UE ma setax jiġi vverifikat. |
(101) |
Il-produttur Komunitarju in kwestjoni ċaħad li irriloka l-produzzjoni tiegħu u qal minflok li sempliċiment bena linji ta’ produzzjoni addizzjonali fiċ-Ċina li jipproduċu tipi differenti ta’ prodott milli fil-Komunità, u għalhekk kabbar il-linja tal-prodott. Dan allegatament iffavorixxa l-produzzjoni fil-Komunità li żdiedet. Kif imsemmi qabel dan il-produttur ma weġibx il-kwestjonarju u għalhekk ma kkoperax biżżejjed fil-proċedimenti preżenti. L-informazzjoni ppreżentata, parti minnha wara li skada ż-żmien, ma setgħetx tiġi vverifikata. Aktar minn hekk, il-produttur ma spjegax u lanqas ma wera xi rabta bejn iż-żieda fil-produzzjoni fiċ-Ċina u t-tnaqqis tal-produzzjoni fil-Komunità. Ebda rabta ma kienet apparenti fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni inkluża fil-fajl. Lanqas ma spjega kif dawn il-fatti setgħu kellhom impatt fuq il-konklużjonijiet enfasizzati fil-premessa (99) hawn fuq jew jiddevalwaw dawn il-konklużjonijiet. Dan l-argument kellu għalhekk jiġi rrifjutat. |
(102) |
Bl-istess mod, l-importazzjonijiet tal-kumpanija m’għandhomx jitħallew jibbenefikaw mid-dumping b’detriment għall-industrija Komunitarja. F’kwalunkwe każ, għandu jiġi nnutat li s-sit tal-produzzjoni li fadal ta’ dan il-produttur fil-Komunità jipproduċi biss il-prodott ikkonċernat. Huma prodotti fiċ-Ċina u fl-Indja lighters ġodda taż-żnied, li huma iżgħar, li huma suġġetti wkoll għall-miżuri eżistenti. |
(103) |
Fir-rigward ta’ l-interessi tal-produtturi Komunitarji l-oħra, it-tnejn oġġezzjonaw għall-miżuri eżistenti u għat-tkomplija tagħhom. Madankollu, ma setgħux jissostanzjaw l-oġġezzjonijiet tagħhom b’xi evidenza ta’ effetti negattivi fuqhom minħabba l-miżuri. |
(104) |
Fuq il-bażi ta’ dan t’hawn fuq, ġie konkluż li l-miżuri fis-seħħ ma jkollhomx impatt sinifikanti negattiv fuq il-produtturi Komunitarji l-oħra u ma jaffettwawx b’mod negattiv l-interessi finanzjarji tagħhom. |
4. L-interessi ta’ importaturi u kummerċjanti
(105) |
F’isem il-membri tagħhom, assoċjazzjoni ta’ l-importaturi, l-Assoċjazzjoni Ewropea ta’ l-Importaturi tal-Lighters (“ELIAS”) u Polyconcept, importatur ieħor opponew il-preservazzjoni tal-miżuri eżistenti. |
(106) |
Għandu jiġi nnutat li ebda wieħed mill-importaturi individwali ma wieġeb il-kwestjonarju fuq il-bażi li ma importawx il-prodott ikkonċernat. Għalhekk ma kienx hemm evidenza disponibbli għall-kalkolazzjoni ta’ l-impatt preċiż tal-miżuri fuq l-importaturi. |
(107) |
ELIAS u Polyconcept taw xi raġunijiet li għalihom għandhom jitħallew jiskadu l-miżuri eżistenti. Rigward il-kummenti tagħhom rigward in-nuqqas ta’ dannu u r-rendiment ekonomiku ta’ l-applikant, ġie konkluż li, mingħajr it-tkomplija tal-miżuri anti-dumping, is-sitwazzjoni x’aktarx li tkompli tmur għall-agħar. |
(108) |
ELIAS u Polyconcept argumentaw li d-domanda tas-suq ta’ l-UE mxiet miż-żnied għal-lighters elettroniċi (piezo) u se tkompli tagħmel dan fil-futur. Għalkemm hemm xejra ta’ tkabbir fost il-konsumaturi li jużaw il-lighters elettroniċi (piezo), il-lighters taż-żnied għadhom jirrappreżentaw 70 % tas-suq. Il-konsum tal-lighters taż-żnied fil-fatt kien qed jiżdied, kif imsemmi fil-premessa (53) hawn fuq, li juri t-tkabbir fis-suq, filwaqt li l-industrija Komunitarja ma setgħetx tibbenefika mit-tkabbir, minħabba li mhux biss tilfet il-bejgħ, imma wkoll is-sehem tas-suq tal-lighters taż-żnied. |
(109) |
ELIAS u Polyconcept qalu li wieħed mir-raġunijiet tar-rendiment dgħajjef allegat kien in-nuqqas mill-applikant li jagħraf il-bidliet fid-domanda tas-suq ta’ l-UE. Madankollu, l-industrija Komunitarja diġà qed tipproduċi lighters elettroniċi (piezo) u għalhekk qiegħda f’pożizzjoni li tlaħħaq ma’ kull domanda ġdida għal-lighters elettroniċi (piezo). |
(110) |
Bl-istess mod, it-tnaqqis fit-tipjip hija xejra wkoll fl-Istati Uniti, filwaqt li l-industrija Komunitarja rnexxielha żżid is-sehem tas-suq tagħha f’dak li huwa kkunsidrat bħala suq ferm kompetittiv minħabba l-preżenza ta’ ħafna produtturi oħra, kemm jekk joriġinaw fil-Lvant Imbiegħed kif ukoll fl-UE. Rigward l-ispejjeż tal-produzzjoni, l-eżempju ta’ l-Istati Uniti juri li l-industrija Komunitarja kapaċi tikkompeti ma’ produtturi oħra fil-Komunità li rrilokaw l-attivitajiet tagħhom f’pajjiżi Asjatiċi. |
5. L-interess tal-konsumaturi
(111) |
Il-konsumaturi u l-organizzazzjoni tal-konsumaturi ma pparteċipawx matul l-investigazzjoni preżenti. |
