EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0556

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 556/2007 tat- 23 ta’ Mejju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1622/2000 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid, u li jistabbilixxi kodiċi tal-Komunità ta’ prattiċi u proċessi oenoloġiċi

ĠU L 132, 24.5.2007, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 03/06/2008

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/556/oj

24.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 132/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 556/2007

tat-23 ta’ Mejju 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1622/2000 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid, u li jistabbilixxi kodiċi tal-Komunità ta’ prattiċi u proċessi oenoloġiċi

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 46(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness V, paragrafu A, tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 fil-punt 3 tiegħu jipprovdi l-possibbiltà li jkun hemm deroga mill-kontenut massimu totali tad-dijossidu tal-kubrit meta l-kundizzjonijiet tal-klima jkunu għamluha meħtieġa.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1622/2000 (2) jiddefinixxi ċerti regoli dettaljati ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 li jirrigwardaw b'mod partikolari l-kontenuti massimi tad-dijossidu tal-kubrit fl-inbejjed. B'mod partikolari, l-Artikolu 19(4) jipprovdi dwar id-definizzjoni fl-Anness XIIa tar-Regolament imsemmi ta’ l-elenku tal-każijiet meta l-Istati Membri jistgħu, għal raġunijiet klimatiċi, jawtorizzaw li l-kontenut massimu ta’ dijossidu tal-kubrit ta’ anqas minn 300 milligramma l-litru jiżdied b'mhux aktar minn 40 milligramma l-litru.

(3)

Permezz ta’ nota ta’ l-1 ta’ Marzu 2007, il-gvern Franċiż talab li, għall-inbejjed tal-vendemmja ta’ l-2006 prodotti fit-territorju tad-dipartimenti Bas-Rhin u Haut-Rhin, jitħalla jawtorizza żieda tal-kontenut massimu ta’ dijossidu tal-kubrit ta’ anqas minn 300 milligramma l-litru b'mhux aktar minn 40 milligramma l-litru, bħala riżultat ta’ kundizzjonijiet klimatiċi partikolarment diffiċli. Dik it-talba għandha tintlaqa'.

(4)

In-nota teknika maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti Franċiżi turi li l-kwantitajiet ta’ dijossidu tal-kubrit meħtieġa biex jiżguraw sew il-vinifikazzjoni u l-konservazzjoni tajba ta’ l-inbejjed milquta minn dawn il-kundizzjonijiet mhux favorevoli, kif ukoll l-adegwatezza tagħhom għat-tqegħid fis-suq, jeħtiġilhom jiżdiedu mill-kontenut normalment permess. Din il-miżura temporanja hija l-unika għażla disponibbli biex l-għeneb milqut minn dawn il-kundizzjonijiet klimatiċi mhux favorevoli jkun jista' jintuża għall-produzzjoni ta’ nbejjed li jistgħu jitqiegħdu fis-suq. Skond il-kalkoli ta’ l-Institut Technique du Vin, huwa stmat li l-inbejjed li tista' tirrigwardahom din id-deroga huma madwar 25 % tal-kwantità totali prodotta f'din iż-żona.

(5)

Ir-Reġolament (KE) Nru 1622/2000 għandu jkun emendat skond dan.

(6)

Il-miżuri li jipprovdi dwarhom dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Inbejjed,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XIIa tar-Regolament (KE) Nru 1622/2000 għandu jinbidel bit-test fl-Anness tar-Regolament preżenti.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 194, 31.7.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 389/2007 (ĠU L 97, 12.4.2007, p. 5).


ANNESS

“ANNESS XIIa

Żieda tal-kontenut totali massimu tad-dijossidu tal-kubrit meta l-kundizzjonijiet klimatiċi jkunu għamluha meħtieġa

(Artikolu 19)

 

Is-sena

L-Istat Membru

Iż-żona/i tad-dwieli ta' l-inbid

L-inbejjed milquta

1.

2000

Il-Ġermanja

Iż-żoni kollha tad-dwieli ta' l-inbid tat-territorju Ġermaniż

L-inbejjed kollha mill-għeneb maħsud matul is-sena 2000

2.

2006

Il-Ġermanja

Iż-żoni tad-dwieli ta' l-inbid ta' Baden Württemberg, Bayern, Hessen u Rheinland-Pfalz

L-inbejjed kollha mill-għeneb maħsud matul is-sena 2006

3.

2006

Franza

Iż-żoni tad-dwieli ta' l-inbid tad-dipartimenti Bas-Rhin u Haut-Rhin

L-inbejjed kollha mill-għeneb maħsud matul is-sena 2006”


Top