Vælg de eksperimentelle funktioner, som du ønsker at prøve

Dette dokument er et uddrag fra EUR-Lex

Dokument 32007R0731

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 731/2007 tas- 27 ta’ Ġunju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti ta’ l-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa

ĠU L 166, 28.6.2007, s. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Dokumentets juridiske status Ikke længere i kraft, Gyldighedsperiodens slutdato: 31/12/2020; Impliċitament imħassar minn 32020R0760

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/731/oj

28.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 166/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 731/2007

tas-27 ta’ Ġunju 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti ta’ l-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 29(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-parti F ta’ l-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 (2) ġiet mibdula bir-Regolament (KE) Nru 487/2007. L-iżball li sar fil-kodiċi NM u d-deskrizzjoni tal-prodott “Jogurt” għandu jiġi kkorreġut.

(2)

Il-miżuri pprovduti b’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fir-Regolament (KE) Nru 2535/2001, il-Parti F hija mibdula bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Ġunju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 487/2007 (ĠU L 114, 1.5.2007, p. 8).


ANNESS

“I.F

KWOTA TAT-TARIFFI TAĦT L-ANNESS II TAL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ U L-IŻVIZZERA DWAR IL-KUMMERĊ FI PRODOTTI AGRIKOLI

Kwota numru

Il-kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

Dazju doganali

Kwota Mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju

f’tunnellati

09.4155

ex 0401 30

Krema, ta’ kontenut xaħmi ta’ piż li jaqbeż is-6 %

eżenzjoni

2 000 ”

0403 10

Jogurt


Op