EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1331

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1331/2007 tat- 13 ta’ Novembru 2007 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ disiandiamide li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

ĠU L 296, 15.11.2007, p. 1–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/11/2012

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1331/oj

15.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 296/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1331/2007

tat-13 ta’ Novembru 2007

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ disiandiamide li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet soġġetti għad-dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Inizjazzjoni

(1)

Fit-3 ta’ Lulju 2006 il-Kummissjoni rċeviet ilment ippreżentat skond l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku minn AlzChem GmbH (“il-kwerelant”) li jirrapreżenta 100 % tal-produzzjoni Komunitarja ta’ 1-ċjanogwanidin (disiandiamide) (“DCD”).

(2)

Dan l-ilment kien jinkludi evidenza ta’ dumping ta’ DCD mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”) u ta’ ћsara materjali li qed tirriżulta minnu li tqieset bћala suffiċjenti biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ proċediment.

(3)

Fis-17 ta’ Awwissu 2006, il-proċediment ingћata bidu bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ bidu (2) fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

1.2.   Il-partijiet ikkonċernati mill-proċediment u żjarat ta’ verifika

(4)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-produttur Komunitarju kwerelant, il-produtturi esportaturi, l-importaturi, l-utenti, il-fornituri u assoċjazzjonijiet li kien magħruf li huma kkonċernati u r-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur ikkonċernat bil-bidu tal-proċediment. Il-partijiet interessati ngћataw l-opportunità li jagћtu l-opinjonijiet tagћhom bil-miktub u li jitolbu smigћ fiż-żmien stabbilit fl-avviż ta’ bidu.

(5)

Il-produttur Komunitarju kwerelant, il-produtturi esportaturi, l-importaturi u l-utenti ressqu l-opinjonijiet tagħhom. Il-partijiet interessati kollha, li gћamlu din it-talba u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari gћaliex kellhom jinstemgħu, ingћataw smigћ.

(6)

Biex il-produtturi esportaturi fil-RPĊ, jekk ikunu jixtiequ dan, jitћallew iressqu talba gћal trattament ta’ l-ekonomija tas-suq (“MET”) jew għal trattament individwali (“TI”), il-Kummissjoni bagћtet formoli ta’ talba lill-produtturi esportaturi Ċiniżi li kien magћruf li huma kkonċernati. Tliet produtturi esportaturi fir-RPĊ talbu MET skond l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku u TI, f’każ li l-investigazzjoni tistabbilixxi li ma jkunux jissodisfaw il-kundizzjonijiet gћal MET.

(7)

Fid-dawl tan-numru għoli li deher ta’ produtturi esportaturi fir-RPĊ, il-Kummissjoni indikat fl-avviż ta’ bidu li t-teħid ta’ kampjuni jista’ jiġi applikat f’din l-investigazzjoni għad-determinazzjoni ta’ dumping skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

(8)

Biex jippermettu lill-Kummissjoni tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni huwiex meħtieġ u, jekk dan ikun il-każ, tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha fir-RPĊ intalbu jagħmlu lilhom infushom magħrufa mal-Kummissjoni u ntalbu jipprovdu, kif speċifikat fl-avviż ta’ bidu, tagħrif bażiku dwar l-attivitajiet tagħhom relatati mal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (l-1 ta’ Lulju 2005 sat-30 ta’ Ġunju 2006).

(9)

Madankollu, minħabba li tliet produtturi esportaturi biss ikkooperaw fl-investigazzjoni, ġie deċiż li t-teħid ta’ kampjuni ma kienx meħtieġ.

(10)

Intbagħtu kwestjonarji lill-partijiet kollha li kien magћruf li huma kkonċernati u lill-kumpaniji l-oћra kollha li ppreżentaw ruћhom fiż-żmien stipulat fl-avviż ta’ bidu. Intbagħtu tweġibiet minn tliet produtturi esportaturi kooperattivi fir-RPĊ u mill-uniku produttur Komunitarju, kif ukoll minn żewġ utenti u erba’ importaturi.

(11)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li qieset meħtieġ gћad-determinazzjoni ta’ dumping, tal-ћsara li rriżultat kif ukoll ta’ l-interess Komunitarju u wettqet verifiki fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Produttur Komunitarju

AlzChem GmbH, il-Ġermanja

(b)

Produtturi esportaturi fir-RPĊ

Ningxia Darong Chemical & Metallurgy Co., Ltd., RPĊ

Ningxia Xingping Fine Chemical Co., Ltd., RPĊ

Ningxia Yinglite Chemicals Co., Ltd, RPĊ

(ċ)

Importaturi mhux relatati

Lanxess GmbH, il-Ġermanja

Helm AG, il-Ġermanja

(d)

Utenti fil-Komunità

Merck Santé, Franza

Lanxess GmbH, il-Ġermanja

1.3.   Il-perjodu ta’ investigazzjoni

(12)

L-investigazzjoni ta’ dumping u ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2005 sat-30 ta’ Ġunju 2006 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni” jew il-“PI”). L-eżaminazzjoni tax-xejriet rilevanti gћall-evalwazzjoni tal-ћsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2002 sat-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu meqjus”).

2.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

2.1.   Il-prodott ikkonċernat

(13)

Il-prodott ikkonċernat huwa 1-ċjanogwanidin (disiandiamide) (“DCD”), li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 2926 20 00. Huwa sustanza solida fil-forma ta’ trab irqiq, abjad, kristallin, normalment mingħajr riħa. Huwa prodott minn ġir verġni u karbonju iswed u joħroġ wara bosta stadji ta’ produzzjoni.

(14)

Normalment id-DCD huwa użat bħala intermedjarju biex tiġi prodotta firxa wiesgħa ta’ intermedjarji kimiċi oħrajn, bħal farmaċewtiċi, bosta applikazzjonijiet industrijali - ilma, polpa u karta, tessut, ġilda - u oqsma differenti ta’ applikazzjonijiet ta’ epoksi. Huwa element prinċipali tal-katina nitroġenu – karbonju – nitroġenu (NCN), bi prodotti finali speċjalizzati bħal nitrat guanidine u derivattivi ta’ NCN oħrajn.

(15)

Aktar minn 90 % tad-DCD mibjugħ fis-suq Komunitarju huwa standard. Il-bqija, imsejjaħ mikro DCD, huwa ta’ daqs ta’ partikula iżgħar. Il-produtturi esportaturi Ċiniżi taw data dwar it-tip standard biss.

2.2.   Prodott Simili

(16)

Importatur argumenta li t-tip standard ta’ DCD prodott mill-industrija Komunitarja huwa ta’ kwalità ogħla minn dak prodott minn produtturi esportaturi Ċiniżi, minħabba li l-kontenut ta’ l-ilma tad-DCD Ċiniż huwa sinifikattivament ogħla u aktar volatili meta mqabbel mal-kontenut ta’ l-ilma tad-DCD prodott fil-Komunità. Allegatament, id-DCD Ċiniż għandu wkoll kontenut ogħla ta’ impuritajiet.

(17)

Mandankollu, l-investigazzjoni uriet li, filwaqt li jista’ jkun hemm ċerti differenzi ta’ kwalità, dawn ma jistgħux jiġu kwantifikati u barra minn dan, ma jaffettwawx il-karatteristiċi kimiċi, fiżiċi u tekniċi bażiċi tad-DCD prodott u mibjugħ mill-industrija Komunitarja fil-Komunità, u d-DCD importat fil-Komunità mir-RPĊ, li nstab li kienu l-istess u li għandhom l-istess użi finali.

(18)

Gћalhekk ġie konkluż li dawn il-prodotti huma simili fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

3.   DUMPING

3.1.   It-trattament ta’ l-ekonomija tas-suq (“MET”)

(19)

Skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, fl-investigazzjonijiet anti-dumping dwar importazzjonijiet li joriġinaw fir-RPĊ, il-valur normali gћal dawk il-produtturi li nstabu li qed jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku gћandu jiġi ddeterminat skond il-paragrafi 1 sa 6 ta’ l-imsemmi Artikolu.

(20)

Fil-qosor, u gћall-finijiet ta’ referenza biss, il-kriterji tal-MET huma stipulati hawn taћt f’forma mqassra:

1.

Id-deċiżjonijiet u l-ispejjeż tan-negozju jsiru b’reazzjoni gћall-kundizzjonijiet tas-suq u mingћajr indћil sinifikanti mill-Istat;

2.

L-intrapriżi għandhom sett wieћed ċar ta’ rekords ta’ kontabilità bażika li huma vverifikati b’mod indipendenti skond standards internazzjonali ta’ kontabilità u huma applikati gћall-gћanijiet kollha;

3.

Ma hemm l-ebda tagћwiġ sinifikanti li jinġarr mis-sistema preċedenti ta’ l-ekonomija mhux tas-suq;

4.

Il-liġijiet tal-falliment u tal-proprjetà jiggarantixxu ċertezza u stabbiltà legali;

5.

Il-konverżjonijiet tar-rata tal-kambju jsiru skond ir-rati tas-suq.

(21)

Tliet produtturi esportaturi fir-RPĊ talbu għal MET skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku u wieġbu għall-formola tat-talba gћall-MET gћall-produtturi esportaturi fiż-żmien stabbilit. Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat fil-bini ta’ dawn il-kumpaniji t-tagħrif kollu meћtieġ li ġie sottomess fl-applikazzjonijiet gћal MET skond kif kien meћtieġ.

(22)

L-investigazzjoni kixfet li t-talba gћal MET kellha tiġi miċћuda għat-tliet produtturi esportaturi kollha. Id-determinazzjoni għall-kumpaniji kontra kull wieћed mill-ћames kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku wriet li l-kumpaniji ma ssodisfawx ir-rekwiżiti tal-kriterji wieħed, tnejn u tlieta.

