This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007D0580
2007/580/EC: Commission Decision of 24 April 2007 on the State aid scheme implemented by Slovenia in the framework of its legislation on qualified energy producers — Case No C 7/2005 (notified under document number C(2007) 1181) (Text with EEA relevance )
2007/580/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l- 24 ta’ April 2007 dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat implimentata mis-Slovenja fil-qafas tal-leġiżlazzjoni tagħha dwar il-produtturi ta’ l-enerġija kkwalifikati – Każ numru C 7/2005 (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1181) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2007/580/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l- 24 ta’ April 2007 dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat implimentata mis-Slovenja fil-qafas tal-leġiżlazzjoni tagħha dwar il-produtturi ta’ l-enerġija kkwalifikati – Każ numru C 7/2005 (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1181) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 219, 24.8.2007, pp. 9–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
24.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 219/9 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta’ l-24 ta’ April 2007
dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat implimentata mis-Slovenja fil-qafas tal-leġiżlazzjoni tagħha dwar il-produtturi ta’ l-enerġija kkwalifikati – Każ numru C 7/2005
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1181)
(Il-verżjoni Slovena biss hija awtentika)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2007/580/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subinċiż ta’ l-Artikolu 88(2) tiegħu;
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li talbet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom skond id-dispożizzjoni(jiet) msemmija hawn fuq (1),
Billi:
1. PROĊEDURA
|
(1) |
Permezz ta’ ittra li ġiet irreġistrata mill-Kummissjoni fl-1 ta’ Ottubru 2003, is-Slovenja ssottomettiet il-Programm għar-rifużjoni ta’ l-ispejjeż li mhumiex irkuprabbli (stranded costs) fl-impjanti li jiġġeneraw l-elettriku fir-Repubblika tas-Slovenja skond il-proċedura interim li hemm referenza għaliha fl-Anness IV, paragrafu 3, 1(c) tat-Trattat ta’ l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ta’ l-Estonja, ta’ Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, ta’ l-Ungerija, ta’ Malta, tal-Polonja, tas-Slovenja u tas-Slovakkja fl-Unjoni Ewropea. Din in-notifika ġiet irreġistrata bħala każ numru SI 7/03 dwar Għajnuna mill-Istat. |
|
(2) |
Fl-iskambju ta’ l-ittri li seħħ wara, deher li tnejn mill-impjanti ta’ l-enerġija msemmija fid-deskrizzjoni ġenerali tal-miżura nnotifikata, ibbenefikaw minn skema oħra ta’ Għajnuna mill-Istat. Din l-iskema oħra ta’ Għajnuna mill-Istat (iktar ‘il quddiem “l-iskema”) ġiet irreġistrata fis-6 ta’ Diċembru 2004 mill-Kummissjoni bħala każ numru NN 80/04 dwar Għajnuna mill-Istat. |
|
(3) |
