EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1151

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1151/2007 tas- 26 ta’ Settembru 2007 li jiftaħ kwoti tariffarji Komunitarji awtonomi u transizzjonali għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw fl-Iżvizzera

ĠU L 258, 4.10.2007, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1151/oj

4.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 258/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1151/2007

tas-26 ta’ Settembru 2007

li jiftaħ kwoti tariffarji Komunitarji awtonomi u transizzjonali għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw fl-Iżvizzera

IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Konsegwentement għall-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea, huwa kunsiljabbli li l-flussi tal-kummerċ agrikolu jinżammu skond il-preferenzi mogħtija qabel taħt l-arranġamenti bilaterali bejn iż-żewġ Stati Membri u l-Iżvizzera. Il-Komunità u l-Iżvizzera qablu li jipproċedu bl-adattament ta’ konċessjonijiet tariffarji fi ħdan il-qafas tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli (1) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002. L-adattament ta’ dawn il-konċessjonijiet għandu jinkludi l-ftuħ ta’ kwoti tariffarji Kommunitarji ġodda għall-importazzjoni ta’ frawli (kodiċi NM 0810 10 00), pitravi chard (jew pitravi zokkrija) u kardun (kodiċi NM 0709 90 20) li joriġinaw fl-Iżvizzera.

(2)

Il-proċeduri bilaterali għall-adattament tal-konċessjonijiet fl-Annessi 1 u 2 tal-Ftehim se jieħdu ż-żmien. Sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà tal-benefiċċju tal-kwota sakemm dak l-adattament jidħol fis-seħħ, jixraq li dawn il-kwoti tariffarji jinfetħu fuq bażi awtonoma u transizzjonali.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (2) jipprovdi sistema għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji. Il-kwoti tariffarji miftuħa b’dan ir-Regolament għandhom jiġu amministrati mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri skond dik is-sistema.

(4)

Ir-regoli ta’ l-oriġini previsti fl-Artikolu 4 tal-Ftehim għandhom japplikaw,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Hija b’dan miftuħa annwalment, fuq bażi awtonoma u transizzjonali, kwota tariffarja Komunitarja mingħajr dazju għal prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0810 10 00 li joriġinaw fl-Iżvizzera għall perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru.

In-numru ta’ l-ordni tal-kwota għandu jkun 09.0948. Il-volum annwali għandu jkun ta’ 200 tunnellata metrika piż nett.

2.   Hija b’dan miftuħa annwalment, fuq bażi awtonoma u transizzjonali, kwota tariffarja Komunitarja mingħajr dazju għal prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0709 90 20 li joriġinaw fl-Iżvizzera għall perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru.

In-numru ta’ l-ordni tal-kwota għandu jkun 09.0950. Il-volum annwali għandu jkun ta’ 300 tunnellata metrika piż nett.

3.   Fl-2007, il-kwoti tariffarji previsti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jinfetħu għall-perjodu mill-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Diċembru, għall-volumi annwali sħaħ previsti fil-paragrafi 1 u 2.

4.   Il-kwoti tariffarji previsti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiskadu fil-31 ta’ Diċembru 2009.

5.   Ir-regoli ta’ l-oriġini previsti fl-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli għandhom japplikaw għall-prodotti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 2

Il-kwoti tariffarji previsti fl-Artikolu 1 għandhom ikunu amministrati mill-Kummissjoni skond l-Artikoli 308a, 308b u 308ċ tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Settembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SILVA


(1)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132. Ftehim kif emendat l-aħħar mid-Deċiżjoni Nru 1/2007 tal-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura (ĠU L 173, 3.7.2007, p. 31).

(2)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6).


Top