(23)

Minħabba li l-parti interessata prinċipali f’każ wieħed hija intrapriża ta’ l-Istat u fl-ieħor membru tal-Kungress tal-Poplu, instab li l-Istat jista’ jeżerċita influwenza sinifikanti fuq id-deċiżjonijiet ta’ negozju tal-kumpaniji relatati ma’ deċiżjonijiet ta’ tmexxija bħal distribuzzjoni tal-profitt, il-ħruġ ta’ ishma ġodda, żieda fil-kapital u l-emendi għall-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni, għalhekk deċiżjonijiet tali ma ttieħdux bi tweġiba għal sinjali tas-suq. Instabu differenzi sinifikanti fil-konsum ta’ unità ta’ elettriċità u fil-prezz ta’ l-unità bejn it-tliet kumpaniji u l-ebda waħda minn dawn it-tliet kumpaniji ma setgħu juru li l-ispejjeż ta’ elettriċità tagħhom kienu r-riżultat ta’ forniment u domanda u li dawn sussegwentement jirriflettu l-valuri tas-suq.

(24)

B’żieda ma’ dan, fit-tliet każijiet kollha, il-kontijiet tal-kumpaniji naqsu milli jirriflettu s-sitwazzjoni finanzjarja vera. B’mod partikolari, kien hemm għadd ta’ ksur ta’ prinċipji ta’ kontabilità bażiċi li huma parti mill-Istandards ta’ Kontabilità Internazzjonali (IAS) u minħabba li dawn il-kwistjonijiet ma ssemmewx fir-rapport ta’ l-awditur, il-kumpaniji ma jistgħux jitqiesu bħala li għandhom sett wieħed ċar ta’ kontijiet b’konformità ma’ l-IAS u li se jiġi vverifikat indipendentement skond l-IAS.

(25)

Fir-rigward tal-valutazzjoni ta’ l-assi inizjali, it-tliet kumpaniji ma kinux kapaċi jagħtu spjegazzjoni dwar il-bażi li fuqha saret valutazzjoni tali. Fl-aħħarnett, f’żewġ każi, il-kumpaniji ma kinux kapaċi jipprovdu evidenza tal-ħlasijiet kollha għad-drittijiet ta’ l-użu ta’ l-art. Iż-żewġ nuqqasijiet indikaw li kien hemm tagħwiġ sinifikanti li nġarr mis-sistema ta’ l-ekonomija mhux tas-suq.

(26)

Il-Kumitat Konsultattiv ġie kkonsultat u l-partijiet ikkonċernati direttament ingħataw l-opportunità li jikkummentaw dwar is-sejbiet imsemmija hawn fuq. L-Industrija Komunitarja u t-tliet produtturi esportaturi kollha rċevew żvelar ta’ l-evalwazzjoni MET u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. Il-produtturi esportaturi għamlu għadd ta’ kummenti kontra s-sejbiet u l-Kummissjoni weġbithom mingħajr, madankollu, ma emendat l-evalwazzjoni ġenerali. Il-produtturi esportaturi saħqu b’mod partikolari li d-deċiżjonijiet ta’ negozju tagħhom kienu ħielsa minn interventi mill-Istat. B’żieda ma’ dan, huma oġġezzjonaw għal sejbiet speċifiċi dwar l-ispejjeż u l-valutazzjoni ta’ l-assi. Iżda ma ntbagħtet l-ebda evidenza bħala prova ta’ l-istqarrijiet, li għalhekk kellhom jiġu miċħuda.

(27)

Wara dak li ssemma hawn fuq, ġie konkluż li l-MET ma għandux jingħata lill-produtturi tar-RPĊ.

3.2.   It-trattament individwali (“TI”)

(28)

L-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku jipprevedi li, fejn japplika l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, għandu jiġi speċifikat dazju individwali għal kumpaniji li juru li jilħqu l-kriterji kollha stipulati fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku għal meta jingħata trattament individwali.

(29)

Il-produtturi tar-RPĊ li ma setax jingħatalhom il-MET talbu wkoll TI fil-każ li ma jingħatawx il-MET. Madankollu, instab li l-Istat jeżerċita influwenza sinifikanti b’tali mod li, f’żewġ każijiet, id-deċiżjonijiet tal-kumpanija ma setgħux jitqiesu bħala li ttieħdu b’mod ħieles u l-intervent ta’ l-Istat jista’ jkun tali li jkun hemm riskju għoli ta’ tgħawwiġ. Fil-każ tat-tielet kumpanija, bi sjieda kollettiva u li qabel kienet ta’ l-Istat, jeżistu indikazzjonijiet kbar li għad hemm interferenza potenzjali sostanzjali mill-Istat li twassal għal riskji possibbli ta’ tgħawwiġ.

(30)

Dan l-aħħar produttur esportatur saħaq li l-interferenza potenzjali ta’ l-Istat mhix raġuni suffiċjenti biex jiġi miċħud trattament individwali għaliex konklużjoni tali tkun imsejsa biss fuq suppożizzjonijiet.

(31)

Skond l-Artikolu 9(5)(e) tar-Regolament bażiku, fejn japplika l-Artikolu 2(7)(a), dazju individwali jista’ jiġi speċifikat biss fejn esportatur jista’ juri, fuq il-bażi ta’ stqarrijiet sostanzjati kif xieraq, li l-interferenza ta’ l-Istat ma tippermettix tgħawwiġ ta’ miżuri jekk esportaturi individwali jingħataw rati differenti ta’ dazju. L-ewwelnett, il-kumpanija kkonċernata ma setgħatx tiċċara r-rwol u r-responsabbiltajiet preċiżi ta’ l-Amministratur Ġenerali tagħha. Lanqas ma setgħet tiċċara jekk il-partijiet interessati attwali ħallsux għall-ishma li għandhom fil-kumpanija li qabel kienet ta’ l-Istat. Fuq din il-bażi, kienet konklużjoni raġonevoli li l-interferenza sinifikanti ta’ l-Istat ma setgħetx titneħħa b’mod suffiċjenti. Ir-riskju tat-tgħawwiġ kien għalhekk meqjus bħala għoli wisq u l-istqarrijiet tal-produttur esportatur f’dan ir-rigward kellhom jiġu miċħuda.

(32)

B’konsegwenza ta’ dan, minħabba li nstab li l-produtturi tar-RPĊ ma ssodisfawx ir-rekwiżiti kollha biex jingħataw TI skond l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku, it-TI kellu jiġi miċħud u jiġi impost dazju wieħed għall-pajjiż kollu.

3.3.   Il-valur normali

3.3.1.   Il-pajjiż analogu

(33)

Skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għall-produtturi esportaturi li ma ngħatawx MET irid jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet jew tal-valur maħdum f’pajjiż analogu jew il-prezz minn pajjiż terz tali għal pajjiżi oħrajn, inkluża l-Komunità, jew fejn dawn ma jkunux possibbli, fuq kwalunkwe bażi raġonevoli oħra, inkluż il-prezz attwalment imħallas jew pagabbli fil-Komunità għall-prodott simili, irranġat kif xieraq jekk meħtieġ biex jinkludi marġni ta’ profitt raġonevoli.

(34)

Fin-nuqqas ta’ produzzjoni tal-prodott ikkonċernat barra l-Komunità u r-RPĊ, il-Kummissjoni indikat fl-avviż tal-bidu l-intenzjoni tagħha li tibbaża l-valur normali fuq il-prezzijiet attwalment imħallsa jew pagabbli fil-Komunità tal-prodott simili, skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.

(35)

It-tliet produtturi tar-RPĊ oġġezzjonaw għal din il-proposta, filwaqt li argumentaw li ma kienx hemm biżżejjed kompetizzjoni fil-Komunità u li l-proċess ta’ produzzjoni fil-Komunità ma kienx komparabbli ma’ dak fir-RPĊ. Huma saħqu li l-valur normali għandu jissejjes fuq il-prezz ta’ esportazzjoni tal-kwelerant lir-RPĊ jew fuq l-ispiża tal-produzzjoni ta’ DCD fir-RPĊ.

(36)

Il-prezz ta’ esportazzjoni ta’ l-Industrija Komunitarja lil pajjiżi terzi ma setax jittieħed minħabba li ma setax jiġi eskluż li dawn il-prezzijiet huma soġġetti għad-dumping b’mod ugwali. Għalhekk, il-produtturi esportaturi kkonċernati ma setgħux juru li din il-metodoloġija tkun aktar raġonevoli mill-waħda użata mill-Istituzzjonijiet Komunitarji. B’mod partikolari, ma setax jintwera u lanqas ma kien hemm evidenza oħra disponibbli, li l-kompetizzjoni fis-suq Komunitarju kienet insuffiċjenti u li, b’konsegwenza, data li għandha x’taqsam ma’ l-industrija Komunitarja ma tkunx ta’ min iserraħ fuqha. Fil-każ tad-differenzi fil-proċess tal-produzzjoni, dawn ma kinux meqjusa bħala sinifikanti.

(37)

B’żieda ma’ dan, l-ebda minn dawn it-tliet kumpaniji ma ngħataw MET u għalhekk l-ispejjeż tal-manifattura tal-produtturi esportaturi Ċiniżi ma tqisux bħala ta’ min iserraħ fuqhom.

(38)

Skond dan ġie meqjus li l-bażi l-aktar raġonevoli għad-determinazzjoni ta’ valur normali kienet li tintuza l-ispiża ta’ l-industrija Komunitarja għall-manifattura tal-prodott simili rranġat fejn meħtieġ, b’mod partikolari biex jitqiesu d-differenzi fil-proċessi ta’ produzzjoni u l-aċċess għal materjali mhux maħduma.

(39)

L-esportaturi produtturi saħqu li d-determinazzjoni tal-valur normali kien imsejjes fuq fatti disponibbli u għalhekk fuq l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Saħgu wkoll li minħabba li kkooperaw bis-sħiħ fl-investigazzjoni attwali, strateġija tali ma kinitx ġustifikata.

