This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007E0520
Council Joint Action 2007/520/CFSP of 23 July 2007 amending and extending Joint Action 2006/304/CFSP on the establishment of an EU Planning Team (EUPT Kosovo) regarding a possible EU crisis management operation in the field of rule of law and possible other areas in Kosovo
Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/520/PESK tat- 23 ta’ Lulju 2007 li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2006/304/PESK dwar it-twaqqif ta’ Grupp ta’ Ppjanar ta’ l-UE (EUPT Kosovo) fir-rigward ta’ operazzjoni eventwalment possibbli ta’ l-UE ta’ l-immaniġġar ta’ kriżi fil-qasam ta’ l-istat ta’ dritt u f’oqsma oħra possibbli fil-Kosovo
Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/520/PESK tat- 23 ta’ Lulju 2007 li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2006/304/PESK dwar it-twaqqif ta’ Grupp ta’ Ppjanar ta’ l-UE (EUPT Kosovo) fir-rigward ta’ operazzjoni eventwalment possibbli ta’ l-UE ta’ l-immaniġġar ta’ kriżi fil-qasam ta’ l-istat ta’ dritt u f’oqsma oħra possibbli fil-Kosovo
ĠU L 192, 24.7.2007, p. 28–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 30/11/2007
24.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 192/28 |
AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2007/520/PESK
tat-23 ta’ Lulju 2007
li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2006/304/PESK dwar it-twaqqif ta’ Grupp ta’ Ppjanar ta’ l-UE (EUPT Kosovo) fir-rigward ta’ operazzjoni eventwalment possibbli ta’ l-UE ta’ l-immaniġġar ta’ kriżi fil-qasam ta’ l-istat ta’ dritt u f’oqsma oħra possibbli fil-Kosovo
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fl-10 ta’ April 2006 l-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2006/304/PESK (1) li tiskadi fl-1 ta’ Settembru 2007. |
(2) |
Fid-29 ta’ Ġunju 2007, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà rrakkomanda li l-Grupp għall-Ippjanar (EUPT Kosovo) għandu jiġi estiż għal perijodu ulterjuri sat-30 ta’ Novembru 2007. |
(3) |
Il-EUPT Kosovo għandu jkun jista’ kif ikun meħtieġ jirrekluta u jħarreġ persunal li jkun jifforma nukleju għall-operazzjoni futura possibli ta’ l-immaniġġar ta’ kriżi tal-Politika ta’ Sigurtà u Difiża Ewropea (ESDP) qabel l-adozzjoni mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (UNSC) ta’ Riżoluzzjoni ġdida li tissostitwixxi l-UNSCR 1244. |
(4) |
L-Azzjoni Konġunta 2006/304/PESK għandha tiġi emendata u estiża kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:
Artikolu 1
L-Azzjoni Konġunta 2006/304/PESK hi emendata kif ġej.
(1) |
Fl-Artikolu 2(5), it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej: “Ir-reklutaġġ u t-taħriġ ta’ persunal, kif meħtieġ qabel l-adozzjoni mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (UNSC) ta’ Riżoluzzjoni ġdida li tissostitwixxi l-UNSCR 1244, li jkunu jikkostitwixxu n-nukleju għall-operazzjoni futura possibli ta’ l-immaniġġar ta’ kriżi ta’ l-ESDP, bil-għan li jintbagħtu fuq il-post malajr.”; |
(2) |
L-Artikolu 14 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 14 Reviżjoni Sat-30 ta’ Settembru 2007 l-Kunsill għandu jevalwa jekk l-EUPT Kosovo għandhiex tkompli wara t-30 ta’ Novembru 2007, b’kont meħud tal-ħtieġa ta’ tranżizzjoni bla xkiel għal operazzjoni possibbli ta’ l-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi fil-Kosovo.”; |
(3) |
L-Artikolu 15(2) għandu jinbidel b’dan li ġej: “2. Għandu jiskadi fit-30 ta’ Novembru 2007.”. |
Artikolu 2
L-ammont finanzjarju ta’ referenza msemmi fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 9(1) ta’ l-Azzjoni Konġunta 2006/304/PESK kif miżjud fl-Artikolu 2 ta’ l-Azzjoni Konġunta 2007/334/PESK għandu jkopri n-nefqa relatata għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sat-30 ta’ Novembru 2007.
Artikolu 3
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.
Artikolu 4
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Lulju 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
L. AMADO
(1) ĠU L 112, 26.4.2006, p.19. Azzjoni Konġunta kif emendata bl-Azzjoni Konġunta 2006/918/PESK (ĠU L 125, 15.5.2007, p. 29).