Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0609

2007/609/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l- 10 ta’ Settembru 2007 dwar it-tifsira tal-miżuri eliġibbli għall-finanzjament tal-Komunità fil-programmi għall-kontroll ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti u prodotti tal-pjanti f’dipartimenti Franċiżi barra mill-pajjiż, fl-Azores u Madeira (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4140)

ĠU L 242, 15.9.2007, pp. 20–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/609/oj

15.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 242/20


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-10 ta’ Settembru 2007

dwar it-tifsira tal-miżuri eliġibbli għall-finanzjament tal-Komunità fil-programmi għall-kontroll ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti u prodotti tal-pjanti f’dipartimenti Franċiżi barra mill-pajjiż, fl-Azores u Madeira

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4140)

(It-testi bil-Franċiż u bil-Portugiż biss huma awtentiċi)

(2007/609/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 tat-30 ta’ Jannar 2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar 'il-bogħod ta’ l-Unjoni (1) u b’mod partikolari t-tieni sentenza ta’ l-ewwel sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 17(3),

Billi:

(1)

Is-saħħa tal-pjanta ta’ l-uċuħ ta’ l-art agrikoli f’dipartimenti Franċiżi barra mill-pajjiż, fl-Azores u Madeira hija soġġetta għal problemi partikolari assoċjati mal-klima u l-ispeċifiċità ta’ organiżmi ta’ ħsara preżenti f’dawn ir-reġjuni. L-Istati Membri kkonċernati adottaw programmi ddisinjati sabiex jikkontrollaw dawn l-organizmi.

(2)

Regoli ġodda għall-kontribuzzjonijiet Komunitarji għal miżuri dwar is-saħħa tal-pjanti fir-reġjuni l-aktar imbiegħda ta’ l-Unjoni kienu adottati bir-Regolament (KE) Nru 247/2006. Konsegwentement, fir-rigward tad-dipartimenti Franċiżi barra mill-pajjiż, fl-Azores u Madeira, il-miżuri li għalihom huwa disponibbli l-finanzjament tal-Komunità u l-ispiża eliġibbli għandhom jerġħu jiġu mfissra.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/522/KEE tat-30 ta’ Settembru 1993 dwar it-tifsira tal-miżuri eliġibbli għall-finanzjament tal-Komunità fil-programmi għall-kontroll ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti u prodotti tal-pjanti f’dipartimenti Franċiżi barra mill-pajjiż, fl-Azores u Madeira (2) għandha għalhekk tiġi mibdula.

(4)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (3) tistipula miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew prodotti ta’ pjanti u kontra t-tixtrid tagħhom fil-Komunità.

(5)

Id-Deċiżjoni 93/522/KEE għandha għalhekk titħassar.

(6)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-miżuri fil-programmi għall-kontroll ta’ organiżmi ta’ ħsara fid-dipartimenti Franċiżi barra mill-pajjiż, fl-Azores u Madeira li huma eliġibbli għal finanzjament Komunitarju, skond l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 247/2006, huma definiti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Tali miżuri għandhom jorbtu mal-programmi kollha għall-kontroll ta’ organiżmi ta’ ħsara, jew parti minnhom, fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(1)(e) tad-Direttiva 2000/29/KE.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 93/522/KEE hija mħassra.

Referenzi għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2007.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża u r-Repubblika Portugiża.

Magħmula fi Brussell, 10 ta’ Settembru 2007

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 42, 14.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2013/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 13).

(2)   ĠU L 251, 8.10.1993, p. 35. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 96/633/KE (ĠU L 283, 5.11.1996, p. 58).

(3)   ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/41/KE (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 51).