(40)

L-allegazzjoni ta’ dawn il-produtturi esportaturi li l-valur normali ġie stabbilit skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku hija żbaljata. Kif imsemmi hawn fuq, il-valur normali ġie stabbilit skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, li jippermetti l-użu ta’ bażi oħra raġonevoli jekk ma jkunx possibbli li l-valur normali jissejjes fuq l-ispejjeż u l-prezzijiet minn pajjiż analogu jew fuq prezzijiet ta’ esportazzjoni minn pajjiż tali jew minn pajjiżi terzi oħrajn. Għalhekk din it-talba ma ġietx milqugħa.

3.3.2.   Id-determinazzjoni tal-valur normali

(41)

Il-prodott simili ġie mibjugħ mill-industrija Komunitarja fi kwantitajiet rappreżentattivi. Madankollu, il-bejgħ domestiku ta’ l-industrija Komunitarja kien qed isir b’telf. Għalhekk, il-valur normali ssejjes fuq l-ispejjeż tal-manifattura ta’ l-industrija Komunitarja, flimkien ma’ ammont raġonevoli għall-bejgħ, spejjeż ġenerali u amministrattivi u profitt. Saru tibdiliet fuq l-ispejjeż tal-manifattura ta’ l-industrija Komunitarja biex ipattu għall-ispejjeż ta’ trasport addizzjonali kawża tas-separazzjoni fiżika bejn l-unitajiet ta’ produzzjoni, l-ebda aċċess dirett għall-materjali mhux maħduma, li jridu jinġiebu minn siti ta’ produzzjoni remoti, u r-rimi tal-prodott sekondarju (ġir iswed). Barra minn dan, ġie miżjud profitt stmat li jikkorrispondi mal-profitt miksub mill-industrija Komunitarja fl-2001, flimkien ma’ 4.3 % għal SG&A msejjes fuq tagħrif mogħti mill-industrija Komunitarja.

3.4.   Il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni

(42)

Il-bejgħ esportat kollu mill-produtturi mir-RPĊ lill-Komunità sar direttament minn konsumaturi indipendenti fil-Komunità u għalhekk il-prezz ta’ esportazzjoni ġie stabbilit skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku fuq il-bażi tal-prezzijiet imħallsa jew pagabbli.

3.5.   Tqabbil

(43)

Il-valur normali medju bil-piż stabbilit hawn fuq ġie mqabbel mal-prezz ta’ esportazzjoni medju bil-piż ta’ bejgħ lill-Komunità tal-kumpaniji kooperattivi li ma ngħatawx MET, kif stipulat fl-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku.

3.6.   Marġni ta’ dumping

(44)

Fuq din il-bażi, il-marġni ta’ dumping fil-pajjiż, imfisser bћala perċentwali tal-prezz ta’ importazzjoni CIF fil-fruntiera Komunitarja, qabel id-dazju, huwa ta’ 91.8 %.

4.   IL-ĦSARA

4.1.   Kumment preliminari

(45)

Minħabba li l-analiżi tikkonċerna biss kumpanija waħda, għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità bosta indikaturi huma mogħtija f’forma jew meded ta’ indiċi.

4.2.   Produzzjoni Komunitarja

(46)

Il-produzzjoni Komunitarja totali fil-PI kien bejn 15 000 u 20 000 tunnellata.

4.3.   Tifsira ta’ l-industrija Komunitarja

(47)

Il-produzzjoni tal-produttur Komunitarju AlzChem GmbH tirrapreżenta 100 % tad-DCD prodott fil-Komunità. Gћalhekk skond it-tifsira ta’ l-Artikoli 4(1) u 5(4) tar-Regolament bażiku tqies li din il-kumpanija tikkostitwixxi l-industrija Komunitarja (“IK”).

4.4.   Konsum tal-Komunità

(48)

Il-konsum tal-Komunità ġie stabbilit fuq il-bażi tal-volum tal-bejgħ tal-IK fis-suq Komunitarju flimkien ma’ importazzjonijiet mir-RPĊ u pajjiżi terzi oħrajn taħt il-kodiċi NM rilevanti skond l-Eurostat. Kif jidher fit-tabella hawn taħt, il-konsum tal-Komunità tal-prodott ikkonċernat baqa’ stabbli (+ 1 %) matul il-perjodu meqjus. F’dan il-kuntest, ġie nnutat li d-data dwar l-2002 tinkludi wkoll importazzjonijiet mill-produttur Norveġiż, ODDA, li waqqaf l-attività fl-istess sena.

(49)

Skond importatur, l-għeluq ta’ ODDA wassal biex fl-2003 uħud mill-konsumaturi kbar tiegħu ħażnu l-istokk, li jista’ jispjega wkoll għaliex il-konsum tela’ għal livell għoli dik is-sena.

 

2002

2003

2004

2005

PI

Il-konsum tal-Komunità (tunnellati)

13 258

15 594

13 119

12 469

13 417

Indiċi 2002 = 100

100

118

99

94

101

4.5.   Importazzjonijiet fil-Komunità mir-RPĊ

4.5.1.   Volum u sehem mis-suq ta’ importazzjoni mir-RPĊ

(50)

Skond l-Eurostat l-importazzjonijiet mir-RPĊ żdiedu minn 2 476 tunnellati fl-2002 għal 6 002 tunnellati fil-PI. Is-sehem tas-suq żdied minn 15-25 % għal 40-50 % matul l-istess perjodu, hekk kif il-produtturi Ċiniżi ħadu parti maġġuri mis-sehem mis-suq li qabel kien tal-produttur Norveġiż ODDA. Iż-żieda fl-importazzjonijiet kienet immarkata b’mod partikolari fl-2003.

 

2002

2003

2004

2005

PI

Volumi ta’ importazzjoni (tunnellati)

2 476

6 173

4 283

5 218

6 002

Indiċi 2002 = 100

100

249

173

211

241

Sehem mis-suq

15–25 %

35–45 %

30–40 %

35–45 %

40–50 %

4.5.2.   Il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet u tnaqqis sostanzjali fil-prezz (undercutting)

(51)

Skond l-Eurostat, il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet naqsu bi 11 % matul il-perjodu meqjus, minn EUR 1 149/tunnellata fl-2002 għal EUR 1 022/tunnellata fil-PI.

 

2002

2003

2004

2005

PI

Il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mir-RPĊ (EUR/tunnellata)

1 149

1 071

1 338

980

1 022

Indiċi 2002 = 100

100

93

116

85

89

(52)

Biex jiġi stabbilit it-tnaqqis sostanzjali fil-prezz, sar tqabbil bejn il-prezzijiet tal-bejgħ ta’ l-IK fis-suq Komunitarju matul il-PI u dawk mitluba mill-produtturi esportaturi Ċiniżi. Minħabba li l-produtturi Ċiniżi ma esportawx l-imsejjaħ mikro DCD, dan it-tip ġie eskluż mill-kalkolu tat-tnaqqis sostanzjali fil-prezz.

(53)

Il-prezzijiet tal-bejgħ rilevanti ta’ l-IK kienu dawk għal konsumaturi indipendenti, mibdula fejn meħtieġ għal livell eks-fabbrika. Dawn il-prezzijiet tqabblu mal-prezzijiet tal-bejgћ mitluba mill-produtturi esportaturi bl-iskonti mnaqqsa u aġġustati fejn meћtieġ gћall-prezzijiet CIF fil-fruntiera tal-Komunità, b’aġġustament xieraq gћall-ispejjeż tar-rilaxx mid-dwana u gћall-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni. Id-dazju applikabbli konvenzjonali ta’ pajjiż terz ta’ 6.5 % ġie miżjud mal-prezz CIF biex jinkiseb prezz ta’ unità għal ċirkolazzjoni ħielsa.

(54)

Matul il-PI il-marġni ta’ tnaqqis sostanzjali fil-prezz medju bil-piż imfisser bħala perċentwali tal-prezz tal-bejgħ eks-fabbrika medju ta’ l-IK, kien bejn 25 % u 35 % għall-produtturi Ċiniżi kooperattivi.

4.6.   Il-qagħda ta’ l-industrija Komunitarja

(55)

Skond l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami ta’ l-impatt ta’ l-importazzjonijiet soġġetti għad-dumping fuq l-IK inkludiet analiżi tal-fatturi ekonomiċi kollha li huma rilevanti gћall-istat ta’ l-industija mill-2002 sal-PI.

(56)

Il-fatturi ta’ ħsara ppreżentati hawn taħt jikkonċernaw biss bejgħ fis-suq ħieles, li jirrapreżenta 85 % tal-produzzjoni ta’ DCD fl-IK. Ta’ min jinnota li l-15 % li jibqa’ tal-produzzjoni ta’ DCD jintuża internament bħala trasferiment intern. L-IK hija produttur integrat li juża d-DCD għall-ipproċessar ulterjuri u l-bidla tad-DCD għall-produzzjoni ta’ prodotti downstream, mingħajr ma’ jinħarġu rċevuti kummerċjali. Il-konsum intern jibqa’ pjuttost stabbli matul il-perjodu meqjus u għalhekk ma jistax ikun li kellu impatt fuq is-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja.

4.6.1.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(57)

Il-kapaċità tal-produzzjoni żdiedet bi 33 % bejn l-2002 u l-PI. Iż-żieda fil-kapaċità seħħet matul l-2003 u l-2004, wara l-għeluq tal-produttur Norveġiż, ODDA, tard fl-2002. Il-kapaċità tal-produzzjoni addizzjonali għandha titqies fid-dawl tal-fatt li ODDA waqqfet il-produzzjoni u li din il-kumpanija diġà kellha sehem ta’ madwar 25 % mis-suq Komunitarju u biegħet ukoll lil swieq oħrajn. Iż-żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni nkisbet permezz ta’ investimenti u titjib tekniku.

