This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R0691
Council Regulation (EC) No 691/2007 of 18 June 2007 imposing a definitive anti-dumping duty and collecting definitively the provisional duty imposed on imports of certain saddles originating in the People's Republic of China
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 691/2007 tat- 18 ta’ Ġunju 2007 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti sruġ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 691/2007 tat- 18 ta’ Ġunju 2007 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti sruġ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
ĠU L 160, 21.6.2007, pp. 1–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 17/06/2012
|
21.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 160/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 691/2007
tat-18 ta’ Ġunju 2007
li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti sruġ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-ħarsien mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. MIŻURI PROVIŻORJI
|
(1) |
Il-Kummissjoni, bir-Regolament (KE) Nru 1999/2006 (2) (ir-“Regolament proviżorju”) imponiet dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti sruġ, li bħalissa huma klassifikabbli fi ħdan il-kodiċi NM 8714 95 00 , ex 8714 99 90 u ex 9506 91 10 , li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”). |
|
(2) |
Ta’ min ifakkar li l-investigazzjoni ta’ dumping u ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2005 sat-31 ta’ Diċembru 2005 (“perjodu ta’ investigazzjoni” jew “PI”). Fir-rigward tat-tendenzi rilevanti għall-istima tal-ħsara, il-Kummissjoni analizzat id-data li tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2002 sat-tmiem il-perjodu ta’ l-investigazzjoni (“perjodu meqjus”). |
B. Il-PROĊEDURA SUSSEGWENTI
|
(3) |
Wara l-impożizzjoni ta’ dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti sruġ li joriġinaw mir-RPĊ, xi partijiet interessati ppreżentaw kummenti bil-miktub. Il-partijiet li talbu hekk, ingħataw ukoll l-opportunità li jinstemgħu. Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika t-tagħrif kollu li qieset bħala meħtieġ għas-sejbiet definittivi tagħha. Il-partijiet interessati kollha ġew mgħarrfa bil-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuqhom kienet ibbażata l-intenzjoni li tkun irrakkomandata l-impożizzjoni ta’ dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti sruġ li joriġinaw mir-RPĊ u l-ġbir definittiv ta’ ammonti li ġew żgurati permezz tad-dazju proviżorju. Huma ngħataw ukoll perjodu biex iressqu rappreżentazzjonijiet wara dan it-tagħrif. Il-kummenti bil-fomm u bil-miktub ippreżentati mill-partijiet ġew meqjusa, u, fejn kien xieraq, is-sejbiet ġew immodifikati kif suppost. |
C. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI
|
(4) |
Wieħed mill-importaturi lmenta kontra l-inklużjoni fl-ambitu ta’ l-investigazzjoni ta’ partijiet essenzjali tas-sruġ (bażi, kuxxini u għatjiet) fuq il-bażi li l-inklużjoni ta’ dawn ta’ l-aħħar ma kinitx iġġustifikata bl-ebda evidenza ta’ dumping la mill-ilment u lanqas mill-investigazzjoni. Dan l-importatur argumenta wkoll li m’huwiex biżżejjed li s-sruġ u l-partijiet tas-sruġ jitqiesu bħala prodott wieħed fuq il-bażi li t-tnejn intużaw għall-istess prodott aħħari (jiġifieri bajsikils u simili). L-istess importatur allega wkoll li ċerti partijiet tas-sarġ kienu inklużi fid-definizzjoni tal-prodott biex jevitaw l-evażjoni fil-każ li jiġu imposti dazji anti-dumping. Fuq din il-bażi, ġie sostnut li l-importaturi fil-Komunità għandhom jitħallew jitolbu eżenzjonijiet mid-dazju anti-dumping skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 13 (4) tar-Regolament bażiku. |