Skond l-informazzjoni li kellha għad-dispożizzjoni tagħha, il-Kummissjoni kellha dubji dwar il-kumpatibbiltà ta’ ċerti partijiet mill-iskema mas-suq komuni. B’hekk, fit-2 ta’ Frar 2005, addottat deċiżjoni għall-ftuħ ta’ investigazzjoni formali skond l-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE (iktar ‘il quddiem “Id-Deċiżjoni tal-Ftuħ”) u talbet lis-Slovenja sabiex tissottometti l-kummenti tagħha. Id-deċiżjoni tal-ftuħ ġiet ippubblikata fil-15 ta’ Marzu 2005 fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (2). Il-partijiet interessati kollha ġew mistiedna sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom fi żmien xahar mid-data tal-pubblikazzjoni. |
|
(4) |
B’ittra datata 11 ta’ Marzu 2005, irreġistrata fl-14 ta’ Marzu 2005, is-Slovenja ssottomettiet il-kummenti tagħha dwar id-dubji sollevati fid-deċiżjoni tal-ftuħ. Fil-25 ta’ April 2005, fil-11 ta’ Lulju 2005, fit-23 ta’ Novembru 2005 u fit-22 ta’ Ġunju 2006, il-Kummissjoni bagħtet aktar mistoqsijiet lis-Slovenja, li ġew imwieġba rispettivament b’ittri datati l-14 ta’ Ġunju 2005, irreġistrata mill-Kummissjoni fl-istess ġurnata, l-20 ta’ Settembru 2005, irreġistrata mill-Kummissjoni fl-istess ġurnata, il-31 ta’ Jannar 2006, irreġistrata mill-Kummissjoni fl-istess ġurnata u s-7 ta’ Lulju 2006, irreġistrata mill-Kummissjoni fl-14 ta’ Lulju 2006. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kummenti minn partijiet interessati oħra. |
|
(6) |
Fil-25 ta’ Ottubru 2006, saret laqgħa teknika bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Sloveni li b’riżultat tagħha, permezz ta’ ittra datata t-23 ta’ Novembru 2006, irreġistrata mill-Kummissjoni fl-24 ta’ Novembru 2006, is-Slovenja pprovdiet lill-Kummissjoni b’informazzjoni ulterjuri. |
2. DESKRIZZJONI TA’ L-ISKEMA
|
(7) |
L-iskema ddaħħlet fl-2001 sabiex tappoġġa l-iġġenerar ta’ l-elettriku minn sorsi rinnovabbli ta’ l-enerġija u l-produzzjoni kkumbinata tas-sħana u ta’ l-enerġija fis-Slovenja, u sabiex tassigura provvista affidabbli ta’ enerġija minn sorsi indiġeni. |
|
(8) |
Sabiex ġeneratur jibbenefika mill-iskema, irid jiġi indikat bħala “produttur ikkwalifikat” mill-Ministeru ta’ l-Ambjent, tal-Ġestjoni ta’ l-Ispazju u ta’ l-Enerġija (3). |
|
(9) |
L-istat ta’ produttur ikkwalifikat jista’ jingħata lil tliet tipi ta’ ġeneraturi ta’ l-elettriku:
|
|
(10) |
Fl-2003, il'produtturi kkwalifikati kellhom sehem ta’ madwar 11.2 % mis-suq ta’ l-iġġenerar ta’ l-elettriku fis-Slovenja. Meta jiġu esklużi l-impjant ta’ Trbovlje u l-impjant għall-produzzjoni kkumbinata tas-sħana u ta’ l-enerġija f’Ljubljana, dan is-sehem jinżel għal madwar 2,7 %. |
|
(11) |
Il-produtturi kkwalifikati għandhom id-dritt li l-produzzjoni kollha tagħhom tinxtara mill-operatur tan-netwerk li jkunu mqabbdin miegħu, bi prezz li jkun stabbilit u aġġustat kull sena mill-Istat. Dan il-prezz huwa ogħla mill-prezz tas-suq. Il-produtturi kkwalifikati jistgħu jagħżlu wkoll li jbiegħu l-elettriku tagħhom direttament fuq is-suq, f’liema każ huma intitolati li jirċievu mill-Istat il-ħlas ta’ primjum li jkun jammonta għad-differenza bejn il-ħlas li kienu jirċievu kieku għażlu li jbiegħu l-elettriku tagħhom lill-operatur tan-netwerk tagħhom u l-ħlas li jkunu rċevew mis-suq. |