(112) |
Madankollu, kien ikkunsidrat li l-impatt tal-miżuri, għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, ma jkollux impatt sinifikanti fuq il-prezz tal-bejgħ lill-konsumatur finali. |
6. Konklużjoni dwar l-interess Komunitarju
(113) |
Fuq il-bażi ta’ li ntqal hawn fuq, il-konklużjoni hi illi ma hemmx raġunijiet sodi biżżejjed fuq bażi ta’ interess Komunitarju kontra l-preservazzjoni tal-miżuri anti-dumping eżistenti. |
H. MIŻURI ANTI-DUMPING
(114) |
Il-partijiet interessati kollha kienu informati bil-fatti u konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom hemm l-intenzjoni li jiġi rrakkomandat illi l-miżuri eżistenti jinżammu għaddejjin. Huma ngħataw ukoll perjodu sabiex jagħmlu rappreżentazzjonijiet sussegwenti ta’ din l-espożizzjoni. Ma tressqet ebda evidenza li turi li l-estensjoni bir-Regolament (KE) Nru 192/1999 għandha titwaqqaf topera. |
(115) |
Isegwi minn dan ta’ hawn fuq li, kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, għandhom jibqgħu fis-seħħ, il-miżuri kontra x-xiri taħt il-prezz applikabbli għal importazzjoni ta’ lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, u għal ċerti lighters li jimtlew, li joriġinaw miċ-Ċina jew kunsinnati minn jew li joriġinaw mit-Tajwan, imposti bir-Regolament (KEE) Nru 3433/91 kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1006/95 u r-Regolament (KE) Nru 192/1999 kif estiż bir-Regolament (KE) Nru 1824/2001 għandu jinżamm, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Huwa b’dan impost dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjoni ta’ lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 9613 10 00 (kodiċi TARIC 9613100019) li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.
2. Ir-rata tad-dazju, applikabbli għall-prezz nett, liberu fil-fruntiera Komunitarja, qabel id-dazju, għandu jkun ta’ EUR 0,065 għal kull lighter.
Artikolu 2
1. Id-dazju anti-dumping imsemmi fl-Artikolu 1 huwa b’dan estiż għal importazzjonijiet ta’ lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 9613 10 00, kusinnati mit-Tajwan, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Tajawn kif ukoll jekk le (kodiċi TARIC 9613100011) u għal importazzjonijiet ta’ lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li jistgħu jerġgħu jimtlew, li jinkorporaw korp f’forma ta’ kontenitur tal-plastik, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 9613 20 90 (kodiċi TARIC 9613209029), li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u kunsinnati mit-Tajwan, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Tajwan kif ukoll jekk le (kodiċi TARIC 9613209021).
2. Il-lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li jistgħu jerġgħu jimtlew, li jinkorporaw korp f’forma ta’ kontenitur tal-plastik, b’valur, dazju mhux imħallas, liberu fil-fruntiera Komunitarja, għal kull biċċa, daqs jew akbar minn 0,15 EUR, ma għandhomx ikunu suġġetti għad-dazju estiż mill-paragrafu 1, jekk dan il-prezz ikun speċifikat f’fattura maħruġa minn esportatur, li jinsab fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina jew fit-Tajwan, lil importatur mhux konness fil-Komunità.
Artikolu 3
1. Fil-każijiet fejn il-merkanzija tkun sofriet danni qabel id-dħul fiċ-ċirkolazzjoni libera u, għalhekk, il-prezz li fil-fatt tħallas jew li jkun pagabbli jiġi diviż għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-valur doganali skond l-Artikolu 145 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (9), l-ammont tad-dazju anti-dumping, kalkolat fuq il-bażi ta’ l-ammonti stabbiliti hawn fuq, għandu jitnaqqas b’perċentwali li jikkorrispondi għad-diviżjoni tal-prezz li fil-fatt tħallas jew li jkun pagabbli.
2. Sakemm ma jiġix speċifikat diversament, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar dazji doganali.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Diċembru 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
L. AMADO
(1) ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).
(2) ĠU L 326, 28.11.1991, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 174/2000 (ĠU L 22, 27.1.2000, p. 16).
(3) ĠU L 101, 4.5.1995, p. 38.
(4) ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).
(6) ĠU L 248, 18.9.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 155/2003 (ĠU L 25, 30.1.2003, p. 27).
(7) ĠU C 321, 16.12.2005, p. 4.
(8) ĠU C 223, 16.9.2006, p. 7.
(9) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.