|
(5) |
Wieħed għandu jinnota, l-ewwelnett, li l-ilment isemmi s-sruġ u l-partijiet essenzjali tagħhom. Madankollu, jitqies li l-evidenza prima facie ta’ dumping meħtieġa biex tinbeda l-investigazzjoni, m’għandhiex bżonn tkopri t-tipi kollha ta’ prodotti inklużi fl-ambitu ta’ l-investigazzjoni. Sakemm il-partijiet tas-sarġ għandhom l-istess karatteristiċi bażiċi, tekniċi, fiżiċi u kimiċi u ma jistgħux ikollhom użu aħħari ieħor għajr li jkunu inkorporati flimkien (jiġifieri fis-sruġ), u bħala tali, ma jikkostitwux prodott distint, huma jiġu ddefiniti bħala parti mill-prodott ikkonċernat u għandhom jagħmlu parti mill-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-fatt li partijiet essenzjali bħala tali ma ġewx esportati lejn il-Komunità mill-produtturi esportaturi li kkooperaw matul il-PI ma jeskludix li dan seta’ jseħħ fil-każ ta’ l-esportaturi li ma kkooperawx. Huwa mfakkar li l-esportaturi msemmija l-aħħar jirrappreżentaw aktar minn 75 % ta’ l-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità. |
|
(6) |
Kif jidher fil-premessa (16) tar-Regolament proviżorju l-investigazzjoni wriet li, minkejja d-differenzi fil-forma, fil-materjal u fil-produzzjoni, it-tipi differenti tal-prodott ikkonċernat kollha għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi u bażikament huma użati għall-istess skopijiet. Din is-sejba ma ġietx ikkontestata mill-importatur imsemmi (jew minn xi parti interessata oħra ta’ dan il-proċediment) li wkoll ma pprovda l-ebda evidenza jew tagħrif li seta’ jikkontradixxi s-sejbiet proviżorji. Jirriżulta li d-determinazzjoni ta’ jekk xi partijiet tas-sarġ għandhomx jitqiesu bħal prodott wieħed ma kinitx twettqet biss fuq il-kriterju ta’ l-użu aħħari tagħhom. L-argument ta’ l-importatur li xi partijiet essenzjali tas-sruġ m’għandhomx jitqiesu bħala l-prodott ikkonċernat ma ġietx għalhekk milqugħa. |
|
(7) |
Bl-istess mod, minn dan ta’ hawn fuq jirriżulta li l-kunsiderazzjonijiet ta’ evażjoni ma kinux deċisivi meta l-prodott ikkonċernat ġie ddeterminat fl-investigazzjoni preżenti. |
|
(8) |
Fin-nuqqas ta’ xi kummenti oħra dwar il-prodott ikkonċernat u l-prodott simili, il-premessi (14) sa (18) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
D. DUMPING
1. It-trattament ta’ l-ekonomija tas-suq (“MET”) u t-trattament individwali (“IT”)
|
(9) |
Wara l-iżvelar proviżorju, grupp wieħed ta’ produtturi esportaturi li t-talba tiegħu għall-MET jew għall-IT ma ġietx milqugħa minħabba li kien ressaq tagħrif żbaljat skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, sostna li m’għandux jiġi meqjus li ma kkooperax u li l-ommissjoni ta’ ċertu tagħrif li kien meqjus mill-Kummissjoni fis-sejbiet proviżorji tagħha bħala żbaljat, m’għandhiex twassal għaċ-ċaħda ta’ l-IT, peress li t-tagħrif kien jikkonċerna biss is-suq domestiku, u b’hekk seta’ jaffettwa l-kalkolu tal-valur normali. |
|
(10) |
Madankollu, il-kumpanija ma tat l-ebda spjegazzjoni dwar it-tagħrif li tħalla barra, u għaldaqstant huwa meqjus xieraq li jinżammu s-sejbiet proviżorji rigward il-livell ta’ kooperazzjoni tagħhom. Id-dubji konsegwenti dwar l-affidabilità tat-tagħrif kollu ppreżentat minn dan il-produttur esportatur għadhom jeżistu, u fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni sħiħa min-naħa tal-kumpaniji relatati kollha fi ħdan grupp wieħed ta’ produtturi esportaturi, ma jistax ikun iddeterminat jekk il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku rigward l-IT humiex milħuqa fejn għandu x’jaqsam dan il-grupp. |
