This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007D0604
2007/604/EC: Commission Decision of 7 September 2007 amending Decision 2006/415/EC concerning certain protection measures in relation to highly pathogenic avian influenza of the subtype H5N1 in poultry in Germany (notified under document number C(2007) 4141) (Text with EEA relevance )
2007/604/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 7 ta’ Settembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2006/415/KE dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward ta' l-influwenza ta' l-għasafar b'patoġeniċità għolja ħafna tas-subtip H5N1 fit-tjur ta’ l-irziezet fil-Ġermanja (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4141) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2007/604/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 7 ta’ Settembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2006/415/KE dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward ta' l-influwenza ta' l-għasafar b'patoġeniċità għolja ħafna tas-subtip H5N1 fit-tjur ta’ l-irziezet fil-Ġermanja (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4141) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 236, 8.9.2007, pp. 11–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2008
|
8.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 236/11 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-7 ta’ Settembru 2007
li temenda d-Deċiżjoni 2006/415/KE dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward ta' l-influwenza ta' l-għasafar b'patoġeniċità għolja ħafna tas-subtip H5N1 fit-tjur ta’ l-irziezet fil-Ġermanja
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4141)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2007/604/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar kontrolli veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-għan li jiġi kkompletat is-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kontrolli veterinarji u żootekniċi applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE ta’ l-20 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll ta’ l-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 63(3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/415/KE ta’ l-14 ta’ Ġunju 2006 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni fir-rigward ta’ l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja ħafna tas-sottotip H5N1 fit-tjur ta’ l-irziezet fil-Komunità u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2006/135/KE (4) tistipula ċerti miżuri ta' protezzjoni li għandhom jiġu applikati sabiex tiġi evitata l-firxa ta' din il-marda. Dawn il-miżuri jinkludu t-twaqqif ta’ żoni A u B, fejn il-miżuri ta’ protezzjoni għandhom jiġu applikati, wara suspett jew konferma ta’ tifqigħa tal-marda. L-Anness tad-Deċiżjoni 2006/415/KE jelenka ż-żoni A u B. |
|
(2) |
Wara tifqigħa ta' l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja ħafna tas-sottotip H5N1 fil-Land tal-Bavarja fil-Ġermanja, id-Deċiżjoni 2006/415/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2007/591/KE, sabiex jiġi emendat l-Anness tad-Deċiżjoni 2006/415/KE, fir-rigward taż-żoni għal dak l-Istat Membru. |
|
(3) |
Il-miżuri ta’ protezzjoni meħuda mill-Ġermanja skond id-Deċiżjoni 2006/415/KE, inkluż it-twaqqif taż-Żoni A u B, kif previst fl-Artikolu 4 ta' dik id-Deċiżjoni, issa ġew riveduti fi ħdan il-qafas tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali. |
|
(4) |
Barra minn hekk, fl-interess taċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, il-punti fl-Anness tad-Deċiżjoni 2006/415/KE li jirreferu għaż-żoni A u B fir-Repubblika Ċeka u l-Ġermanja fejn il-miżuri ta’ protezzjoni ma għadhomx applikabbli għandhom jitħassru. |
|
(5) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni 2006/415/KE għandha tiġi emendata skond dan. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 2006/415/KE huwa emendat bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Settembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33); verżjoni kkoreġuta (ĠU L 195, 2.6.2004, p. 12).
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).
(3) ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.
(4) ĠU L 164, 16.6.2006, p. 51. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/591/KE (ĠU L 222, 28.8.2007, p. 21).
ANNESS
“ANNESS
PARTI A
Iż-żona A kif stabbilita skond l-Artikolu 4 (2):
|
Kodiċi ISO tal-Pajjiż |
L-Istat Membru |
Iż-Żona A |
L-Artikolu 4(4)(b)(iii) huwa applikabbli sa |
|
|
Kodiċi (jekk disponibbli) |
Isem |
|||
|
DE |
IL-ĠERMANJA |
|
Iż-żona ta' 10km stabbilita madwar it-tifqigħa fil-komun ta' Wachenroth li tinkludi l-komuni li ġejjin kollha jew partijiet minnhom: |
6.10.2007 |
|
|
|
LANDKREIS ERLANGEN-HÖCHSTADT |
BIRKACH HÖCHSTADT A.D. AISCH LONNERSTADT MÜHLHAUSEN VESTENBERGSGREUTH WACHENROTH |
|
|
|
|
LANDKREIS NEUSTADT A.D. AISCH |
BURGHASLACH DACHSBACH GUTENSTETTEN MARKT TASCHENDORF MÜNCHSTEINACH UEHLFELD |
|
|
|
|
LANDKREIS BAMBERG |
BURGEBRACH BURGWINDHEIM POMMERSFELDEN SCHLÜSSELFELD |
|
PARTI B
Iż-żona B kif stabbilita skond l-Artikolu 4 (2):
|
Kodiċi ISO tal-Pajjiż |
L-Istat Membru |
Iż-Żona B |
L-Artikolu 4(4)(b)(iii) huwa applikabbli sa |
|
|
Kodiċi (jekk disponibbli) |
Isem |
|||
|
DE |
IL-ĠERMANJA |
|
Il-komuni ta': |
6.10.2007” |
|
|
|
LANDKREIS ERLANGEN-HÖCHSTADT |
ADELSDORF BIRKACH GREMSDORF HÖCHSTADT A.D. AISCH LONNERSTADT MÜHLHAUSEN VESTENBERGSGREUTH WACHENROTH WEISENDORF |
|
|
|
|
LANDKREIS NEUSTADT A.D. AISCH |
BAUDENBACH BURGHASLACH DACHSBACH GERHARDSHOFEN GUTENSTETTEN MARKT TASCHENDORF MÜNCHSTEINACH SCHEINFELD UEHLFELD |
|
|
|
|
LANDKREIS BAMBERG |
BURGEBRACH BURGWINDHEIM POMMERSFELDEN SCHLÜSSELFELD STEINACHSRANGEN |
|
|
|
|
LANDKREIS KITZINGEN |
GEISELWIND |
|