Το έγγραφο αυτό έχει ληφθεί από τον ιστότοπο EUR-Lex
Έγγραφο 32007R0984
Commission Regulation (EC) No 984/2007 of 22 August 2007 amending Regulation (EC) No 961/2007 fixing the import duties in the cereals sector applicable from 16 August 2007
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 984/2007 tat- 22 ta’ Awwissu 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 961/2007 li jistabbilixxi d-dazji ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali li huma applikabbli mis- 16 ta’ Awwissu 2007
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 984/2007 tat- 22 ta’ Awwissu 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 961/2007 li jistabbilixxi d-dazji ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali li huma applikabbli mis- 16 ta’ Awwissu 2007
ĠU L 218, 23.8.2007, σ. 3-5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
23.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 218/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 984/2007
tat-22 ta’ Awwissu 2007
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 961/2007 li jistabbilixxi d-dazji ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali li huma applikabbli mis-16 ta’ Awwissu 2007
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta’ Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92, b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu (2),
Billi:
|
(1) |
Id-dazji ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali li huma applikabbli mis-16 ta’ Awwissu 2007 ġew stabbiliti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 961/2007 (3). |
|
(2) |
Jekk matul il-perjodu ta’ l-applikazzjoni tagħhom, il-medja tad-dazji ta' importazzjoni tvarja b’5 EUR/t mid-dazju stipulat, għandu jsir aġġustament korrispondenti. fid-dazji ta' importazzjoni stipulati fir-Regolament (KE) Nru 961/2007. |
|
(3) |
Għalhekk huwa xieraq li jiġi aġġustat ir-Regolament (KE) Nru 961/2007, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 961/2007 huma sostitwiti bit-test li jinsab fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Awwissu 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Awwissu 2007.
Ghall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Generali għall-Agrikoltura u l-Izvilupp Rurali
(1) ĠU L 270, 29.9.2003, p. 78. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 735/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 6).
(2) ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1110/2003 (ĠU L 158, 27.6.2003, p. 12).
ANNESS
“ANNESS I
Dazji ta' importazzjoni tal-prodotti skond l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 applikabbli mit-23 ta’ Awwissu 2007
|
Kodici NK |
Deskrizzjoni tal-prodott |
Dazju ta' importazzjoni (1) (EUR/t) |
|
1001 10 00 |
Qamħ durum ta' kwalità għolja |
0,00 |
|
ta' kwalità medja |
0,00 |
|
|
ta' kwalità baxxa |
0,00 |
|
|
1001 90 91 |
Qamħ komuni, għaż-żrigħ |
0,00 |
|
ex 1001 90 99 |
Qamħ durum ta' kwalità għolja, minbarra għaż-żrigħ |
0,00 |
|
1002 00 00 |
Segala |
0,00 |
|
1005 10 90 |
Qamħirrum taż-żrigħ, minbarra l-ibridi |
4,13 |
|
1005 90 00 |
Qamħirrum minbarra dak taż-żrigħ (2) |
4,13 |
|
1007 00 90 |
Sorgu tal-qamħ minbarra dak ibridu għaż-żrigħ |
0,00 |
“ANNESS II
Elementi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I
15.8.2007-21.8.2007
|
1) |
Il-kwantitajiet medji ghall-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2) |
Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:
|
(1) Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez, taħt l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96, l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis tad-dazju ta':
|
— |
EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port tal-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, |
|
— |
EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port tal-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta ta' l-Atlantiku tal-Peniżola Iberika. |
(2) L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis standard ta' 24 EUR kull tunnellata fil-każ li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KEE) Nru 1249/96.
(*1) Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].
(*2) Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].
(*3) Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].