Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007L0017

    Direttiva tal-Kummissjoni 2007/17/KE tat- 22 ta' Marzu 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, dwar il-prodotti kosmetiċi, sabiex l-Annessi III u VI tagħha jiġu adattati għall-progress tekniku Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 56M, 29.2.2008, p. 161–164 (MT)
    ĠU L 82, 23.3.2007, p. 27–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/07/2013

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2007/17/oj

    29.2.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    161


    DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/17/KE

    tat-22 ta' Marzu 2007

    li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, dwar il-prodotti kosmetiċi, sabiex l-Annessi III u VI tagħha jiġu adattati għall-progress tekniku

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,

    Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Xjentifiku għall-Prodotti tal-Konsumatur,

    Billi:

    (1)

    L-Anness VI tad-Direttiva 76/768/KEE jistabbilixxi lista ta’ preservattivi permessi fil-prodotti kożmetiċi. Is-sustanzi elenkati fl-Anness VI, immarkati bis-simbolu (*), jistgħu jintużaw f’konċentrazzjonijiet oħra barra dawk iffissati f'dak l-Anness għal skopijiet mhux ta’ preservazzjoni, jekk l-iskop speċifiku jkun ovvju mill-preżentazzjoni tal-prodott. Madankollu, l-użu ta' dawn is-sustanzi jista' jiġi ristrett f'Annessi oħra ta' dik id-Direttiva.

    (2)

    Is-sustanzi elenkati fl-Anness VI, immarkati bis-simbolu (*), ma jistgħux jintużaw f’konċentrazzjonijiet oħra barra dawk iffissati f'dak l-Anness u r-restrizzjonijiet l-oħra stipulati hemmhekk japplikaw ukoll meta dawk is-sustanzi jintużaw għal skopijiet speċifiċi oħrajn.

    (3)

    Il-Kumitat Xjentifiku għall-Prodotti tal-Konsumatur, minn hawn 'il quddiem “l-SCCP”(Scientific Committee on Consumer Products), ħareġ opinjoni li tistqarr li r-restrizzjonijiet fuq il-livell ta’ l-użu u t-twissijiet fl-Anness VI għandhom japplikaw ukoll jekk il-preservattivi mmarkati bis-simbolu (*) jintużaw għal għanijiet speċifiċi oħrajn.

    (4)

    Il-Kummissjoni għalhekk għamlet sejħa lill-industrija biex tissottometti fajls ta’ sikurezza għal sustanzi elenkati bis-simbolu (*) meta użati f’konċentrazzjonijiet ogħla għal skopijiet speċifiċi oħrajn.

    (5)

    Fuq il-bażi ta’ dawk il-fajls ta’ sikurezza, l-SCCP ikkonkluda li l-użu ta' bosta mis-sustanzi ta' preservazzjoni fl-Anness VI għal skopijiet speċifiċi oħrajn f'konċentrazzjonijiet ogħla huwa sikur.

    (6)

    Il-limiti sikuri ta’ konċentrazzjoni għal dawk is-sustanzi ta’ preservazzjoni meta jintużaw għal skopijiet speċifiċi oħrajn għandhom jiġu inklużi fl-Anness III tad-Direttiva 76/768/KEE. Għal skopijiet ta' ċarezza, irid jiġi indikat għad-daħliet rilevanti fl-Anness III li l-istess sustanza hija mniżżla fl-Annness VI ta’ dik id-Direttiva.

    (7)

    Is-sustanzi li ma tqisux sikuri mill-SCCP meta użati f’konċentrazzjonijiet barra dawk stipulati fl-Anness VI għal skopijiet speċifiċi oħrajn għandhom ikunu suġġetti għar-restrizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness għal użu bħala preservattivi. Is-simbolu (*), għalhekk, għandu jitħassar minn dawk is-sustanzi fl-Anness VI.

    (8)

    Sabiex ikun assigurat approċċ koerenti, is-sustanzi kollha elenkati fl-Anness VI, li jistgħu jiżdiedu wkoll mal-prodotti kożmetiċi, għal skopijiet speċifiċi oħra, f'konċentrazzjonijiet ogħla minn dawk stipulati f'dak l-Anness, għandhom jiġu mmarkati bis-simbolu (*).