|
(12) |
L-operaturi tan-netwerk jirkupraw it-telf li jagħmlu mill-obbligu tax-xiri permezz ta’ ħlasijiet minn fond stabbilit bil-Liġi. Il-flus fil-fond jintużaw ukoll sabiex jitħallsu l-primjums lill-produtturi kkwalifikati li jagħżlu li jbiegħu l-elettriku tagħhom fuq is-suq. Il-fond jiġi ffinanzjat mill-qligħ li jsir minn taxxa parafiskali fuq il-konsum ta’ l-elettriku li tiġi imposta fuq il-konsumaturi kollha ta’ l-elettriku fis-Slovenja. |
3. IT-TĦASSIB MURI FID-DEĊIŻJONI TAL-FTUĦ TAL-PROĊEDIMENTI
|
(13) |
Wara l-analiżi ta’ l-informazzjoni li kellha għad-dispożizzjoni tagħha, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni preliminari li s-sostenn kien Għajnuna mill-Istat fit-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE peress li kien jilħaq l-erba’ kriterji kumulattivi tad-definizzjoni relevanti. |
|
(14) |
Il-Kummissjoni kellha wkoll dubji dwar jekk l-iskema setgħetx titqies kumpatibbli mas-suq komuni. |
|
(15) |
Fl-ewwel lok, il-Kummissjoni analizzat l-għajnuna fid-dawl tal-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali (4) (aktar ‘il quddiem “il-linji gwida ambjentali”). Din l-analiżi wasslet għal dubji dwar il-kumpatibbiltà ta’ l-għajnuna mal-linji gwida ambjentali, b’mod partikolati fil-każ tad-definizzjoni tal-produtturi li jużaw l-enerġija rinnovabbli u l-produzzjoni kkumbinata effiċjenti tas-sħana u ta’ l-enerġija (combined heat and power – CHP), u fil-każ tal-livell ta’ l-għajnuna, meta mqabbla ma’ l-ispejjeż reali żejda mħallsa mill-produtturi. |
|
(16) |
Fit-tieni lok analizzat l-għajnuna fid-dawl tal-Komunika tal-Kummissjoni relatata mal-metodoloġija għall-analiżi ta’ l-għajnuna mill-Istat li għandha x’taqsam ma’ l-ispejjeż mhux irkuprabbli (stranded costs) (5) (aktar ‘il quddiem “il-metodoloġija”). Din l-analiżi wasslet għal dubji dwar il-kumpatibbiltà ta’ l-iskema mal-metodoloġija. B’mod partikolari, il-Kummissjoni ma kinitx f’pożizzjoni li tikkonkludi li l-għajnuna kienet ġiet ikkalkulata b’mod preċiż biżżejjed sabiex l-impjant ta’ l-enerġija jkun jista’ jagħmel il-kalkoli li kienu meħtieġa skond din il-metodoloġija. |
|
(17) |
Fit-tielet lok, analizzat l-għajnuna bħala kumpens għat-tariffi relatati mas-servizzi ta’ l-interess ekonomiku ġenerali. Din l-analiżi wasslet għal dubji dwar il-kumpatibbiltà ta’ l-għajnuna peress li, għal ħafna mill-benefiċjarji, il-Kummissjoni ma kinitx f’pożizzjoni li tiddefinixxi s-servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali li kienu ser ikunu fdati bih b’mod preċiż biżżejjed, u għall-uniku benefiċjarju li għalih dan is-servizz seta’ jiġi ddefinit b’mod preċiż, ma kinitx f’pożizzjoni li tagħmel valutazzjoni dwar il-proporzjonalità tal-kumpens. |
|
(18) |
