This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R1403
Commission Regulation (EC) No 1403/2007 of 28 November 2007 reopening the fishery for red seabream in ICES zones VI, VII and VIII (Community waters and waters not under the sovereignty or jurisdiction of third countries) by vessels flying the flag of Spain
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1403/2007 tat- 28 ta’ Novembru 2007 li jerġa' jiftaħ is-sajd għall-bażuga fiż-żoni VI, VII u VIII (l-ilmijiet tal-Komunità u l-ilmijiet li ma jaqgħux taħt il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi) min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1403/2007 tat- 28 ta’ Novembru 2007 li jerġa' jiftaħ is-sajd għall-bażuga fiż-żoni VI, VII u VIII (l-ilmijiet tal-Komunità u l-ilmijiet li ma jaqgħux taħt il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi) min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja
ĠU L 311, 29.11.2007, p. 33–34
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2007
29.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 311/33 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1403/2007
tat-28 ta’ Novembru 2007
li jerġa' jiftaħ is-sajd għall-bażuga fiż-żoni VI, VII u VIII (l-ilmijiet tal-Komunità u l-ilmijiet li ma jaqgħux taħt il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi) min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika komuni tas-sajd (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2015/2006 tad-19 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 u l-2008 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-Sajd tal-Komunità għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-baħar fond [titlu mhux uffiċjali] (3) jistabbilixi l-kwoti għall-2007 u l-2008. |
(2) |
Fit-22 ta' Ottubru 2007, Spanja nnotifikat lill-Kummissjoni, skond l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, li kienet se tagħlaq is-sajd għall-bażuġa fl-ilmijiet taż-żoni VI, VII u VIII ta' l-ICES (l-ilmijiet tal-Komunità u l-ilmijiet li ma jaqgħux taħt il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi) mid-19 ta' Ottubru 2007. |
(3) |
Fit-13 ta' Novembru 2007, il-Kummissjoni, skond l-Artikolu 21(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, u l-Artikolu 26(4) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, adottat ir-Regolament (KE) Nru 1328/2007 (4) li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-bażuġa fiż-żoni VI, VII u VIII ta' l-ICES (l-ilmijiet tal-Komunità u l-ilmijiet li ma jaqgħux taħt il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi) min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Sanja jew li huma rreġistrati fi Spanja. |
(4) |
Skond l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni mill-awtoritajiet Spanjoli, għad hemm disponibbli kwantità ta' bażuġa fil-kwota Spanjola fiż-żoni VI, VII u VIII (l-ilmijiet tal-Komunità u l-ilmijiet li ma jaqgħux taħt il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi). Għalhekk, għandu jiġu awtorizzat is-sajd għall-bażuġa f'dawn l-ilmijiet minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja jew irreġistrati fi Spanja. |
(5) |
Din l-awtorizzazzjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-30 ta' Ottubru 2007, biex il-kwantità ta' bażuġa kkonċernata tkun tista' tinqabad sa tmiem din is-sena. |
(6) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1328/2007 għandu jiġi revokat b'effett mit-30 ta' Ottubru 2007. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Revoka
Ir-Regolament (KE) Nru 1328/2007 huwa b'dan irrevokat.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-30 ta' Ottubru 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Novembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Fokion FOTIADIS
Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi
(1) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).
(2) ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11); kif ikkoreġuta fil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.
(3) ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 898/2007 (ĠU L 196, 28.7.2007, p. 22).
(4) ĠU L 295, 14.11.2007, p. 3.
ANNESS
Nru |
81 – Ftuħ mill-ġdid |
Stat Membru |
Spanja |
Stokk |
SBR/678- |
Speċi |
Bażuga (Pagellus Bogaraveo) |
Żona |
(l-ilmijiet tal-Komunità u l-ilmijiet li ma jaqgħux taħt il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi fiż-żoni VI, VII u VIII |
Data |
30.10.2007 |