(58)

B’riżultat ta’ kapaċità u bejgħ miżjuda, il-volumi ta’ produzzjoni żdiedu b’37 % bejn l-2002 u l-PI. L-akbar żieda seħħet bejn l-2002 u l-2003. Il-volumi tal-produzzjoni laħqu livell għoli fl-2004, iżda naqsu drastikament fl-2005 segwiti b’żieda fil-PI.

(59)

L-użu tal-kapaċità żdied bi 3 punti ta’ perċentwali matul il-perjodu meqjus.

 

2002

2003

2004

2005

PI

Produzzjoni (Indiċi)

100

133

143

124

137

Kapaċità tal-produzzjoni (Indiċi)

100

120

133

133

133

Użu tal-kapaċità

84  %

93  %

91  %

78  %

87  %

4.6.2.   Ħażniet

(60)

Il-ħażniet żdiedu b’mod sinifikanti matul il-perjodu meqjus. Dan kien riżultat tal-fatt li, minħabba l-importazzjonijiet soġġetti għad-dumping, l-IK ma setgħatx iżżid il-volumi ta’ bejgħ tagħha daqs kemm kienet antiċipat wara l-għeluq ta’ ODDA, kif spjegat aktar ‘il-quddiem.

 

2002

2003

2004

2005

PI

Ħażniet (Indiċi)

100

151

187

91

178

4.6.3.   Il-volum tal-bejgћ, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet medji ta’ l-unità fil-Komunità

(61)

Filwaqt li l-konsum tal-Komunità baqa’ stabbli, il-bejgħ ta’ DCD mill-IK lil konsumaturi indipendenti fis-suq Komunitarju żdied b’6 % matul il-perjodu meqjus. Dan laħaq livell għoli fl-2003 u naqas b’mod stabbli fl-2004 u l-2005 biex reġa’ żdied ftit matul il-PI. Madankollu, dan il-bejgħ sar kontinwament bi prezzijiet sinifikattivament anqas mill-ispejjeż tal-produzzjoni, bl-eċċezzjoni għall-bejgħ ta’ mikro DCD, li jirrappreżenta bejn 0 % u 10 % tal-bejgħ totali [ma qed tingħata l-ebda figura preċiża għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità] fis-suq Komunitarju, u li kienu profittabbli ħafna.

(62)

B’żieda ma’ dan, ta’ min ifakkar li l-IK tuża d-DCD li tipproduċi hi stess għall-produzzjoni ta’ prodotti kimiċi downstream oħrajn, pereżempju derivati tan-NCN. Dan l-użu intern jirrappreżenta madwar 15 % tal-produzzjoni ta’ l-IK ta’ DCD.

(63)

Il-volumi ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq kienu kif ġej:

 

2002

2003

2004

2005

PI

Volumi ta’ bejgħ fil-KE (Indiċi)

100

123

118

104

106

Sehem mis-suq (%)

50–60 %

50–60 %

60–70 %

50–60 %

50–60 %

(64)

Is-sehem mis-suq ta’ l-IK żdied bi 3 punti ta’ perċentwali matul il-perjodu meqjus. Dan, madankollu, għandu jitqies fid-dawl tal-vojt fis-suq riżultat ta’ l-għeluq ta’ ODDA tard fl-2002, li kellu sehem mis-suq ta’ madwar 25 % qabel l-għeluq tiegħu.

(65)

Minkejja il-kompetizzjoni minn DCD Ċiniż u ċ-ċaqliq fil-prezz bejn l-2002 u t-tmiem tal-PI, l-IK irnexxielha żżid il-prezzijiet medji ta’ bejgħ ta’ unità tagħha lil konsumaturi mhux relatati fis-suq Komunitarju bi 2 % matul il-perjodu meqjus. Ta’ min jinnota, iżda, li dawn il-prezzijiet jinkludu wkoll mikro DCD, li għalih ma hemm l-ebda kompetizzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi u li għalihom jistgħu jinkisbu prezzijiet ogħla.

 

2002

2003

2004

2005

PI

Prezz tal-bejgħ fil-KE (Indiċi)

100

109

105

108

102

4.6.4.   Il-profittabilità u l-fluss tal-likwidità

(66)

Matul il-perjodu meqjus il-profittabilità ta’ l-IK kienet dejjem negattiva. It-telf laħaq livell għoli fil-PI meta kien bejn – 20 % u – 30 %. Skond l-IK, is-sena ta’ referenza, 2002, għandha titqies bħala eċċezzjonali minħabba l-qagħda tas-suq partikolari wara l-għeluq ta’ ODDA. Fl-2003, l-IK irnexxielha tnaqqas it-telf tagħha minkejja l-fatt li l-importazzjonijiet mir-RPĊ kienu fl-aqwa tagħhom.

 

2002

2003

2004

2005

PI

Profittabilità

– 20 % sa – 30 %

0 sa – 10 %

– 10 % sa – 20 %

– 10 % sa – 20 %

– 20 % sa – 30 %

(67)

Il-fluss tal-likwidità kien dejjem negattiv matul il-perjodu meqjus bl-eċċezzjoni ta’ l-2003, meta kien hemm tnaqqis fit-telf ta’ l-IK.

 

2002

2003

2004

2005

PI

Fluss tal-likwidità (Indiċi)

– 100

82

– 136

– 208

– 244

4.6.5.   Investimenti, redditu fuq l-investimenti, u l-ħila li jinġabar il-kapital

(68)

L-IK irreġistrat livelli sinifikanti ta’ investiment b’mod partikolari fl-2003. Dawn l-investimenti kienu l-aktar marbuta maż-żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni, kif tniżżel hawn fuq.

 

2002

2003

2004

2005

PI

Investimenti (Indiċi)

100

171

69

44

54

(69)

Ir-redditu fuq l-investiment mill-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott simili kien negattiv u naqas sostanzjalment matul il-perjodu meqjus, li rrifletta x-xejra negattiva għall-profittabilità msemmija hawn fuq.

 

2002

2003

2004

2005

PI

Redditu fuq l-investimenti

– 10 % sa – 20 %

0 % sa – 10 %

– 20 % sa – 30 %

– 20 % sa – 30 %

– 20 % sa – 30 %

(70)

Il-ћila ta’ l-IK biex jinġabar il-kapital ma nstabitx li kienet affettwata b’mod sinifikanti matul il-perjodu meqjus, peress li d-DCD jirrappreżenta biss porzjon żgћir min-negozju totali ta’ l-IK.

4.6.6.   Impjiegi, produttività, tkabbir ekonomiku u pagi

(71)

L-evoluzzjoni ta’ l-impjiegi, tal-produttività u ta’ l-ispejjeż tax-xogћol fl-IK kienet kif ġej:

 

2002

2003

2004

2005

PI

Għadd ta’ impjegati (Indiċi)

100

128

122

117

114

Produttività (tunnellati/impjegat) (Indiċi)

100

104

118

106

121

Spejjeż tax-xogħol għal kull impjegat (Indiċi)

100

100

103

103

106

(72)

L-IK naqqset l-għadd ta’ impjegati tagħha bejn l-2002 u l-PI b’14 %. Parallel ma’ dan, il-produttività żdiedet b’riżultat tal-proċess ta’ razzjonalizzazzjoni u produzzjoni akbar.

(73)

Il-livelli medji tal-pagi żdiedu b’6 % matul il-perjodu meqjus.

4.6.7.   L-importanza tal-marġni ta’ dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat

(74)

Fir-rigward ta’ l-impatt tad-daqs tal-marġni ta’ dumping fuq l-industrija Komunitarja, meta jitqiesu l-volum u l-prezzijiet ta’ importazzjonijiet soġġetti għad-dumping mir-RPĊ, dan l-impatt ma jistax jitqies bħala negliġibbli.

(75)

B’żieda ma’ dan, ma kien hemm l-ebda indikazzjonijiet li l-industrija Komunitarja kienet qed tirkupra mill-effetti ta’ dumping tal-passat.

4.7.   Konklużjoni dwar il-ħsara

(76)

Barra mil-livell għoli fl-2003, il-konsum baqa’ stabbli matul il-perjodu meqjus. Matul l-istess perjodu, il-volum ta’ importazzjonijiet soġġetti għad-dumping tal-prodott ikkonċernat żdied drastikament u l-istess is-sehem mis-suq tagħhom tela’ minn 15 % għal 25 % fl-2002 u bejn 40 % u 50 % fil-PI. Il-prezzijiet medji ta’ l-importazzjonijiet soġġetti għad-dumping kienu sinifikament anqas minn dawk ta’ l-IK matul il-perjodu meqjus. Fuq il-bażi medja bil-piż, il-prezzijiet ta’ dawn l-importazzjonijiet kienu anqas minn dawk ta’ l-IK b’25-35 % fil-PI.

(77)

Matul l-istess perjodu l-industrija Komunitarja sofriet telf kbir, li laħaq l-ogħla livell tiegħu fil-PI meta kien bejn – 20 % u – 30 %. L-istess bħall-iżvilupp negattiv fil-profittabilità, l-indikaturi relatati bħal redditu fuq l-investimenti u l-fluss tal-likwidità wrew xejra negattiva.

(78)

Ċerti indikaturi ta’ ħsara, bħall-volumi ta’ produzzjoni, il-kapaċità ta’ produzzjoni, il-volumi tal-bejgħ, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq Komunitarju urew xejra pożittiva matul il-perjodu meqjus. F’din l-evalwazzjoni l-użu intern ma tqiesx minħabba li baqa stabbli matul il-perjodu meqjus, u għalhekk ma kellu l-ebda impatt fuq l-analiżi tal-ħsara.