ANNESS

MIŻURI ELIĠIBBLI U SPIŻA

PARTI A

Miżuri Eliġibbli

(1)

Miżuri li għandhom x’jaqsmu ma’ għarfien dwar is-sitwazzjoni fitosanitarja lokali:

(a)

studji u stħarriġ uffiċjali sabiex jinkiseb għarfien aħjar dwar is-sitwazzjoni lokali fir-rigward ta’ organiżmi ta’ ħsara:

(i)

deskrizzjoni ta’ organiżmi ta’ ħsara,

(ii)

valutazzjoni ta’ l-impatt ekonomiku ta’ organiżmi ta’ ħsara,

(iii)

valutazzjoni tar-riskju ta’ evoluzzjoni ta’ organiżmi ta’ ħsara;

(b)

studji u stħarriġ sabiex tinżamm sorveljanza ta’ żoni li għandhom jiġu mħarsa kontra l-introduzzjoni ta’ organiżmi ta’ ħsara;

(2)

miżuri preventivi kontra organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti u prodotti tal-pjanti:

(a)

miżuri preventivi meħuda fir-rigward ta’ pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħrajn suspettati li huma kkontaminati;

(b)

verifiki ta’ farms maħsuba sabiex jiżguraw il-konformità ta’ pjanti u prodotti tal-pjanti mar-rekwiżiti fitosanitarji;

(c)

l-organizzazzjoni ta’ stħarriġ fitosanitarju uffiċjali u t-twissija lil netwerks kontra l-kontaminazzjoni ta’ uċuħ ta’ l-art minn organiżmi ta’ ħsara;

(d)

esperimenti uffiċjali fil-laboratorju jew fuq l-art sabiex jinstabu mezzi kif tista’ tiġi evitata jew limitata l-ħsara kkawżata minn organiżmi ta’ ħsara:

(i)

riċerka dwar varjetajiet reżistenti,

(ii)

riċerka dwar metodi ta’ kontroll kimiku jew bijoloġiku jew metodi profilattiċi,

(iii)

studji dwar il-bijoloġija ta’ organiżmi ta’ ħsara;

(e)

studji dwar it-titjib ta’ metodi ta’ dijanjosi għal organiżmi ta’ ħsara;

(3)

miżuri ta’ kura kontra organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti u prodotti tal-pjanti:

(a)

l-implimentazzjoni ta’ programmi uffiċjali għal kontroll kollettiv ta’ organiżmi li huma ta’ ħsara għall-uċuħ ta’ l-art u flora naturali, inklużi l-foresti;

(b)

miżuri ta’ kura meħuda fir-rigward ta’ pjanti u prodotti tal-pjanti:

(i)

qerda,

(ii)

fumigazzjoni, trattament,

(iii)

testijiet tal-laboratorju;

(4)

miżuri ta’ appoġġ tekniku lil programmi għall-kontroll ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti u l-prodotti tal-pjanti:

(a)

it-tagħmir u t-tħaddim ta’ laboratorji li jwettqu dijanjosi jew li jistabbilixxu organiżmi ta’ ħsara għall-awtoritajiet uffiċjali tar-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Komunità.

(b)

kontribuzzjoni għat-twaqqif u t-tħaddim ta’ l-unitajiet ta’ produzzjoni għall-kontroll bijoloġiku;

(c)

kontribuzzjoni għat-twaqqif u t-tħaddim ta’ l-installazzjonijiet għall-fumigazzjoni u l-ħażna ta’ pjanti u prodotti tal-pjanti mibgħuta għal kontrolli tas-saħħa tal-pjanti;

(d)

taħriġ tekniku għall-persunal responsabbli għat-twettiq tal-programmi ta’ kontroll;

(e)

l-organizzazzjoni ta’ kampanji ta’ tagħrif uffiċjali għall-bdiewa jew persuni pubbliċi dwar metodi kollettivi u individwali għall-kontroll ta’ organiżmi ta’ ħsara, inklużi:

(i)

twaqqif u żvilupp ta’ netwerks ta’ tagħrif filosanitarju (kwalunkwe għamla),

(ii)

organizzazzjoni ta’ sessjonijiet ta’ taħriġ għall-bdiewa,

(iii)

organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ tagħrif uffiċjali mal-bdiewa, persuni pubbliċi u organizzazzjonijiet milquta mill-programmi ta’ kontroll.

PARTI B

Spiża Eliġibbli

(1)

spejjeż tal-persunal marbuta mal-forniment ta’ servizzi speċifiċi bħala parti mill-kuntratti dwar il-forniment ta’ servizzi;

(2)

oġġetti ta’ konsum u tagħmir użat għat-twettiq tal-miżuri;

(3)

xiri ta’ servizzi jew kiri ta’ mezzi ta’ trasport sakemm dawn ikunu meħtieġa għat-twettiq tal-miżuri.

Top