Il-Kummissjoni kellha wkoll dubji dwar jekk l-għajnuna, li hija ffinanzjata permezz ta’ taxxa parafiskali imposta fuq il-konsumaturi ta’ l-elettriku, hijiex kumpatibbli ma’ l-Artikolu 25 u 90 tat-Trattat tal-KE. |
4. KUMMENTI MINN PARTIJIET INTERESSATI OĦRA
|
(19) |
Wara d-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kummenti minn partijiet interessati oħra. |
5. L-KUMMENTI INIZJALI TA’ L-ISTAT MEMBRU
|
(20) |
B’ittra datata 11 ta’ Marzu 2005, irreġistrata fl-14 ta’ Marzu 2005, is-Slovenja ssottomettiet il-kummenti tagħha rigward id-dubji mqajma fid-deċiżjoni tal-ftuħ. Dawn il-kummenti kienu jirreferu biss għall-problema tad-definizzjoni ta’ l-għajnuna mill-Istat u għall-kunċett ta’ taxxa parafiskali. |
5.1. Eżistenza ta’ Għajnuna mill-Istat
|
(21) |
Is-Slovenja indikat li l-kumpaniji ta’ distribuzzjoni fis-Slovenja ma kinux mija fil-mija l-proprjetà ta’ l-Istat. Is-Slovenja tiddikjara li, fil-fatt, l-ishma f’dawn l-operaturi jinqasmu bejn l-Istat (madwar 80 %) u bejn kumpaniji privati ta’ l-investiment u oħrajn (madwar 20 %). Minn barra dan, il-leġiżlazzjoni tas-Slovenja ma’ tagħmel l-ebda distinzjoni, għall-għanijiet ta’ l-iskema ta’ l-obbligu tax-xiri, bejn l-operaturi li huma l-proprjetà ta’ l-Istat u dawk li huma proprjetà privata. L-Att ta’ l-Enerġija (6) ma jimponi l-ebda kundizzjoni li l-operatur ikun il-proprjetà ta’ l-Istat u jippermetti li l-operaturi jkunu jew proprjetà privata jew il-proprejtà ta’ l-Istat. |
|
(22) |
Fl-opinjoni tas-Slovenja, il-fatt li korp partikolari involut fl-iskema ta’ l-obbligu tax-xiri huwa l-proprjetà ta’ l-Istat ma jfissirx, fuq din il-bażi biss, li dan jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Saret referenza għas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea tat-13 ta’ Marzu 2001 fil-każ C-379/98. |
|
(23) |
Minn barra dan, is-Slovenja ssostni li s-sistema ta’ xiri ta’ l-elettriku minn produtturi kkwalifikati, kif stabbilit fir-regoli tas-Slovenja, hija simili ħafna għal skemi oħra eżaminati mill-Kummissjoni, eż fil-każijiet NN 27/2000 u NN 68/2000 (7), li fihom il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienet involuta l-ebda għajnuna mill-Istat. Skond is-Slovenja, fis-sentenzi mogħtija f’dawk iż-żewġ każijiet, il-Kummissjoni sabet li, peress li l-obbligu kien japplika kemm għal diversi operaturi tan-netwerk privati, kif ukoll għal xi operaturi tan-netwerk pubbliċi, il-liġijiet jew pjuttost il-każijiet in kwistjoni ma setgħux jitqiesu bħala li jinvolvu riżorsi mill-Istat. |
|
(24) |
Minħabba l-kunsiderazzjonijiet msemmija hawn fuq u meta titqies is-sistema kif inhi bħalissa, is-Slovenja tikkunsidra li, sakemm il-fondi, min-natura tagħhom, ma jiġux mir-riżorsi ta’ l-Istat, il-kwistjoni tal-proprjetà tal-korpi involuti ma tistax weħidha tbiddel din in-natura. |
|
(25) |
Minn barra dan, skond is-Slovenja, il-kontribuzzjonijiet mandatorji li impriża pubblika tirċievi, ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat meta l-impriża in kwistjoni ma jkollhiex id-dritt li tiddisponi minn dawk il-fondi liberament. Fil-każ ta’ l-obbligu tax-xiri, il-finanzjament ta’ l-iskema jiġi mit-tariffa għall-użu tan-netwerk imħallsa mill-utenti kollha ta’ l-elettriku, li parti minnha tinġabar mill-operaturi tan-netwerk f’kontijiet separati b’għan determinat minn qabel. |