|
(11) |
L-industrija tal-Komunità argumentat li l-fatt li xi produtturi esportaturi bbenefikaw minn eżenzjonijiet ta’ taxxa bl-għan li jinkuraġġixxu l-investiment dirett barrani m’huwiex kompatibbli ma’ l-għoti ta’ MET lil dawn l-esportaturi produtturi. Madankollu, il-benefiċċji nfushom lill-kumpaniji minn dawn l-eżenzjonijiet ta’ taxxa nstabu li kienu insinifikanti, u għalhekk jitqies li ma kinux kompatibbli mal-MET. |
|
(12) |
L-industrija tal-Komunità argumentat ukoll li l-MET kellu jiġi miċħud lil wieħed mill-gruppi ta’ esportaturi, minħabba li matul il-PI kien hemm dispożizzjonijiet fl-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni ta’ dawn l-esportaturi, li jispeċifikaw ċertu perċentwali ta’ bejgħ ta’ l-esportazzjoni. Madankollu, jitqies li dawn id-dispożizzjonijiet, li fil-prattika ma kinux segwiti mill-esportaturi u li tneħħew wara l-PI, ma kinux jikkostitwixxu restrizzjonijiet de jure jew de facto fuq l-attivitajiet ta’ dawn il-kumpaniji. |
|
(13) |
Fin-nuqqas ta’ xi kummenti oħra rigward l-għoti tal-MET u ta’ l-IT, is-sejbiet kif stabbiliti fil-premessi (19) sa (27) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
2. Il-valur normali
(a) Id-determinazzjoni tal-valur normali gћall-produtturi esportaturi fir-RPĊ u li ngћataw il-MET
|
(14) |
Wara l-iżvelar proviżorju, wieħed mill-produtturi esportaturi ppreżenta kummenti dwar il-kalkoli dettaljati li twettqu biex jiġi stabbilit il-valur normali. Dawn il-kummenti nstabu li huma ġġustifikati, u l-kalkoli tal-valur normali ġew irranġati kif suppost. Fin-nuqqas ta’ xi kummenti oħra dwar il-kalkolu tal-valur normali, il-metodoloġija ġenerali kif stabbilita fil-premessi (28) sa (40) tar-Regolament proviżorju hija b’dan ikkonfermata. |
(b) Id-determinazzjoni tal-valur normali gћall-produtturi esportaturi fir-RPĊ li ma ngћatawx MET
(i) Pajjiż Analogu
|
(15) |
Wara l-iżvelar proviżorju, wieħed mill-importaturi reġa’ qajjem stqarrija li diġà saret qabel fil-proċedura minn parti oħra, filwaqt li argumenta li l-uniku produttur li kkoopera jgawdi pożizzjoni dominanti fis-suq Brażiljan u barra minn hekk kien relatat mal-parti li għamlet l-ilment, u kkontesta l-fatt li l-Kummissjoni għażlet lill-Brażil bħala pajjiż analogu. Dawn l-argumenti kienu diġà analizzati mill-Kummissjoni u rrifjutati fil-premessa (47) tar-Regolament proviżorju. Peress li ma ġie pprovdut l-ebda tagħrif fil-kummenti li waslu wara l-iżvelar proviżorju u l-investigazzjoni l-oħra ma tat l-ebda indikazzjoni li l-pożizzjoni tal-produttur Brażiljan li kkoopera fis-suq Brażiljan, jew ir-relazzjoni tiegħu mal-parti li għamlet l-ilment setgħet taffettwa l-affidabilità tad-data ppreżentata jew l-adegwatezza ta’ l-għażla tal-Brażil bħala pajjiż analogu, il-konklużjoni li saret fl-istadju proviżorju hi kkonfermata. Fin-nuqqas ta’ xi kummenti oħra dwar l-għażla tat-Brażil bħala pajjiż analogu, il-premessi (41) sa (49) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati. |
(ii) Il-valur normali
|
(16) |
Il-verifika tad-data ppreżentata mill-produttur li kkoopera fil-Brażil seħħet qabel l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji, iżda tard wisq fil-proċediment biex ir-riżultati tagħha jirriflettu f’dawk il-miżuri. Fid-dawl tar-riżultati ta’ din il-verifika, il-kalkolu tal-valur normali għall-produtturi esportaturi fir-RPĊ li ma ngħatawx MET ġie rfinat. Fin-nuqqas ta’ xi kummenti oħra dwar id-determinazzjoni tal-valur normali għall-produtturi esportaturi li ma ngħatawx MET, il-metodoloġija ġenerali kif stabbilita fil-premessi (41) sa (51) tar-Regolament proviżorju hija kkonfermata b’mod definittiv. |