(79)

Madankollu, l-iżvilupp pożittiv ta’ ċerti indikaturi ta’ ħsara għandhom jitqiesu fid-dawl ta’ l-għeluq tal-produttur Norveġiż, ODDA, tard fl-2002 u l-kompetizzjoni sussegwenti bejn l-IK u l-produtturi esportaturi Ċiniżi biex jieħdu s-sehem tas-suq ta’ ODDA. Ta’ min jinnota li l-importazzjonijiet Ċiniżi imlew ħafna mill-vojt li ħalla l-għeluq ta’ ODDA: inizjalment, fl-2003, l-IK irnexxielha taħtaf madwar 1/3 tas-sehem tas-suq li kien ta’ ODDA. Dan naqas b’mod konsiderevoli għal madwar 1/7 fil-PI. Għalhekk, għalkemm xi indikaturi urew xejra ftit pożittiva, fir-realtà dawn kienu mistennija li jiżviluppaw b’mod aktar favorevoli, li kieku ma kienx għall-importazzjonijiet soġġetti għad-dumping mir-RPĊ. Fi kwalunkwe każ, l-indikaturi relatati mar-rendiment finanzjarju ta’ l-industrija Komunitarja (profitt, redditu fuq l-investiment, fluss tal-likwidità) juru xejra negattiva wisq akbar minn kull żvilupp pożittiv. Kif turi s-sitwazzjoni finanzjarja, l-industrija Komunitarja ma setgħatx tibbenefika mill-waqfien tal-produzzjoni ta’ ODDA u issa tinsab fi stat fejn il-vijabbiltà tagħha hija mhedda fin-nuqqas ta’ miżuri.

(80)

Fid-dawl ta’ dak li gћadu kif ingћad, qed jiġi konkluż li l-IK sofriet ћsara materjali fit-tifsira ta’ l-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku.

5.   KAWŻALITÀ

5.1.   Daħla

(81)

Skond l-Artikolu 3(6) u (7) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk kienx hemm rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet soġġetti għad-dumping tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-RPĊ u l-ћsara li sofriet l-IK. Fatturi magћrufin gћajr għall-importazzjonijiet soġġetti għad-dumping, li fl-istess ћin setgħu kienu qed jagћmlu ћsara lill-IK, ġew eżaminati wkoll biex jiġi żgurat li l-ћsara possibbli kkawżata minn dawn il-fatturi l-oћra ma kinitx attribwita għall-importazzjonijiet soġġetti għad-dumping.

5.2.   Effett ta’ l-importazzjonijiet soġġetti għad-dumping

(82)

L-importazzjonijiet kollha tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ jirreferu għat-tip standard ta’ DCD, li huwa wkoll il-maġġoranza tal-bejgħ ta’ l-IK fis-suq Komunitarju. Il-bejgħ ta’ l-IK ta’ l-imsejjaħ mikro DCD, mhux esportat mill-produtturi Ċiniżi, kellu jiġi eskluż meta ġie kkalkolat it-tnaqqis sostanzjali fil-prezz.

(83)

L-importazzjonijiet mir-RPĊ żdiedu b’141 % matul il-perjodu meqjus. B’riżultat ta’ dan, is-sehem mis-suq tagħhom żdied minn 15-25 % fl-2002 għal 40-50 % matul il-PI. Ta’ min isemmi li l-volum ta’ importazzjonijiet soġġetti għad-dumping laħaq l-ogħla livell tiegħu fl-2003 b’ 6 173 tunnellati, li jirrifletti l-effetti ta’ l-għeluq tal-produttur Norveġiż, imbagħad waqa’ fl-2004 biex reġa’ beda jiżdied mill-ġdid fl-2005 u fil-PI, meta laħaq 6 002 tunnellati.

Tabella 1

Importazzjoni mir-RPĊ

Image

(84)

Il-prezzijiet medji ta’ l-importazzjonijiet soġġetti għad-dumping kienu sinifikattivament anqas, bejn 25 % u 35 % fil-PI minn dawk ta’ l-industrija Komunitarja. Il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni Ċiniżi naqsu bi 11 % matul il-perjodu meqjus iżda ma segwewx xejra ta’ tnaqqis ċara. Il-produtturi esportaturi Ċiniżi naqqsu l-prezzijiet tagħhom b’7 % fl-2003, fl-isforz tagħhom li jieħdu s-sehem mis-suq ta’ ODDA. Wara li kisbu l-maġġoranza tiegħu, dawn żiedu l-prezzijiet tagħhom b’25 % fl-2004, naqqsuhom b’27 % fl-2005 u reġgħu żiduhom b’4 % fil-PI.

(85)

Fl-istess waqt, hekk kif il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet soġġetti għad-dumping naqsu bi 11 % matul il-perjodu meqjus, l-IK irnexxielha żżomm il-prezzijiet ġenerali tagħha relattivament stabbli (żieda ta’ 2 %). Madankollu, wieħed għandu jqis li dawn il-prezzijiet jinkludu mikro DCD li mhemmx kompetizzjoni għalih mir-RPĊ u li għandu prezz wisq ogħla. Għalhekk il-prezzijiet tal-bejgħ medji annwali ta’ l-IK huma affetwati mill-varjazzjoni fil-volum tal-bejgħ u l-prezzijiet ta’ DCD standard u mikro rispettivament.

Tabella 2

Evoluzzjoni tal-prezzijiet bl-unità

Image

(86)

Fid-dawl tat-tnaqqis fil-prezz sinifikanti stabbilit għad-DCD standard, li ammonta għal 25-35 % fil-PI, huwa ċar li l-importazzjonijiet soġġetti għad-dumping għamlu pressjoni qawwija l’ isfel fuq il-prezzijiet tal-bejgħ ta’ l-IK għal DCD standard, li kien il-maġġoranza tal-bejgħ tagħha, u għalhekk fixklu lill-IK milli tistabbilixxi l-prezzijiet tagħha f’livelli li jkopru l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha. Dan min-naħa tiegħu kellu impatt negattiv fuq il-profittabilità ta’ l-IK, u kkawża parti sostanzjali mit-telf sinifikanti matul il-perjodu meqjus.

(87)

Minħabba li l-IK diġà sofriet telf fuq il-bejgħ ta’ DCD fl-2002, ġie eżaminat jekk it-telf kienx strutturali fin-natura tiegħu aktar milli kkawżat biss minn importazzjonijiet soġġetti għad-dumping. F’dan ir-rigward, tqies li l-importazzjonijiet soġġetti għad-dumping diġà kellhom preżenza prominenti fis-suq Komunitarju fl-2002, b’sehem mis-suq ta’ 15-25 %. Minbarra dan, l-IK tat evidenza li turi li kawża ta’ programm ta’ tnaqqis fl-ispiża, irnexxielha żżomm l-ispejjeż bl-unità tagħha stabbli matul il-perjodu meqjus, minkejja ż-żieda fil-prezzijiet tal-materjal mhux maħdum. Madankollu, minħabba l-waqgħa fil-prezzijiet ikkawżata mill-importazzjonijiet Ċiniżi, dan ma kellux l-impatt mixtieq li jnaqqas it-telf iżda ħarsitu biss milli jiżdied.

(88)

Kawża ta’ l-isforzi tat-tnaqqis fl-ispiża u l-ħruġ ta’ ODDA mis-suq tard fl-2002, l-IK kienet fil-proċess li tirkupra qabel ma l-importazzjonijiet Ċiniżi laħqu l-ogħla livell tagħhom fl-2003. Wara li għolew sal-quċċata tagħhom, li ppermetta liċ-Ċiniżi jieħdu l-maġġoranza tas-sehem mis-suq ta’ ODDA, it-telf tal-IK żdied bejn – 10 % u – 20 % fl-2004 u kompla jiżdied b’mod stabbli fl-2005 u fil-PI, parallel maż-żieda fil-volumi ta’ importazzjonijiet soġġetti għad-dumping u t-tnaqqis tal-prezzijiet ta’ importazzjoni medji.

Tabella 3

Profittabilità ta’ l-IK

Image

(89)

Ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet soġġetti għad-dumping u d-deterjorament tal-qagħda ekonomika ta’ l-IK tidher li tissaħħaħ aktar bil-fatt li l-IK hija profittabbli fuq it-tip (mikro DCD) meta ma hemm l-ebda importazzjonijiet Ċiniżi filwaqt li tikkaġuna telf kbir fuq it-tip standard ta’ DCD meta tiffaċċja kompetizzjoni inġusta mir-RPĊ.

(90)

Fid-dawl ta’ dak li ssemma hawn fuq, u b’mod partikolari l-iżvilupp tas-sehem mis-suq ta’ importazzjonijiet soġġetti għad-dumping, kif muri hawn taħt, bi prezzijiet sinifikattivament anqas mill-prezzijiet ta’ l-IK, huwa konkluż li l-importazzjonijiet soġġetti għad-dumping kellhom rwol determinanti fil-qagħda ta’ ħsara ta’ l-industrija Komunitarja.

Tabella 4

L-iżvilupp tas-sehem mis-suq

 

2002

2003

2004

2005

PI

Importazzjoni soġġetti għad-dumping mir-RPĊ

15–25 %

35–45 %

30–40 %

35–45 %

40–50 %

L-industrija Komunitarja

50–60 %

50–60 %

60–70 %

50–60 %

50–60 %

5.3.   L-effett ta’ fatturi oћrajn

5.3.1.   Kumment preliminari

(91)

Fid-dawl ta’ konsum Komunitarju stabbli matul il-perjodu meqjus u n-nuqqas ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn, bl-uniċi produtturi tad-DCD magħrufa jkunu l-IK u ftit produtturi Ċiniżi, ftit hemm fatturi oħrajn magħrufa li jista’ jkun li kkontribwixxew għall-qagħda ta’ ħsara ta’ l-IK.