5.2. Taxxa Parafiskali
|
(26) |
Is-Slovenja indikat li l-iskema ta’ l-obbligu tax-xiri hija ffinanzjata minn parti mit-tariffa għall-użu tan-netwerk imħallsa mill-utenti kollha ta’ l-elettriku taħt kundizzjonijiet identiċi li jkunu magħrufa minn qabel. Il-komponenti tat-tariffa għall-użu tan-netwerk jiġu ddeterminati mill-Aġenzija ta’ l-Enerġija (ir-regolatur tas-suq ta’ l-enerġija) u l-Gvern. Id-differenza fil-prezz tiġi koperta b’mekkaniżmu li permezz tiegħu l-operaturi tan-netwerk jixtru l-elettriku bi prezz fiss u jbigħuh bil-prezz tas-suq. Kwalunkwe telf li jagħmlu minħabba dan jiġi kopert minn parti mit-tariffa għall-użu tan-netwerk. Għalhekk, l-operaturi li għandhom l-obbligu tax-xiri jirċievu l-fondi mhux mill-Istat iżda minn parti mit-tariffa għall-użu tan-netwerk. |
|
(27) |
L-operaturi jridu jallokaw dawn il-fondi f’kont speċjali. Il-fondi jservu wkoll bħala sors għall-ħlas tal-primjum addizzjonali meta produtturi kkwalifikati jbiegħu parti mill-elettriku tagħhom b’mod indipendenti jew permezz ta’ intermedjarju. |
|
(28) |
Is-Slovenja ddikjarat li l-iskema la tinkorpora fond mill-Istat u lanqas kwalunkwe tip ta’ fond ieħor li permezz tiegħu jiġu ttrasferiti r-riżorsi. Ir-riżorsi sabiex tiġi ffinalizzata l-iskema ma jistgħux jitqiesu bħala li ġejjin minn taxxa parafiskali peress li ma joħorġux mill-baġit ta’ l-Istat u lanqas jistgħu jiġu attribwiti lill-Istat. |
6. AKTAR INFORMAZZJONI SOTTOMESSA MIS-SLOVENJA
|
(29) |
Is-Slovenja, b’aktar korrispondenza mal-Kummissjoni, issottomettiet informazzjoni u impenji addizjonali dwar l-iskema. |
Enerġija rinnovabbli
|
(30) |
Is-Slovenja pprovdiet informazzjoni ġdida li kienet tagħti dettalji dwar l-għanijiet tal-protezzjoni ambjentali ta’ l-iskema. L-ewwelnett, l-iskema ġiet imfassla sabiex tikkontribwixxi għall-għanijiet ġenerali tal-politika ambjentali:
|
|
(31) |
Il-miri msemmija jinkludu miri għall-produzzjoni konġunta u għas-sorsi rinnovabbli ta’ l-enerġija, li t-tnejn jaqgħu taħt l-iskema tax-xiri ta’ l-elettriku. Dawn il-miri huma konsistenti mal-miri stabbiliti għas-Slovenja, fost oħrajn, mid-Direttiva 2001/77/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2001 fuq il-promozzjoni ta' elettriku prodott minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli fis-suq intern ta' l-elettriku (8). Id-Direttiva 2001/77/KE tistabbilixxi miri indikattivi għall-Istati Membri individwali. L-għan għas-Slovenja huwa li sa l-2010 jintlaħaq proporzjon ta’ 32 % konsum ta’ elettriku minn sorsi rinnovabbli. |
|
(32) |
In-numru totali ta’ l-impjanti ta’ l-enerġija li minnhom jinxtara l-elettriku taħt l-iskema huwa 434, li minnhom 430 huma mqabbda man-netwerk tad-distribuzzjoni u 4 man-netwerk tat-trasmissjoni. Iżjed minn 90 % ta’ l-impjanti ta’ l-enerġija li huma mqabbdin man-netwerk tad-distribuzzjoni huma impjanti li jużaw il-qawwa ta’ l-ilma u l-bqija huma impjanti ta’ l-enerġija tal-bijomassa, impjanti li jużaw il-qawwa tax-xemx u impjanti tas-CHP. |