    (9)

    Barra minn hekk, l-SCCP qies li huwa sikur li tiżdied il-konċentrazzjoni massima ta' aċidu benżoiku u melħ tas-sodju fi prodotti li jitlaħalħu u prodotti tal-kura tal-ħalq u li tiżdied il-konċentrazzjoni massima ta’ zinc pyrithione għall-użu preservattiv fi prodotti tax-xagħar li jitlaħalħu. Huwa għalhekk xieraq li jiġu emendati n-numri ta’ referenza 1 sa 8 ta’ l-Anness VI tad-Direttiva 76/768/KEE skond dan.

    (10)

    L-SCCP hija wkoll ta’ l-opinjoni li l-methyldibromo glutaronitrile m’għandu jkun preżenti fl-ebda prodott kożmetiku, peress li l-ebda livelli sikuri ta’ użu fil-prodotti kożmetiċi li jitħallew jew li jitlaħalħu ma ġew stabbiliti. Huwa għalhekk xieraq li dik is-sustanza titħassar min-numru ta’ referenza 36 ta’ l-Anness VI tad-Direttiva 76/768/KEE.

    (11)

    Id-Direttiva Nru 76/768/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

    (12)

    Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    L-Annessi III u VI tad-Direttiva 76/768/KEE huma emendati skond l-Anness ta’ din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom jieħdu kull miżura meħtieġa sabiex jiżguraw li mit-23 ta' Marzu 2008 prodotti kosmetiċi li ma jikkonformawx ma’ din id-Direttiva ma jitqegħdux fis-suq minn manifatturi Komunitarji jew minn importaturi stabbiliti fi ħdan il-Komunità.

    L-Istati Membri għandhom jieħdu kull miżura meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn il-prodotti la jinbiegħu u lanqas jingħataw lill-konsumatur aħħari wara it-23 ta' Ġiunju 2008.

    Artikolu 3

    1.   L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-23 ta' Settembru 2007. Għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u skeda ta' korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati mit-tali referenza fl-okkazzjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha issir it-tali referenza.

    2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 5

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, 22 ta' Marzu 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Günter VERHEUGEN

    Viċi President


    (1)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/1/KE (ĠU L 25, 1.2.2007, p. 9).


    ANNESS

    Id-Direttiva 76/768/KEE hija emendata kif ġej:

    (1)

    L-Anness III, l-ewwel parti, hija emendata kif ġej:

    In-numri ta’ referenza li ġejjin 98 u 101 jiżdiedu kif indikat hawn isfel:

    Numru ta' Referenza

    Sustanza

    Restrizzjonijiet

    Kundizzjonijiet dwar l-użu u twissijiet li għandhom jiġu stampati fuq it-tikketta

    Kamp ta’ applikazzjoni u/jew użu

    Il-konċentrazzjoni massima awtorizzata fil-prodott kożmetiku finali

    Limitazzjonijiet u rekwiżiti oħra

    a

    b

    c

    d

    e

    f

    “98

    Salicylic acid (1)

    (CAS No 69-72-7)

    a)

    Prodotti tax-xagħar li jitlaħalħu

    b)

    Prodotti oħrajn

    a)

    3,0 %

    b)

    2,0 %

    Mhux biex jintuża f’taħlitiet għat-tfal taħt it-tliet snin, ħlief għal xampus.

    Għal skopijiet oħra barra dawk li jfixklu l-iżvilupp tal-mikro-organiżmi fil-prodott. Dan l-iskop irid ikun ovvju mill-preżentazzjoni tal-prodott.

    Mhux biex jintuża għat-tfal taħt it-tliet snin (2).

    99

    Sulfiti u bisulfiti inorganiċi (3)

    a)

    prodotti tax-xagħar ossidattivi

    b)

    Prodotti li jillixxaw ix-xagħar

    c)

    Prodotti tal-wiċċ biex tismar mingħajr xemx

    d)

    Prodotti oħrajn biex tismar mingħajr ix-xemx

    a)

    0,67 % espressi bħala SO2 ħieles

    b)

    6,7 % espressi bħala SO2ħieles

    c)

    0,45 % espressi bħala SO2ħieles

    d)

    0,40 % espressi bħala SO2ħieles

    Għal skopijiet oħra barra dawk li jfixklu l-iżvilupp tal-mikro-organiżmi fil-prodott. Dan l-iskop irid ikun ovvju mill-preżentazzjoni tal-prodott.