5.3.2.   Ir-rendiment ta’ l-esportazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja

(92)

Ġie eżaminat ukoll jekk l-esportazzjonijiet mill-IK lejn pajjiżi mhux membri ta’ l-UE setgћux ikkontribwixxew gћall-ћsara mġarrba matul il-perjodu meqjus. L-esportazzjonijiet lejn pajjiżi mhux membri ta’ l-UE ammontaw għal porzjon sinifikanti, bejn 30 % u 50 % tal-bejgħ ta’ l-IK tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu meqjus. L-esportazzjonijiet żdiedu sostanzjalment bi 58 % fil-volum bejn l-2002 u l-PI filwaqt li l-prezz ta’ l-unità medju naqas bi 2 %. Dan juri li minkejja l-kompetizzjoni kiefra mill-esportaturi Ċiniżi fuq swieq barra mill-Komunità wkoll, teżisti talba qawwija għad-DCD prodott mill-industrija Komunitarja, anki bi prezzijiet ogħla minn dawk ta’ l-esportaturi Ċiniżi, għalkemm, kif spjegat hawn fuq, il-prezzijiet ogħla medji jistgħu jiġu spjegati mill-prezzijiet ogħla miksuba għal mikro DCD.

(93)

Biex ikunu jistgħu jikkompetu ma’ l-istandard DCD Ċiniż bi prezz baxx fi swieq mhux ta’ l-UE wkoll, il-bejgħ għall-esportazzjoni ta’ l-IK sar bi prezzijiet wisq aktar baxxi mill-ispiża tal-produzzjoni, u dan għalhekk affettwa l-profittabilità ġenerali tagħha. Madankollu, dawn l-esportazzjonijiet ma affettwawx direttament il-profittabilità fis-suq Komunitarju.

5.3.3.   Allegata ħsara mill-industrija stess

(94)

Meta wieħed iqis li l-industrija Komunitarja sofriet telf fuq il-prodott ikkonċernat għal bosta snin, u madankollu ddeċidiet li tinvesti f’kapaċità addizzjonali fl-2003 u l-2004 li wasslet għal produzzjoni akbar ta’ volumi u ħażniet, ġie eżaminat jekk (i) it-telf hux strutturali fin-natura tiegħu u (ii) id-deċiżjoni li tinvesti f’kapaċità addizzjonali kkontribwietx għall-qagħda ta’ ħsara ta’ l-IK. L-argument ta’ l-aħħar tressaq ukoll minn imporatur, li saħaq li d-deċiżjoni ta’ l-IK li żżid il-kapaċità ta’ produzzjoni tagħha b’terz meta kienet taf b’importazzjonijiet diġà eżistenti miċ-Ċina żiedet pressjoni sinifikanti fuq is-suq.

(95)

Fir-rigward tal-livelli ta’ telf, tagħrif miksub mill-IK juri li minħabba l-programm ta’ tnaqqis fl-ispiża tagħha, l-IK irnexxielha żżomm l-ispejjeż bl-unità stabbli matul il-perjodu meqjus, minkejja ż-żieda fil-prezzijiet tal-materjal mhux maħdum. Madankollu, l-IK qed issofri minn xi żvantaġġi ta’ spiża, bħal tliet siti ta’ produzzjoni differenti, il-mini tal-faħam jinsabu ’l bogħod u proċessi ta’ produzzjoni għoljin, anke jekk mhux possibbli li l-istruttura ta’ l-ispiża ta’ l-IK titqabbel ma’ dik ta’ produttur ieħor tad-DCD, minħabba li l-ebda mill-produtturi esportaturi Ċiniżi ma kisbu l-MET. Mandankollu, il-fatt li l-IK għamlet profitt żgħir fl-2001 kif ukoll li hija profittabbli f’tip ta’ prodott (mikro DCD) mhux esportat mill-produtturi Ċiniżi juri biċ-ċar li f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, l-IK tista’ tkun f’qagħda wisq aħjar, u għalhekk l-ammont ta’ telf mhux purament strutturat.

(96)

Fir-rigward tad-deċiżjoni ta’ l-IK li żżid il-kapaċita produttiva tagħha, wieħed irid jinnota li dan seħħ wara l-għeluq ta’ ODDA, li, qabel il-ħruġ tiegħu, kellu sehem mis-suq sinifikanti fis-suq Komunitarju. Fin-nuqqas ta’ l-importazzjonijiet Ċiniżi, li irnexxielhom jieħdu l-maġġoranza tas-sehem mis-suq li kien ta’ ODDA minħabba prezzijiet soġġetti għad-dumping, l-IK setgħet tistenna li tikseb parti wisq akbar minnu. Min-naħa l-oħra, operatur ma jista’ qatt jistenna li ż-żieda kollha fil-konsum fil-qasam tiegħu ddur lejh għall-forniment u mhux lejn sorsi barranin.

(97)

Minn dan t’hawn fuq, jidher ċar li anke jekk is-sitwazzjoni finanzjarja u ekonomika diffiċli ta’ l-IK ma tistax titqies li saret mill-industrija stess, in-nuqqas ta’ profittabilità fuq il-prodott ikkonċernat huwa wkoll parzjalment ir-riżultat ta’ spejjeż ta’ produzzjoni għolja u deċiżjonijiet ta’ investiment.

5.4.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(98)

B’konklużjoni, huwa kkonfermat li l-importazzjonijiet soġġetti għad-dumping Ċiniżi, li żiedu s-sehem tagħhom mis-suq b’mod sinifikanti matul il-perjodu ta’ żmien meqjus, bi prezzijiet li kienu anqas minn dawk ta’ l-IK ikkontribwixxew b’mod sostanzjali għas-sitwazzjoni finanzjarja u ekonomika diffiċli ta’ l-IK. Dan, meta jitqies waħdu, ħoloq ħsara materjali. Madankollu, wieħed ma jistax jiċħad li t-telf sinifikanti mġarrab matul il-perjodu meqjus irid jiġi wkoll attribwit parzjalment għall-istruttura ta’ l-ispiża ta’ l-IK.

(99)

L-investigazzjoni wriet li l-fatturi l-oħra magħrufa, bħal spejjeż, kapaċità akbar u rendiment ta’ esportazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja anke jekk ikkontribwew għall-ħsara ma jiksrux ir-rabta kawżali bejn il-ħsara sofferta mill-IK u l-importazzjonijiet soġġetti għad-dumping mir-RPĊ.

(100)

Gћalhekk ġie konkluż li fit-tifsira ta’ l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku l-importazzjonijiet soġġetti gћad-dumping li joriġinaw mir-RPĊ ikkawżaw ћsara materjali għall-industrija Komunitarja.

6.   L-INTERESS KOMUNITARJU

(101)

Skond l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku kien eżaminat jekk kinux jeżistu raġunijiet b’saħħithom biex jiġi konkluż li mhux fl-interess Komunitarju li jiġu imposti miżuri anti-dumping f’dan il-każ partikolari. Ġie analizzat l-impatt probabbli tal-miżuri fuq il-partijiet interessati kollha kif ukoll il-konsegwenzi jekk ma jiġux imposti l-miżuri.

6.1.   L-interess ta’ l-industrija Komunitarja

(102)

Il-qagħda ta’ ħsara ta’ l-industrija Komunitarja rriżultat mid-diffikultà tagħha li tikkompeti ma’ l-importazzjonijiet soġġetti għad-dumping, li żdiedu f’daqqa matul il-perjodu meqjus u ħolqu waqgħa fil-prezz fis-suq Komunitarju, filwaqt li żammu lill-industrija Komunitarja milli tistabbilixxi l-prezzijiet tagħha f’livell li kien ikopri l-ispejjeż.

(103)

Huwa meqjus li l-impożizzjoni ta’ miżuri jippermetti lill-industrija Komunitarja żżid il-prezz ta’ DCD għal livell li jippermettilha ddawwar in-negozju għal wieħed profitabbli u għalhekk iżżomm il-preżenza tagħha fis-suq Komunitarju.

(104)

Jekk ma jiġux imposti miżuri, l-industrija Komunitarja tiġi sfurzata li tibqa’ tallinja l-prezzijiet tagħha ma’ dawk ta’ l-importazzjonijiet soġġetti għad-dumping biex tibqa’ fis-suq. Dan jirriżulta f’aktar telf finanzjarju. Minħabba li l-qagħda attwali, karatterizzata b’nuqqas ta’ profitabilità tul bosta snin, mhix sostenibbli, in-nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ miżuri eventwalment iwassal għat-tneħħija ta’ din il-linja ta’ produzzjoni bil-konsegwenza ta’ telf ta’ impjiegi.

(105)

Huwa għaldaqstant konkluż li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping huwa fl-interess ta’ l-industrija Komunitarja.

6.2.   Il-kompetizzjoni u l-effetti li jgħawġu l-kummerċ

(106)

Il-produtturi esportaturi kooperattivi, kif ukoll xi utenti u importaturi argumentaw li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping jeskludu l-importazzjonijiet Ċiniżi mis-suq Komunitarju u, fin-nuqqas ta’ dawn l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħrajn, iwassal għall-monopolju ta’ l-industrija Komunitarja. Il-produtturi esportaturi u importatur wieħed semmew ukoll ir-riskju ta’ qagħda ta’ forniment kritika fis-suq Komunitarju jekk il-miżuri jiġu imposti f’livell li jipprojbixxi l-importazzjonijiet mir-RPĊ.

(107)

Qed jitqies, madankollu, li fid-dawl tal-pożizzjoni b’saħħitha fis-suq li l-produtturi esportaturi Ċiniżi kisbu minħabba l-prassi ta’ dumping u prezzijiet sinifikattivament anqas minn dawk ta’ l-industrija Komunitarja, l-impożizzjoni tal-miżuri fil-livell deskritt hawn taħt ma tqaċċathomx mis-suq Komunitarju iżda sempliċiment tibbilanċja l-kompetizzjoni u tippermetti li l-industrija Komunitarja u l-produtturi esportaturi Ċiniżi jikkompetu b’termini ugwali. B’żieda ma’ dan, il-kompetizzjoni bejn l-esportaturi Ċiniżi u l-industrija Komunitarju fis-suq Komunitarja tkompli, u b’hekk ikun garantit il-forniment kontinwu minn bosta sorsi.