|
(33) |
L-iskema daħlet fis-seħħ wara d-Digriet dwar regoli sabiex jiġu ddeterminati l-prezzijiet u x-xiri ta’ l-elettriku minn produtturi ta’ l-elettriku kkwalifikati (9), li daħal fis-seħħ fl-4 ta’ April 2002. |
|
(34) |
Id-diversi ftehim għax-xiri ta’ l-elettriku, li bħalissa huma fis-seħħ bejn l-impjanti ta’ l-enerġija kkwalifikati u l-operaturi tan-netwerk jew tas-sistema, ġew konklużi għal perjodu ta’ għaxar snin. |
|
(35) |
Is-Slovenja spjegat li, skond l-Artikolu 4 ta’ l-Att ta’ l-Enerġija ta’ l-1999, is-sorsi rinnovabbli ta’ l-enerġija huma definiti kif stabbilit fid-Direttiva 2001/77/KE. |
|
(36) |
L-għan ewlieni ta’ l-iskema hu li tiżgura l-kundizzjonijiet ekonomiċi xierqa għall-iżvilupp u għall-implimentazzjoni ta’ proġetti ġodda għall-impjanti ta’ l-enerġija kkwalifikati individwali (fil-każ tas-sors u tad-daqs ta’ l-enerġija primarja) sabiex jiġu kkalkolati l-prezzijiet tax-xiri ta’ tipi individwali ta’ impjanti ta’ l-enerġija kkwalifikati li jiggarantixxu mill-inqas il-qligħ minimu neċessarju sabiex ikunu jistgħu jsiru investimenti ġodda. L-ammont ta’ l-għajnuna jew primjum jiġi kkalkolat bħala d-differenza bejn il-prezz tax-xiri annwali u uniformi u l-prezz tas-suq medju ta’ l-elettriku. Jekk il-prezz tas-suq jiżdied, il-primjums jiġu mnaqqsa kif xieraq. |
|
(37) |
It-tabella ppreżentata hawn isfel tqabbel l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-produtturi kkwalifikati; il-kategoriji tat-teknoloġija ta’ l-impjant ta’ l-enerġija u tad-daqs jiġu mqabbla mal-primjum offrut mill-iskema. It-tabella hija stabbilita bl-ipoteżi tal-prezz tas-suq medju ta’ 8 SIT/kWh. Dan il-valur iservi biss bħala referenza peress li, fil-każ taż-żieda fil-prezzijiet tas-suq, il-primjums jonqsu kif xieraq. |
|
(38) |
Fil-każijiet kollha, l-ispejjeż tal-produzzjoni huma ogħla, kemm mill-prezz tas-suq medju, kif ukoll mill-prezz tax-xiri uniformi ggarantit taħt l-iskema tal-produtturi kkwalifikati. Tabella 1 Tqabbil bejn l-ispejjeż tal-produzzjoni ta’ l-impjanti kkwalifikati ta’ l-enerġija u l-prezz tax-xiri fl-iskema
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(39) |
Fuq il-bażi ta’ l-analiżi ta’ l-ispejjeż u tal-kalkolu ekonomiku tal-kategoriji tat-taqsimiet ta’ l-impjanti ta’ l-enerġija kkwalifikati, kif jidher fit-tabella ta' hawn taħt, jirriżulta li l-valur nett attwali (net present value – NPV) tal-prezzijiet tax-xiri li ġie applikat fl-iskema ma jaqbiżx l-NPV ta’ l-ispejjeż kollha ta’ l-investiment fi kwalunkwe mill-impjanti kkwalifikati ta’ l-enerġija. Tabella 2 Tqabbil ta’ l-NPV tal-prezzijiet tax-xiri ma’ l-ispejjeż għall-investiment ta’ l-impjanti ta’ l-enerġija kkwalifikati individwali
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(40) |