     

    100

    Triclocarban (4)

    (CAS No 101-20-2)

    Prodotti li jitlaħalħu

    1,5 %

    Kriterji tal-purità:

     

    3,3', 4,4'-Tetrachloroazobenzene <1 ppm

     

    3,3', 4,4'-Tetrachloroazoxybenzene <1 ppm

    Għal skopijiet oħra barra dawk li jfixklu l-iżvilupp tal-mikro-organiżmi fil-prodott. Dan l-iskop irid ikun ovvju mill-preżentazzjoni tal-prodott.

     

    101

    Zinc pyrithione (5)

    (CAS No 13463-41-7)

    Prodotti tax-xagħar li ma jitlaħalħux

    0,1 %

    Għal skopijiet oħra barra dawk li jfixklu l-iżvilupp tal-mikro-organiżmi fil-prodott. Dan l-iskop irid ikun ovvju mill-preżentazzjoni tal-prodott.

     

    (2)

    L-Anness VI, l-ewwel parti, hija emendata kif ġej:

    a)

    Fil-kolonna b, is-simbolu “(*)” jitħassar għan-numri ta’ referenza 1, 2, 4, 7, 12, 14, 18, 19, 21, 22, 24, 25, 26, 27, 28, 29, 30, 32, 33, 35, 37, 42 u 47.

    b)

    Fil-kolonna b, is-simbolu “(*)” jiżdied għan-numri ta' referenza 5 u 43.

    c)

    In-numru ta' referenza 1 jinbidel b’dan li ġej:

    Numru ta' Referenza

    Sustanza

    L-ogħla konċentrazzjoni awtorizzata

    Limitazzjonijiet u rekwiżiti

    Kundizzjonijiet dwar l-użu u twissijiet li għandhom jiġu stampati fuq it-tikketta

    a

    b

    c

    d

    e

    “1

    Aċidu Benżoiku (CAS No 65-85-0) u l-melħ tas-sodju tiegħu (CAS No 532-32-1)

    Prodotti li jitlaħalħu, ħlief prodotti tal-kura tal-ħalq: 2,5 % (aċidu)

    Prodotti ta’ kura tal-ħalq: 1,7 % (aċidu)

    Prodotti li ma jitlaħalħux: 0,5 % (aċidu)

     

     

    1a

    Mluħa ta' l-aċidu benżoiku għajr dak imniżżel taħt in-numru ta' referenza 1 u l-esteri ta' l-aċidu benżoiku

    0,5 % (aċidu)”

     

     

    d)

    In-numru ta' referenza 8 jinbidel b’dan li ġej:

    Numru ta' Referenza

    Sustanza

    L-ogħla konċentrazzjoni awtorizzata

    Limitazzjonijiet u rekwiżiti

    Kundizzjonijiet dwar l-użu u twissijiet li għandhom jiġu stampati fuq it-tikketta

    a

    b

    c

    d

    e

    “8

    Zinc pyrithione (*)

    (CAS No 13463-41-7)

    Prodotti tax-xagħar: 1,0 %

    Prodotti oħrajn: 0,5 %

    Prodotti li jitlaħalħu biss.

    Ebda użu fi prodotti għall-iġjene orali.”

     

    e)

    In-numru ta’ referenza 36 jitħassar.


    (1)  Bħala preservattiv, ara l-Anness VI, Parti 1 Nru 3.

    (2)  Biss għal prodotti li jistgħu jintużaw fuq it-tfal taħt it-tliet snin u li jkollhom kuntatt twil mal-ġilda.

    (3)  Bħala preservattiv, ara l-Anness VI, Parti 1 Nru 9.

    (4)  Bħala preservattiv, ara l-Anness VI, Parti 1 Nru 23.

    (5)  Bħala preservattiv, ara l-Anness VI, Parti 1 Nru 8.”


    Top