3. Il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni
|
(17) |
Fin-nuqqas ta’ xi kummenti oħra dwar il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni, il-metodoloġija ġenerali kif stabbilita fil-premessi (52) sa (54) tar-Regolament proviżorju hija b’dan ikkonfermata. |
4. Paragun
|
(18) |
Wara l-iżvelar proviżorju, wieħed mill-produtturi esportaturi argumenta li ma kienx iġġustifikat l-aġġustament għad-differenzi fil-kummissjonijiet, skond l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku, imwettaq fuq il-prezz ta’ l-esportazzjoni għall-bejgħ li sar permezz ta’ kumpanija relatata fit-Tajwan. L-esportatur argumenta li l-kumpanija Tajwaniża ma twettaq l-ebda waħda mill-funzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(10)(i). Madankollu, dan l-argument imur kontra d-deskrizzjoni tal-proċess ta’ bejgħ mogħtija fit-tweġiba tal-kumpanija għall-kwestjonarju ta’ l-anti-dumping u vverifikata matul l-investigazzjoni fuq il-post, u għalhekk dan l-argument ma jistax jintlaqa’. Fin-nuqqas ta’ xi kummenti oħra f’dan ir-rigward, il-premessi (55) u (56) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
5. Marġini ta’ dumping
(a) Gћall-produttur esportatur li kkoopera u li ngћata MET
|
(19) |
Wieħed mill-produtturi esportaturi li kkooperaw argumenta li l-marġinu ta’ dumping individwali għandu jiġi wkoll attribbwit lil kumpanija waħda mill-grupp li matul il-PI ma esportatx lejn il-KE. Minħabba li l-grupp ikkoopera bis-sħiħ fl-investigazzjoni, l-argument tagħhom ġie milqugħ u l-marġinu ta’ dumping medju għandu jiġi wkoll attribbwit lil din il-kumpanija, Cionlli Bicycle Components (Tianjin) Co. Ltd. Fid-dawl tar-reviżjonijiet imsemmija hawn fuq li għandhom x’jaqsmu mal-valur normali, il-marġini ta’ dumping definittivi, espressi bħala perċentwali tal-prezz tal-fruntiera tal-Komunità CIF, bid-dazju mhux imħallas, huma dawn li ġejjin:
|
(b) Gћall-produtturi esportaturi l-oћra kollha
|
(20) |
Wara l-iżvelar proviżorju, wieħed mill-importaturi argumenta li l-marġini ta’ dumping madwar il-pajjiż kollu ma kellhomx ikunu bbażati fuq l-uniku produttur esportatur li kkoopera u li ma ngħatax la MET u lanqas IT. Skond dan l-importatur, il-marġinu ta’ dumping madwar il-pajjiż kollu wkoll kellu jkun ibbażat fuq il-prezz ta’ l-esportazzjoni tal-grupp ta’ produtturi esportaturi msemmija fil-premessa 0. Madankollu, kif iddikjarat fil-premessa (23) tar-Regolament proviżorju, hemm dubji serji dwar l-integrità tad-data kollha mogħtija minn dak l-esportatur li deliberatament naqas li jiddikjara r-relazzjoni tiegħu ma’ wieħed mill-klijenti domestiċi ewlenin tiegħu u għalhekk kien meqjus li ma kkooperax f’din l-investigazzjoni. |
|
(21) |
Fid-dawl tal-kummenti li waslu kien meqjus madankollu, li minħabba l-volum ferm żgħir ta’ esportazzjonijiet irrappreżentati mill-uniku produttur esportatur li kkoopera u li ma ngħatax la MET u lanqas IT, ikun aktar xieraq li l-kalkolu tad-dazju madwar il-pajjiż kollu jkun ibbażat ukoll fuq id-data dwar l-importazzjoni mill-Eurostat, fuq il-bażi ta’ piż medju ta’ 500 gramma għal kull sarġ. Għalhekk, il-marġinu ta’ dumping madwar il-pajjiż kollu kien stabbilit bħala l-medja kkalkolata ta’:
|
|
(22) |