(108)

Fuq in-naħa l-oħra, jekk ma jiġux imposti miżuri anti-dumping, ma jistax jiġi eskluż li l-industrija Komunitarja jkollha twaqqaf l-attivitajiet ta’ manifattura tagħha għal dan in-negozju partikolari, li jwassal għax-xenarju oppost, jiġifieri l-monopolju ta’ l-importazzjonijiet Ċiniżi. Iż-żewġ xenarji, jiġifieri monopolju minn wieħed miż-żewġ sorsi ta’ forniment iridu jiġu evitati. Iż-żewġ utenti kooperattivi enfasizzaw il-ħtieġa għal żewġ sorsi ta’ forniment.

(109)

Għalhekk, huwa meqjus li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping, fil-livell deskritt hawn taħt, jiggarantixxi ż-żamma ta’ żewġ sorsi ta’ forniment fis-suq Komunitarju.

6.3.   L-interess ta’ l-utenti

(110)

Żewġ utenti industrijali, wieħed attiv fis-settur farmaċewtiku u l-ieħor fl-ikkunzar tal-ġild, ikkooperaw f’din l-investigazzjoni. Iż-żewġ utenti jixtru l-prodott ikkonċernat direttament mir-RPĊ kif ukoll mill-industrija Komunitarja. It-tielet utent, li jipproduċi kimiċi tal-karta speċjalizzati, irreaġixxa għall-iżvelar tas-sejbiet definittivi ta’ l-investigazzjoni billi ta kummenti dwar l-effetti mistennija ta’ l-impożizzjoni ta’ anti-dumping.

(111)

L-utent fis-settur farmaċewtiku, fejn id-DCD huwa materjal mhux maħdum importanti fil-produzzjoni tal-metformine, mediċina għad-dijabete, argumenta li kwalunkwe żieda fil-prezz li tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping ikollha effett negattiv fuq il-kompetittività tiegħu meta mqabbel ma’ produtturi barra il-Komunità, l-aktar fl-Indja. Meta jitqies li d-DCD jifforma parti relattivament importanti mill-ispiża tiegħu, dan l-utent jistma li anke żieda żgħira fil-prezz tad-DCD taffettwa l-prezzijiet tal-bejgħ tal-metformine, u b’konsegwenza ta’ dan ikollha impatt negattiv fuq is-sehem tas-suq u l-kompetittività tiegħu. Madankollu, it-tagħrif mogħti lill-Kummissjoni dwar l-ispejjeż u l-profittabilità ta’ l-utent imsemmi hawn fuq jindika li d-dazju fil-livell propost jista’ jiġi ta’ l-anqas parzjalment assorbit.

(112)

Fil-kummenti tiegħu dwar l-iżvelar tas-sejbiet definittivi ta’ l-investigazzjoni, l-utent imsemmi hawn fuq argumenta li ma jkunx possibbli li jassorbi ż-żieda ta’ l-ispejjeż tal-materjal mhux maħdum li tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ dazju anti-dumping fil-livell propost. Huwa saħaq li biex iżomm il-kompetittività tiegħu u jibqa’ fis-suq qed jiġi kontinwament obbligat li jnaqqas l-ispejjeż tal-produzzjoni tiegħu. Minħabba dan, diġà kellu jirristruttura fil-passat. Barra minn hekk, innegozja tnaqqis fil-prezz mal-fornitur prinċipali tiegħu, l-industrija Komunitarja. L-istess utent jikkonkludi li l-impożizzjoni ta’ dazju anti-dumping fil-livell propost jippreżenta riskju konkret li jkollu jagħlaq iż-żewġ siti ta’ produzzjoni fi Franza, it-tnejn speċjalizzati fil-produzzjoni tal-metformine. Allegatament, dan iwassal biex 270 persuna titlef l-impjieg tagħha.

(113)

Il-Kummissjoni iżda ssostni li anke jekk ma tistax tikkontesta li l-impożizzjoni ta’ dazju jaffettwa l-utent imsemmi hawn fuq b’mod negattiv f’termini ta’ marġni aktar baxxi fir-rigward tal-bejgħ tiegħu fis-suq Komunitarju, ta’ min jisħaq li parti sinifikanti mill-metformine prodott minn dan l-utent fil-Komunità hija esportata, għalhekk eżentata mid-dazji. Għalhekk l-impożizzjoni ta’ dazju taffettwa biss parti min-negozju tal-metformine. B’żieda ma’ dan, fir-rigward tal-marġni tal-profitt żvelat minn dan l-utent fit-tweġiba għall-kwestjonarju tiegħu, huwa ċar li d-dazju jista’ mill-anqas jiġi assorbit parzjalment u m’għandux iwassal għal tnaqqis sinifikanti fil-prezz tal-metformine mibjugħ fis-suq Komunitarju. Għalhekk, kull riskju ta’ telf ta’ impjieg jidher li huwa improbabbli. Ta’ min jinnota wkoll li n-nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ dazji jista’ jwassal għal qagħda fejn il-fornitur ewlieni ta’ dan l-utent ikollu jtemm l-attivitajiet tiegħu, u jħalli lil dan l-utent b’sors wieħed biss ta’ forniment.

(114)

L-utent fis-settur tal-kimiċi tal-karti allega wkoll li dazju anti-dumping fil-livell propost inaqqas il-kapaċità tiegħu li jibqa’ kompetittiv fis-suq Komunitarju, minħabba li l-kompetituri tiegħu barra l-Komunità jibqa’ jkollhom aċċess għad-DCD mingħajr ma jkollhom iħallsu għal dazji anti-dumping. Madankollu, minħabba li dan l-utent ma bagħatx tweġiba għall-kwestjonarju u lanqas ma ta aktar evidenza għall-istqarrija tiegħu, huwa impossibbli li l-effett tad-dazju fuq in-negozju tiegħu jiġi evalwat jew kwantifikat.

(115)

Iżda kif deskritt hawn fuq, iż-żewġ utenti kooperattivi saħqu fuq l-importanza taż-żamma ta’ żewġ sorsi ta’ forniment. Għalhekk, huwa meqjus li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping, fil-livell deskritt hawn taħt, jiggarantixxi l-eżistenza f’terminu ta’ żmien twil ta’ sorsi ta’ forniment alternattivi għas-setturi aħħarin. In-nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ miżuri, fuq in-naħa l-oħra, ikollha r-riskju li wieħed mis-sorsi ta’ forniment jiġi eliminat.

6.4.   L-interess ta’ l-importaturi mhux relatati

(116)

Erba’ importaturi, li fosthom wieħed juża l-prodott ikkonċernat, ikkooperaw fl-investigazzjoni. L-ikbar fosthom, li l-importazzjonijiet tiegħu jirrapreżentaw madwar 30 % tad-DCD kollu importat mir-RPĊ fil-PI, spjega kif l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping ikollhom impatt negattiv inevitabbli fuq l-attivitajiet tiegħu, li jwassal eventwalment għall-ħruġ tiegħu min-negozju tad-DCD, minħabba li fl-assenza tal-produzzjoni tad-DCD f’pajjiżi terzi oħra dan ma jkollux sors ta’ forniment alternattiv. Dan jista’ jwassal għal xi tibdil ta’ organizzazzjoni fil-kumpanija.

(117)

Ma jistax jiġi eskluż li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping jaffettwa xi importaturi b’mod negattiv. Iżda, minħabba li l-miżuri anti-dumping jirrestawraw biss il-kompetizzjoni fis-suq Komunitarju, u barra minn hekk, minħabba li l-utenti aħħarin enfażizzaw il-ħtieġa ta’ żewġ sorsi ta’ forniment, qed jitqies li l-miżuri anti-dumping fil-livell propost hawn taħt ma jżommx lill-importaturi milli jbiegħu l-prodott ikkonċernat fis-suq.

(118)

B’żieda ma’ dan, minħabba li l-importaturi jfornu bosta setturi aħħarin differenti, fejn id-DCD huwa parti varjabbli ta’ l-ispiża tal-prodott aħħari, huwa meqjus li kwalunkwe żieda fil-prezz li tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping tista’ mill-anqas tingħadda parzjalment lill-utenti. F’dan il-kuntest, skond it-tagħrif disponibbli, l-importaturi ma jfornux l-akbar settur aħħari, jiġifieri l-farmaċewtiċi, fejn allegatament kwalunkwe żieda addizzjonali fl-ispiża tkun diffiċli biex tingħadda lill-konsumaturi aħħarin minħabba l-kompetizzjoni ma’ pajjiżi terzi.

(119)

Importatur li jforni d-DCD lill-industriji tat-tessuti, tal-karta, tat-trattament ta’ l-ilma u tal-fertilizzant saħaq li dawn l-industriji ma jeħtiġux l-ogħla kwalità ta’ DCD prodott mill-IK. Argumenta wkoll li l-pajjiżi msemmija hawn fuq isibu diffikultajiet li jgħaddu kwalunkwe żieda fl-ispiża addizzjonali lill-konsumaturi aħħarin tagħhom.

(120)

Mhux ikkontestat li d-DCD prodott mill-IK jista’ jkun ta’ kwalità superjuri għal dik tad-DCD prodott minn produtturi esportaturi Ċiniżi. Madankollu, l-investigazzjoni uriet li l-prodott ikkonċernat u l-prodott simili huma essenzjalment l-istess u għandhom l-istess karatteristiċi kimiċi, fiżiċi u tekniċi bażiċi u l-istess użi. Fir-rigward ta’ l-istqarrija li l-industriji msemmija hawn fuq ma jgħaddux żieda fil-prezzijiet tal-materjal mhux maħdum lill-konsumaturi tagħhom, ta’ min jisħaq li fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni minn dawn l-utenti aħħarin din l-istqarrija ma tistax tiġi evalwata u għalhekk trid tiġi injorata.

