This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R0039
Commission Regulation (EC) No 39/2007 of 17 January 2007 correcting the Bulgarian, Czech, Danish, English, Estonian, Finnish, French, Greek, Hungarian, Italian, Latvian, Lithuanian, Maltese, Polish, Portuguese, Romanian, Slovak, Slovenian, Spanish and Swedish versions of Regulation (EEC) No 821/68 on the definition, applicable to the granting of export refunds, of hulled grains and pearled grains of cereals
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 39/2007 tas- 17 ta’ Jannar 2007 li jemenda l-verżjoni Ingliża, Bulgara, Daniża, Spanjola, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Żvediża u Ċeka tar-Regolament (KEE) Nru 821/68 dwar id-definizzjoni, applikabbli għall-għoti tar-rifużjoni fuq l-esportazzjoni, ta' qmuħ imqaxxra u ta' qmuħ perlati taċ-ċereali
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 39/2007 tas- 17 ta’ Jannar 2007 li jemenda l-verżjoni Ingliża, Bulgara, Daniża, Spanjola, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Żvediża u Ċeka tar-Regolament (KEE) Nru 821/68 dwar id-definizzjoni, applikabbli għall-għoti tar-rifużjoni fuq l-esportazzjoni, ta' qmuħ imqaxxra u ta' qmuħ perlati taċ-ċereali
ĠU L 11, 18.1.2007, p. 11–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 56M, 29.2.2008, p. 4–4
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2008
|
29.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
4 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 39/2007
tas-17 ta’ Jannar 2007
li jemenda l-verżjoni Ingliża, Bulgara, Daniża, Spanjola, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Żvediża u Ċeka tar-Regolament (KEE) Nru 821/68 dwar id-definizzjoni, applikabbli għall-għoti tar-rifużjoni fuq l-esportazzjoni, ta' qmuħ imqaxxra u ta' qmuħ perlati taċ-ċereali
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taċ-ċereali (1), u partikolarment l-Artikolu 18 tiegħu, l-ewwel subparagrafu,
Billi:
|
(1) |
Il-verżjoni Ingliża, Bulgara, Daniża, Spanjola, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Żvediża u Ċeka tal-punt A.1 ta' l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 821/68 (2), huma differenti mit-test tal-lingwi uffiċjali l-oħra tal-Komunità. Biex tiġi assigurata l-applikazzjoni korretta ta' din id-dispożizzjoni, hemm lok li dawn il-verżjonijiet lingwistiċi jiġu emendati kif meħtieġ. |
|
(2) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-Ċereali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-ewwel punt ta' punt A ta' l-Anness għar-Regolament (KEE) Nru 821/68, huwa sostitwit bit-test segwenti:
|
“1. |
Qmuħ imqaxxra:
il-qmuħ taċ-ċereali li tneħħitilhom il-biċċa l-kbira tal-perikarpu tagħhom, jew il-qmuħ taċ-ċereali bil-brakti (ara n-noti ta' spjegazzjoni misjuba fl-intestatura 10.03 qmuħ) li tneħħewlhom il-brakti li kienu mwaħħla sewwa mal-perikarpu — per eżempju x-xgħir mgħotti — jew li jagħlqu l-perikarpu b'mod tant issikkat li l-brakti ma jkunux jistgħu jiġu mifruda bid-dris jew b'xi mod ieħor, bħal fil-każ tal-ħafur.” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum mill-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Jannar 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).
(2) ĠU L 149, 29.6.1968, p. 46. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1634/71 (ĠU L 170, 29.7.1971, p. 13).