Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0627

    2007/627/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 28 ta’ Settembru 2007 li tiddenunzja f’isem il-Komunità, il-Protokoll 3 taz-zokkor mill-istati ta’ l-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku (ACP) li jidher fil-Konvenzjoni ta’ Lomé bejn l-ACP u l-KEE ffirmata fit- 28 ta’ Frar 1975 u d-dikjarazzjonijiet korrispondenti annessi ma’ dik il-Konvenzjoni, li jinsab fil-Protokoll 3 mehmuż ma’ l-Anness V tal-Ftehim ta’ Sħubija bejn l-ACP u l-KE ffirmat f’Cotonou fit- 23 ta’ Ġunju 2000 , fir-rigward tal-Barbados, il-Beliże, ir-Repubblika tal-Kongo, ir-Repubblika ta’ Côte d'Ivoire, ir-Repubblika tal-Gżejjer tal-Fiġi, ir-Repubblika ta’ Gujana, il-Ġamajka, ir-Repubblika tal-Kenja, ir-Repubblika tal-Madagaskar, ir-Repubblika tal-Malawi, ir-Repubblika tal-Mawrizju, ir-Repubblika tal-Możambik, il-Federazzjoni ta’ Saint Kitts u Nevis, ir-Repubblika ta' Suriname, ir-Renju ta’ Sważilandja, ir-Repubblika Unita tat-Tanzanija, ir-Repubblika ta’ Trinidad u Tobago, ir-Repubblika ta’ l-Uganda, ir-Repubblika taż-Żambja u r-Repubblika taż-Żimbabwe

    ĠU L 255, 29.9.2007, p. 38–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/627/oj

    Related international agreement

    29.9.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 255/38


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tat-28 ta’ Settembru 2007

    li tiddenunzja f’isem il-Komunità, il-Protokoll 3 taz-zokkor mill-istati ta’ l-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku (ACP) li jidher fil-Konvenzjoni ta’ Lomé bejn l-ACP u l-KEE ffirmata fit-28 ta’ Frar 1975 u d-dikjarazzjonijiet korrispondenti annessi ma’ dik il-Konvenzjoni, li jinsab fil-Protokoll 3 mehmuż ma’ l-Anness V tal-Ftehim ta’ Sħubija bejn l-ACP u l-KE ffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, fir-rigward tal-Barbados, il-Beliże, ir-Repubblika tal-Kongo, ir-Repubblika ta’ Côte d'Ivoire, ir-Repubblika tal-Gżejjer tal-Fiġi, ir-Repubblika ta’ Gujana, il-Ġamajka, ir-Repubblika tal-Kenja, ir-Repubblika tal-Madagaskar, ir-Repubblika tal-Malawi, ir-Repubblika tal-Mawrizju, ir-Repubblika tal-Możambik, il-Federazzjoni ta’ Saint Kitts u Nevis, ir-Repubblika ta' Suriname, ir-Renju ta’ Sważilandja, ir-Repubblika Unita tat-Tanzanija, ir-Repubblika ta’ Trinidad u Tobago, ir-Repubblika ta’ l-Uganda, ir-Repubblika taż-Żambja u r-Repubblika taż-Żimbabwe

    (2007/627/KE)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 133, flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    Skond il-Protokoll 3 taz-zokkor mill-ACP li jidher fil-Konvenzjoni ta’ Lomé bejn l-ACP u l-KE ffirmata fit-28 ta’ Frar 1975 u d-dikjarazzjonijiet korrispondenti annessi ma’ dik il-Konvenzjoni (minn hawn 'il quddiem “il-Protokoll dwar iz-Zokkor”), li jinsab fil-Protokoll 3 mehmuż ma’ l-Anness V tal-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati ta’ l-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim ta’ Sħubija bejn l-ACP u l-KE”) (1), li fih il-Komunità Ewropea (KE) timpenja ruħha li tixtri u timporta, bi prezzijiet garantiti, kwantitajiet speċifiċi ta’ zokkor tal-kannamieli, mhux ipproċessat jew abjad, li joriġina fl-Istati firmatarji ta' l-ACP u li dawn l-Istati jimpenjaw ruħhom li jipprovdu lill-Komunità. Il-Protokoll taz-zokkor jipprovdi li l-Protokoll jista' jiġi denunzjat mill-Komunità fir-rigward ta’ kull Stat ACP u minn kull Stat ACP fir-rigward tal-Komunità, suġġett għal avviż ta’ sentejn minn qabel.

    (2)

    Id-dispożizzjonijiet kummerċjali attwali applikabbli għall-Istati ACP, stipulati fl-Anness V tal-Ftehim ta’ Cotonou, jiskadu fil-31 ta’ Diċembru 2007. Skond l-Artikolu 36 tal-Ftehim ta' Sħubija bejn l-ACP u l-KE, il-Ftehim Ekonomiċi ta' Sħubija (EPAs – Economic Partnership Agreements) se jipprovdu l-qafas ġuridiku l-ġdid għall-kummerċ ma' l-Istati ACP u se jieħdu post ir-reġim kummerċjali tal-Ftehim ta’ Sħubija bejn l-ACP u l-KE. L-Artikolu 36(4) tal-Ftehim ta’ Sħubija bejn l-ACP u l-KE jirrikjedi li l-partijiet jirrevedu l-Protokoll taz-zokkor fil-kuntest tan-negozjati ta’ l-EPA. Ir-rinunzja tal-Komunità mill-obbligi skond l-Artikolu I tal-GATT fir-rigward tal-preferenzi kummerċjali għall-Istati ACP skond il-Ftehim ta’ Cotonue, mogħtija mill-Konferenza Ministerjali ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ f’Doha fl-14 ta’ Novembru 2001, tiskadi wkoll fil-31 ta' Diċembru 2007.

