Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0632

    2007/632/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 28 ta’ Settembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2006/415/KE dwar ċerti miżuri fir-rigward ta' l-influwenza ta' l-għasafar b'patoċeniċità għolja tas-subtip H5N1 fit-tjur fil-Ġermanja (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4480) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 255, 29.9.2007, p. 46–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/07/2021; Imħassar b' 32020R0687

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/632/oj

    29.9.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 255/46


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-28 ta’ Settembru 2007

    li temenda d-Deċiżjoni 2006/415/KE dwar ċerti miżuri fir-rigward ta' l-influwenza ta' l-għasafar b'patoċeniċità għolja tas-subtip H5N1 fit-tjur fil-Ġermanja

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4480)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2007/632/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intrakomunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar spezzjonijiet veterinarji u żutekniċi applikabbli fil-kummerċ intrakomunitarju f'ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE ta' l-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri tal-Komunità għall-kontroll ta' l-influwenza ta' l-għasafar u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (3), u b'mod partikolari l-Artikoli 63(3) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/415/KE ta' l-14 ta' Ġunju 2006 dwar ċerti miżuri ta' ħarsien fir-rigward ta' l-influwenza ta' l-għasafar ta' patoġeniċità għolja tas-subtip H5N1 tat-tjur fil-Komunità u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2006/135/KE (4) tistipula ċerti miżuri ta' ħarsien li għandhom jiġu applikati sabiex jipprevjenu l-firxa ta' dik il-marda, inkluż il-ħolqien ta' żoni A u B wara passa suspettata jew ikkonfermata tal-marda.

    (2)

    Il-Ġermanja nnotifikat lill-Kummissjoni b'passa ta' H5N1 f’intrapriża tat-tjur domestiku fit-territorju tagħha fil-Bavarja u ħadet il-miżuri xierqa kif previsti fid-Deċiżjoni 2006/415/KE, inkluż il-ħolqien taż-Żoni A u B kif previst fl-Artikolu 4 ta' dik id-Deċiżjoni.

    (3)

    Il-Kummissjoni eżaminat dawk il-miżuri b'kollaborazzjoni mal-Ġermanja, u hija sodisfatta li l-fruntieri taż-Żoni A u B stabbiliti mill-awtorità kompetenti f'dak l-Istat Membru jinsabu 'l bogħod biżżejjed mill-post innifsu tal-passa. Għalhekk iż-Żoni A u B fil-Ġermanja jistgħu jiġu kkonfermati u jista' jiġi ffissat it-tul ta' żmien ta' dik ir-reġjonalizzazzjoni.

    (4)

    Għalhekk id-Deċiżjoni 2006/415/KE għandha tiġi emendata skond dan.

    (5)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness għad-Deċiżjoni 2006/415/KE huwa emendat skond it-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Settembru 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33); verżjoni kkoreġuta (ĠU L 195, 2.6.2004, p. 12).

    (2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).

    (3)  ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.

    (4)  ĠU L 164, 16.6.2006, p. 51. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/604/KE (ĠU L 236, 8.9.2007, p. 11).


    ANNESS

    L-Anness għad-Deċiżjoni 2006/415/KE huwa emendat kif ġej:

    1.

    It-test li ġej jiżdied mal-Parti A:

    Kodiċi ISO tal-Pajjiż

    L-Istat Membru

    Iż-Żona A

    Data sa meta l-Artikolu 4(4)(b)(iii) huwa applikabbli

    Kodiċi (jekk disponibbli)

    L-isem

    DE

    IL-ĠERMANJA

     

    Iż-żona ta' 10km stabbilita madwar it-tifqigħa fil-komuni ta' Bruck in der Oberpfalz u Nittenau fosthom il-komuni kollha jew partijiet ta':

    18.10.2007

    LANDKREIS SCHWANDORF

    BODENWÖHR

    BODENWÖHRER FORST

    BRUCK IN DER OBERPFALZ

    EINSIEDLER UND WALDERBACHER FORST

    MAXHÜTTE-HAIDHOF

    NEUNBURG VORM WALD

    NEUKIRCHEN-BALBINI

    NITTENAU

    ÖSTL. NEUBÄUER FORST

    SCHWANDORF

    SCHWARZENFELD

    STEINBERG

    TEUBLITZ

    WACKERSDORF

    LANDKREIS REGENSBURG

    ALTENTHANN

    BERNHARDSWALD

    REGENSTAUF

    LANDKREIS CHAM

    REICHENBACH

    RODING

    WALD

    WALDERBACH

    ZELL

    2.

    It-test li ġej jiżdied mal-Parti B:

    Kodiċi ISO tal-Pajjiż

    L-Istat Membru

    Iż-Żona B

    Data sa meta l-Artikolu 4(4)(b)(iii) huwa applikabbli

    Kodiċi (jekk disponibbli)

    L-isem

    DE

    IL-ĠERMANJA

     

    Il-komuni ta':

    18.10.2007

    LANDKREIS SCHWANDORF

    BODENWÖHR

    BODENWÖHRER FORST

    BRUCK IN DER OBERPFALZ

    EINSIEDLER UND WALDERBACHER FORST

    MAXHÜTTE-HAIDHOF

    NEUNBURG VORM WALD

    NEUKIRCHEN-BALBINI

    NITTENAU

    ÖSTL. NEUBÄUER FORST

    SCHWANDORF

    SCHWARZENFELD

    SCHWARZHOFEN

    STEINBERG

    TEUBLITZ

    WACKERSDORF

    LANDKREIS REGENSBURG

    ALTENTHANN

    BERNHARDSWALD

    BRENNBERG

    REGENSTAUF

    LANDKREIS CHAM

    FALKENSTEIN

    REICHENBACH

    RODING

    WALD

    WALDERBACH

    ZELL


    Top