(121)

Huwa importanti li l-marġni tal-profitt fost l-importaturi kooperattivi jvarja. Skond it-tagħrif mogħti mill-importaturi, ta’ l-anqas parti minn kwalunkwe żieda fil-prezz li tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping tista’ tiġi assorbita.

(122)

Għalhekk, huwa meqjus li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping ma jkollhomx impatt negattiv serju fuq l-importaturi.

6.5.   Konklużjoni dwar l-interess Komunitarju

(123)

Jista’ jiġi mistenni li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping tippermetti lill-industrija Komunitarja tikseb mill-ġdid il-profittabilità tan-negozju tad-DCD, u għalhekk tippermettilha li tibqa’ fis-suq. Fir-rigward tal-qagħda finanzjarja, li qed kontinwament tmur għall-agħar, ta’ l-industrija Komunitarja li kkawżat il-linja kollha ta’ negozju biex ma trendix profitt, jeżisti riskju għoli li jekk il-miżuri ma jiġux imposti, l-industrija Komunitarja jkollha tikkunsidra li toħroġ min-negozju tad-DCD, bir-riżultat ta’ telf inevitabbli ta’ impjiegi. Dan joħloq monopolju għall-produtturi esportaturi Ċiniżi, li jkun ta’ detriment għall-utenti aħħarin tad-DCD, li saħqu fuq l-importanza li jinżamm sors ta’ forniment fil-Komunità.

(124)

Fid-dawl tat-tnaqqis sinifikanti fil-prezz stabbilit għall-importazzjonijiet soġġetti għad-dumping, huwa meqjus li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping jirrestawraw biss kompetizzjoni ġusta, u jżommu żewġ sorsi ta’ forniment għall-utenti.

(125)

Għalhekk huwa konkluż li ma hemmx raġunijiet validi fir-rigward ta’ l-interess Komunitarju biex ma jiġux imposti miżuri anti-dumping.

7.   MIŻURI ANTI-DUMPING DEFINITTIVI

7.1.   Livell ta’ l-eliminazzjoni tal-ħsara

(126)

Fid-dawl tas-sejbiet kif deskritti hawn fuq u biex tiġi riflessa b’mod adegwat is-sitwazzjoni tas-suq speċifika tad-DCD, huwa meqjus bħala xieraq li jiġu adottati miżuri anti-dumping.

(127)

Il-miżuri għandhom jiġu imposti f’livell suffiċjenti għar-restawr tas-sitwazzjoni ta’ kompetizzjoni ġusta bejn l-IK u l-produtturi esportaturi fir-RPĊ.

(128)

Fl-iżvelar mibgħut lill-partijiet ikkonċernati ġie meqjus li ċ-ċirkustanzi ta’ dan il-każ partikolari jeħtieġu strateġija speċjali għad-determinazzjoni tal-livell ta’ eliminazzjoni tal-ħsara. F’dan ir-rigward hemm tliet aspetti sinifikanti li jridu jitqiesu:

(i)

Meta wieħed iqis il-konklużjoni dwar il-kawżalità, il-miżuri m’għandhomx jikkumpensaw għall-fatturi li ma jistgħux jiġu attribwiti għall-importazzjonijiet soġġetti għad-dumping. Madankollu huwa possibbli li tiġi stabbilita b’mod preċiż il-kontribuzzjoni ta’ dawn l-elementi.

(ii)

Il-marġni ta’ dumping ġie kkalkolat b’mod eċċezzjonali: minħabba li l-produtturi esportaturi kooperattivi fir-RPĊ ma ngħatawx MET/TI u fin-nuqqas ta’ pajjiż analogu, il-valur normali kellu jinbena msejjes fuq l-ispiża tal-produzzjoni ta’ l-industrija Komunitarja.

(iii)

Hemm biss żewġ sorsi ta’ forniment ta’ DCD fid-dinja: l-industrija Komunitarja bbażata l-Ġermanja u xi produtturi esportaturi fir-RPĊ. Dan isejjaħ għal strateġija kawt biex ma jinħoloqx monopolju u/jew qagħda ta’ forniment kritika fis-suq Komunitarju.

(129)

Ta’ min jinnota wkoll li mill-1 ta’ Lulju 2007 ir-rata tar-rifużjoni tal-VAT applikabbli għall-esportazzjonijiet ta’ DCD li joriġin mir-RPĊ tnaqqset minn 13 % għal 5 %. Dan sejjer wisq probabbli jwassal għal żieda fil-prezzijiet ta’ esportazzjoni ta’ DCD Ċiniż, minħabba li l-ispiża tal-produzzjoni ta’ DCD għall-esportazzjoni se tkun ogħla.

(130)

Taħt dawn iċ-ċirkustanzi, kellu jintuża metodu aktar sinifikanti għad-determinazzjoni tal-livell ta’ l-eliminazzjoni tal-ħsara relatata ma’ l-importazzjonijiet soġġetti għad-dumping. Kien meqjus xieraq li l-attenzjoni tkun fuq l-effetti tal-ħsara li jirriżultaw direttament mill-prattiċi ta’ tnaqqis sostanzjali fil-prezz tal-produtturi esportaturi Ċiniżi u li l-livell ta’ l-eliminazzjoni tal-ħsara jissejjes fuq l-ammont suffiċjenti biex jiġi eliminat it-tnaqqis sostanzjali fil-prezz u biex iżid element ta’ profitt (bejn 0 % u 5 %) li jikkorrispondi mal-marġni tal-profitt miksub mill-industrija Komunitarja fl-2001 għall-prodott ikkonċernat. Din l-istrateġija se tippermetti li l-IK titlob prezzijiet ogħla u għalhekk ittejjeb il-qagħda finanzjarja u ekonomika tagħha sakemm tkun intlaqtet b’mod ċar mill-importazzjonijiet soġġetti għad-dumping.

(131)

Wara l-iżvelar tas-sejbiet definittivi ta’ l-investigazzjoni, l-IK saħqet li l-livell propost ta’ dazju ma jiżgurax il-vijabilità tagħha, minħabba li dan ma jippermettilhiex li żżid il-prezzijiet tagħha għal livell li jkopri l-ispiża kollha tal-produzzjoni tagħha. Minflok, hija pproponiet metodoloġija li tipprovdi punt fejn la taqla’ u lanqas titlef għall-katina kollha ta’ produzzjoni ta’ DCD. Madankollu, dan il-metodu kellu jiġi rrifjutat minħabba li kien imsejjes fuq tagħrif li ħafna minnu ma kienx ivverifikat u kien jinkludi prodotti oħrajn barra l-prodott ikkonċernat.

(132)

Għalhekk id-dazju msejjes fuq it-tnaqqis sostanzjali fil-prezzijiet flimkien mal-profitt se jeliminaw il-ħsara mwettqa direttament mill-importazzjonijiet soġġetti għad-dumping, anki jekk ma jeliminax għal kollox id-diffikultajiet finanzjarji u ekonomiċi kollha ta’ l-IK. Li jiġu koperti l-ispejjeż kollha tal-produzzjoni jkun kumpens żejjed fir-rigward tal-fatturi għajr għall-importazzjonijiet soġġetti għad-dumping. Għandu jitqies ukoll li l-IK tibbenefika minn pożizzjoni partikolari fis-suq karatterizzata minn kemm hija viċin tal-konsumaturi.

(133)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, iż-żieda fil-prezz meħtieġa ġiet determinata bl-użu tal-prezz ta’ importazzjoni medju bil-piż, kif stabbilit għall-kalkolu ta’ tnaqqis sostanzjali fil-prezz, b’żieda ta’ element addizzjonali ta’ profitt. Ir-riżultat ġie mbagħad espress bħala perċentwali tal-valur CIF totali ta’ l-importazzjoni.

(134)

Fir-rigward taċ-ċirkustanzi speċjali, kif deskritt hawn fuq, il-Kummissjoni se tissorvelja mill-qrib is-suq. Jekk joħroġ li l-miżura mhix xierqa, jew inkella, twassal għal nuqqas fis-suq Komunitarju u/jew monopolju minn parti waħda, il-Kummissjoni se tindirizza minnufih is-sitwazzjoni billi tniedi reviżjoni ex officio fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 11 (3) tar-Regolament bażiku u/jew billi tapplika l-Artikolu 14(4) tar-Regolament bażiku.

7.2.   Miżuri definittivi

(135)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, huwa meqjus li skond l-Artikolu 9 tar-Regolament bażiku, għandhom jiġu imposti miżuri anti-dumping definittivi fuq importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat.

(136)

Minħabba li l-livell ta’ eliminazzjoni ta’ ħsara huwa anqas mill-marġni ta’ dumping stabbilit, il-miżuri definittivi għandhom jissejsu fuq il-livell ta’ eliminazzjoni ta’ ħsara.

(137)

Fuq il-bażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, ir-rata ta’ dazju, espressa f’perċentwali tal-prezz CIF tal-fruntiera Komunitarja, bid-dazju tad-dwana mhux imħallas, huwa kif ġej:

Il-pajjiż

Il-kumpanija

Rata ta’ dazju (%)

Ir-RPĊ

Il-kumpaniji kollha

49,1  %

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju anti-dumping definittiv huwa b’dan impost fuq importazzjonijiet ta’ 1-ċyanoguanidine (dicyandiamide), li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 2926 20 00, li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

2.   Ir-rata ta’ dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett bla ħlas fil-fruntiera Komunitarja, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt hawn fuq għandha tkun ta’ 49.1 %.

3.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieћor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar id-dazji tad-dwana li huma fis-seħħ.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Gurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F. TEIXEIRA DOS SANTOS


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)  ĠU C 193, 17.8.2006, p. 3.


Top