L-industrija tal-Komunità argumentat li l-piż medju ta’ 500 gramma għal kull sarġ użat mill-Kummissjoni fil-kalkolu tad-dazju madwar il-pajjiż kollu kien stmat ogħla mill-valur reali. L-industrija argumentat li minflok kellu jintuża piż medju ta’ 400 gramma, li kien ifisser prezz medju inferjuri għal kull sarġ fuq il-bażi tad-data ta’ l-Eurostat. Madankollu, l-industrija ma kellhiex evidenza verifikabbli biżżejjed biex tappoġġa dan l-argument. Għalhekk inżammet l-istima ta’ piż medju ta’ 500 gramma, li hi appoġġata bid-data miġbura matul l-investigazzjoni. Fuq din il-bażi, il-livell ta’ dumping definittiv madwar il-pajjiż kollu ġie stabbilit gћal 29.6 % tal-prezz tal-fruntiera tal-Komunità CIF, bid-dazju mhux imħallas. |
E. IL-ĦSARA
1. Produzzjoni tal-Komunità
|
(23) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti rigward il-produzzjoni tal-Komunità, il-premessi (64) u (65) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
2. Definizzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità
|
(24) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti rigward id-definizzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità, il-premessi (66) u (67) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
3. Il-konsum tal-Komunità
|
(25) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti rigward il-konsum tal-Komunità, il-premessi (68) u (69) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
4. L-importazzjonijiet fil-Komunità mill-pajjiż ikkonċernat
|
(26) |
Fin-nuqqas ta’ xi kummenti dwar l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, il-premessi (70) sa (76) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
5. Il-qagħda ta’ l-industrija tal-Komunità
|
(27) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti rigward il-qagħda ta’ l-industrija tal-Komunità, il-premessi (77) sa (100) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
F. IL-KAWŻALITÀ
|
(28) |
Fin-nuqqas ta’ xi tagħrif jew argument ġdid u ssostanzjat f’dan ir-rigward, il-premessi (105) sa (118) tar-Regolament proviżorju huma hawnhekk ikkonfermati. |
G. L-INTERESS TAL-KOMUNITÀ
|
(29) |
Fin-nuqqas ta’ xi tagħrif jew argument ġdid u ssostanzjat f’dan il-qasam partikolari, il-premessi (119) sa (135) tar-Regolament proviżorju huma hawnhekk ikkonfermati. |
H. MIŻURI ANTI-DUMPING DEFINITTIVI
1. Il-livell tat-tneħħija tal-ћsara
|
(30) |
Fin-nuqqas ta’ xi kummenti oħra dwar il-livell tat-tneħħija tal-ħsara, il-premessi (136) sa (140) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
2. Il-forma u l-livell ta’ dazji
|
(31) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal u skond l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, id-dazju anti-dumping definittiv għandu jiġi impost fuq livell biżżejjed biex titneħħa l-ħsara kkawżata mill-importazzjonijiet mingħajr ma jinqabeż il-marġinu ta’ dumping misjub. |
|
(32) |
Fuq il-bażi ta’ dan t’hawn fuq, id-dazji definittivi huma kif ġejjin:
|
|
(33) |
Ir-rati tad-dazju anti-dumping għal kumpaniji individwali kif speċifikati f’dan ir-Regolament kienu stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet ta’ l-investigazzjoni attwali. Gћalhekk, dawn jirriflettu l-qagħda ta’ dawn il-kumpaniji li nstabet matul din l-investigazzjoni. Dawn ir-rati ta’ dazju (għall-kuntrarju tad-dazju madwar il-pajjiż kollu applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”) huma għalhekk applikabbli esklussivament għal importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw fil-pajjiż ikkonċernat u mmanifatturati mill-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. Il-prodotti importati mmanifatturati minn xi kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament bl-isem u l-indirizz, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”. |