    (3)

    Sabiex jiġi żgurat li r-reġim ta’ importazzjoni għaz-zokkor ikun inkluż fir-reġim ta’ importazzjoni previst mill-EPAs, jixraq li jittieħdu l-passi kollha meħtieġa biex tiġi żgurata t-terminazzjoni tal-Protokoll dwar iz-Zokkor, u kull impenn fihom, fi stadju kmieni biżżejjed fid-dawl tar-rekwiżit ta’ avviż sentejn minn qabel skond l-Artikolu 10 tal-Protokoll dwar iz-Zokkor.

    (4)

    L-arranġamenti tal-Protokoll taz-zokkor qdew kemm l-interessi ta' l-Istati ACP kif ukoll tal-Komunità billi taw garanzija għall-aċċess għal suq li jrendi lill-esportaturi ACP u billi assiguraw provvista regolari lir-raffinaturi taz-zokkor tal-kanna Komunitarji. Madanakollu, l-arranġamenti tal-Protokoll taz-zokkor ma jistgħux jibqgħu jinżammu. Fil-kuntest ta' suq taz-zokkor Komunitarju riformat, il-Komunità mhux ser tibqa' tiggarantixxi l-prezzijiet lill-produtturi taz-zokkor Ewropej minħabba li l-mekkaniżmu ta' intervent li kien hemm qabel qed jiġi gradwalment mitmum.

    (5)

    Fil-kuntest tat-tranżizzjoni lejn liberalizzazzjoni tal-kummerċ ACP-KE, il-kwantitajiet illimitati ma jistgħux jeżistu flimkien mal-garanziji tal-prezz u l-volum tal-Protokoll taz-zokkor. Fir-rigward tal-Pajjiżi l-anqas żviluppati, l-aċċess illlimitat għaz-zokkor jaqa' taħt l-inizjattiva Kollox Barra Armi (EBA) mill-1 ta' Lulju 2009. Ġaladarba l-bidu tat-tieni fażi tal-perijodu ta' tranżizzjoni hija prevista għall-1 ta' Ottubru 2009 ir-reġim taz-zokkor EBA għandu jiġi għaldaqstant aġġustat.

    (6)

    Id-denunzja ma tippreġudikax ftehim reċiproku sussegwenti bejn il-Komunità u l-Istati ACP dwar it-trattament taz-zokkor fil-kuntest ta’ l-EPAs komprensivi,

    (7)

    Jeħtieġ għalhekk li jiġi ddenunzjat il-Protokoll taz-zokkor skond l-Artikolu 10 tiegħu, u li kull Stat ACP firmatarju tal-Protokoll taz-zokkor jiġi nnotifikat b’din id-denunzja.

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Protokoll 3 taz-Zokkor ACP li jidher fil-Konvenzjoni ACP-KEE ta’ Lomé ffirmata fit-28 ta’ Frar 1975 u d-dikjarazzjonijiet korrispondenti annessi ma’ dik il-Konvenzjoni (minn hawn 'il quddiem “il-Protokoll taz-Zokkor”), li jinsab fil-Protokoll 3 mehmuż ma’ l-Anness V tal-Ftehim ta’ Sħubija bejn l-ACP u l-KE ffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, huwa b’dan iddenunzjat f'isem il-Komunità b’effett mill-1 ta’ Ottubru 2009 fir-rigward ta’ Barbados, Beliże, ir-Repubblika tal-Kongo, ir-Repubblika ta’ Côte d'Ivoire, ir-Repubblika tal-Gżejjer tal-Fiġi, ir-Repubblika ta’ Gujana, il-Ġamajka, ir-Repubblika tal-Kenja, ir-Repubblika tal-Madagaskar, ir-Repubblika tal-Malawi, ir-Repubblika tal-Mawrizju, ir-Repubblika tal-Możambik, il-Federazzjoni ta’ Saint Kitts u Nevis, ir-Repubblika ta' Suriname, ir-Renju ta’ Sważilandja, ir-Repubblika Unita tat-Tanzanija, ir-Repubblika ta’ Trinidad u Tobago, ir-Repubblika ta’ l-Uganda, ir-Repubblika taż-Żambja u r-Repubblika taż-Żimbabwe.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jaħtar il-persuna (persuni) bis-setgħa li jinnotifika(w) li’ ll-Gvernijiet ta’ Barbados, Beliże, ir-Repubblika tal-Kongo, ir-Repubblika tal-Côte d'Ivoire, ir-Repubblika tal-Gżejjer ta’ Fiġi, ir-Repubblika ta’ Gujana, il-Ġamajka, ir-Repubblika tal-Kenja, ir-Repubblika tal-Madagaskar, ir-Repubblika tal-Malawi, ir-Repubblika tal-Mawrizju, ir-Repubblika tal-Możambik, il-Federazzjoni ta’ Saint Kitts u Nevis, ir-Repubblika ta' Suriname, ir-Renju ta’ Sważilandja, ir-Repubblika Unita tat-Tanzanija, ir-Repubblika ta’ Trinidad u Tobago, ir-Repubblika ta’ l-Uganda, ir-Repubblika taż-Żambja u r-Repubblika taż-Żimbabwe bid-denunzja tal-Protokoll taz-zokkor skond l-Artikolu 1.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Settembru 2007.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. PINHO


    (1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3, rivedut fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (ĠU L 287, 28.10.2005, p. 4).


    Top