|
(34) |
Kull talba gћall-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati ta’ dazju anti-dumping gћal kumpaniji individwali (eż. wara tibdil fl-isem ta’ l-entità jew wara li jiġu stabbiliti entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgћ) gћandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (3) bit-tagħrif kollu rilevanti, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwalunkwe modifikazzjoni fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, mal-bejgћ domestiku u ma’ dak ta’ l-esportazzjoni u li jkunu assoċjati, pereżempju, ma’ dik il-bidla fl-isem jew ma’ dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgћ. Jekk ikun hemm bżonn, ir-Regolament ikun imbagħad emendat kif xieraq billi tiġi aġġornata l-lista ta’ kumpaniji li jgawdu minn rati ta’ dazju individwali. |
|
(35) |
Sabiex ikun żgurat l-infurzar xieraq tad-dazju anti-dumping, il-livell ta’ dazju residwu m’għandux japplika biss għall-esportaturi li ma kkooperawx, iżda anki għal dawk il-kumpaniji li ma kellhom l-ebda esportazzjoni matul il-PI. Madankollu, dawn il-kumpaniji ta’ l-aħħar huma mistiedna, meta jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku, it-tieni paragrafu, sabiex jippreżentaw talba għal reviżjoni skond dan l-Artikolu sabiex ikollhom il-qagħda tagħhom eżaminata individwalment. |
3. Il-ġbir definittiv tad-dazji proviżorji u s-superviżjoni speċjali
|
(36) |
Minħabba l-kobor tal-marġini ta’ dumping li nstabu u fid-dawl tal-livell ta’ ħsara ikkaġunat lill-industrija tal-Komunità, huwa meqjus neċessarju li l-ammonti li ġew żgurati permezz tad-dazju anti-dumping proviżorju, impost mir-Regolament proviżorju, i.e. ir-Regolament (KE) Nru 1999/2006, għandhom jinġabru b’mod definittiv sa l-ammont tad-dazji definittivi imposti. Fejn id-dazji definittivi jkunu aktar baxxi mid-dazji proviżorji, l-ammonti żgurati b’mod proviżorju b’żieda mar-rata definittiva tad-dazji anti-dumping għandhom jinħelsu. Fejn id-dazji definittivi huma ogħla mid-dazji proviżorji, għandhom jinġabru b’mod definittiv biss l-ammonti żgurati fil-livell tad-dazji proviżorji. |
|
(37) |
Sabiex jitnaqqsu kemm jista’ jkun ir-riskji ta’ elużjoni minħabba d-differenza għolja fir-rati tad-dazju, huwa meqjus li jinħtieġu miżuri speċjali f’dan il-każ sabiex jiżguraw l-applikazzjoni xierqa tad-dazji anti-dumping. Dawn il-miżuri speċjali, li japplikaw biss għal kumpaniji li għalihom iddaħħlet rata tad-dazju individwali, jinkludu l-preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali ta’ l-Istati Membri ta’ fattura kummerċjali valida, li trid tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness gћal dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati b’fattura tali gћandhom jiġu soġġetti gћad-dazju residwu ta’ l-anti-dumping li japplika gћall-esportaturi l-oћra kollha. |
|
(38) |
Ta’ min ifakkar li jekk l-esportazzjonijiet mill-kumpaniji li jgawdu minn rati aktar baxxi ta’ dazju individwali jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping, fit-tifsira ta’ l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku din iż-żieda fil-volum tista’ titqies bћala waħda li tikkostitwixxi fiha nnfisha bidla fil-mudell tan-negozju li tkun dovuta għall-impożizzjoni tal-miżuri. F’dawn iċ-ċirkustanzi, u sakemm jintlaħqu l-kundizzjonijiet, jista’ jingħata bidu għal investigazzjoni ta’ kontra l-elużjoni. Din l-investigazzjoni tista’, inter alia, teżamina l-ћtieġa għat-tneћћija tar-rati tad-dazju individwali u għall-impożizzjoni konsegwenti tad-dazju madwar il-pajjiż kollu, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Id-dazju anti-dumping definittiv huwa b’dan impost fuq l-importazzjonijiet tas-sruġ u l-partijiet essenzjali tagħhom i.e., bażi, kuxxini u għatjiet, ta’ bajsikils u roti oħrajn (inklużi triċikletti għat-tqassim), mhux immotorizzati, ta’ roti b’mutur awżiljarju, bis-sajdkar jew le, ta’ l-apparat tal-fitness u apparat domestiku, li jidħlu fi ħdan il-kodiċi NM 8714 95 00 , ex 8714 99 90 u ex 9506 91 10 (il-kodiċi TARIC 8714 99 90 81 u 9506 91 10 10) u li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
2. Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv li hi applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, tal-prodotti mmanifatturati mill-kumpaniji mniżżla hawn taħt għandha tkun kif ġej:
|
Il-kumpanija |
Id-Dazju Anti-dumping |
Il-Kodiċi Addizzjonali TARIC |
|
Cionlli Bicycle (Taicang) Co. Ltd., Shunde Hongli Bicycle Parts Co. Ltd., Safe Strong Bicycle Parts Shenzhen Co. Ltd. u Cionlli Bicycle Components (Tianjin) Co. Ltd. |
5,8 % |
A787 |
|
Giching Bicycle Parts (Shenzhen) Co. Ltd. u Velo Cycle Kunshan Co. Ltd. |
0 % |
A788 |
|
Il-kumpaniji l-oħra kollha |
29,6 % |
A999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati gћall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 gћandha sseћћ bil-kundizzjoni li tkun ippreżentata lill-awtoritajiet doganali ta’ l-Istati Membri fattura kummerċjali valida, li trid tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness. Jekk ma tiġix ippreżentata din il-fattura, gћandha tapplika r-rata tad-dazju applikabbli gћall-kumpaniji l-oћra kollha.
4. Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazju doganali.
Artikolu 2
L-ammonti żgurati permezz tad-dazji anti-dumping proviżorji skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1999/2006 dwar l-importazzjonijiet tas-sruġ u l-partijiet essenzjali tagħhom i.e., bażi, kuxxini u għatjiet, ta’ bajsikils u roti oħrajn (inklużi triċikletti għat-tqassim), mhux immotorizzati, ta’ roti b’mutur awżiljarju, bis-sajdkar jew le, ta’ l-apparat tal-fitness u apparat domestiku, li jidħlu fi ħdan il-kodiċi NM 8714 95 00 , ex 8714 99 90 u ex 9506 91 10 (il-kodiċi TARIC 8714 99 90 81 u 9506 91 10 10) u li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. L-ammonti żgurati b’żieda ma’ l-ammont tad-dazji anti-dumping definittivi għandhom jinħelsu. Fejn id-dazji definittivi huma ogħla mid-dazji proviżorji, għandhom jinġabru b’mod definittiv biss l-ammonti żgurati fil-livell tad-dazji proviżorji.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, 18 ta’ Ġunju 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
F.-W. STEINMEIER
(1) ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).
(2) ĠU L 379, 28.12.2006, p. 11.
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
Id-Direttorat-Ġenerali għall-Kummerċ |
|
Id-Direttorat H, l-uffiċċju J-79 5/16 |
|
1049 Brussell/il-Belġju |
ANNESS
Il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament gћandha tinkludi dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-kumpanija, fil-format li ġej:
|
(1) |
L-isem u l-kariga ta’ l-uffiċjal tal-kumpanija li tkun ћarġet il-fattura kummerċjali. |
|
(2) |
Id-dikjarazzjoni li ġejja “Jiena, hawn taћt iffirmat, niċċertifika li [il-volum] ta’ sruġ u l-partijiet essenzjali tagħhom li nbiegћu gћall-esportazzjoni fil-Komunità Ewropea u li huma koperti b’din il-fattura ġew immanifatturati minn (l-isem u l-indirizz tal-kumpanija) (il-kodiċi addizzjonali TARIC) fi (il-pajjiż ikkonċernat). Niddikjara li t-tagħrif mogħti f’din il-fattura huwa sћiћ u korrett.” |
Data u firma