Il-primjums għall-impjanti ta’ l-enerġija kkwalifikati individwali jinkludu wkoll il-qligħ fuq il-kapital preskritt mil-leġiżlazzjoni tas-Slovenja – dan jammonta għar-rata minima ta’ skont ta’ 8 % fuq investimenti minn fondi pubbliċi. In-nuqqas ta’ aġġustament tal-prezzijiet tax-xiri u tal-primjums kien ifisser li l-qligħ attwali ta’ l-impjanti ta’ l-enerġija kkwalifikati kollha li jużaw sorsi rinnovabbli ta’ l-enerġija huwa inqas minn 8 %, kif jidher fit-tabella ppreżentata hawn isfel. Fil-każ ta’ l-impjanti li jaħdmu bil-qawwa tax-xemx, il-primjum ma jippermetti li jsir ebda qligħ fuq il-kapital (qligħ negattiv), b’mod partikolari fil-każ ta’ l-impjanti ta' daqs żgħir u medju. Tabella 3 Qligħ fuq il-kapital għall-impjanti ta’ l-enerġija kkwalifikati individwali
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-produzzjoni kkumbinata tas-sħana u ta’ l-enerġija
|
(41) |
Is-Slovenja tispjega li l-impjanti l-ġodda tas-CHP huma l-parti l-kbira mgħammra bit-turbini tal-gass, li, meta jkunu qegħdin jaħdmu, jiksbu effiċjenza elettrika ta’ bejn 37 % u 40 % u effiċjenza ġenerali ogħla minn 80 %. Turbini ġodda iżgħar jiksbu effiċjenza elettrika ta’ aktar minn 30 % u effiċjenza ġenerali ogħla minn 80 % ukoll. Peress li l-effiċjenza elettrika medja ta’ l-impjanti ta’ l-enerġija termali konvenzjonali fis-Slovenja hija madwar 31 %, dan juri t-tfaddil kbir fl-enerġija primarja (bejn 15 % u 25 %) li jirriżulta jekk l-elettriku jiġi ġġenerat f’impjant għall-produzzjoni konġunta u jekk isir użu tajjeb mis-sħana. |
|
(42) |
L-effiċjenza operattiva ta’ l-impjanti kkwalifikati tas-CHP tiġi stabbilita b’mod li jikkonforma mal-kriterji ta’ l-effiċjenza tad-Direttiva 2004/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 fuq il-promozzjoni ta' koġenerazzjoni bbażata fuq id-domanda għal sħana utli fis-suq intern ta' l-enerġija, li temenda d-Direttiva 92/42/KEE (10) |
|
(43) |
Is-Slovenja wriet li l-ispejjeż tal-produzzjoni ta’ l-elettriku fl-impjanti kkwalifikati tas-CHP huma, fil-każijiet kollha, ogħla mill-prezz tax-xiri ta’ l-iskema, li l-NPV tal-primjums huwa inqas mill-ispejjeż ta’ l-investimenti, u li l-qligħ fuq l-investiment huwa inqas minn 4,20 % (ara l-aħħar tliet linji tat-tabelli kollha ppreżentati hawn fuq). Il-kalkoli jikkunsidraw il-qligħ li jsir mill-użu tas-sħana. |
Is-sigurtà tal-provvista
|
(44) |
Is-Slovenja daħħlet fis-seħħ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali fil-qasam tas-sigurtà tal-provvista ta’ l-elettriku. Skond l-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2003/54/KE, dan is-servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali huwa bbażat fuq l-iġġenerar ta’ l-elettriku bl-użu ta’ sorsi domestiċi tal-fjuwils fossili. Għal dan il-għan, fis-sena s-Slovenja tuża 600 000 tunnellata faħam kannella għall-iġġenerar ta’ l-elettriku. Il-faħam kannella huwa l-uniku sors ta’ fjuwil fossili li huwa disponibbli fis-Slovenja. Peress li l-faħam kannella jintuża l-aħjar f’waħda mit-taqsimiet ta’ l-impjant ta’ Trbovlje (TET2, li jinsab ħdejn minjiera tal-faħam kannella) hija r-responsabbilità ta’ Trbovlje li jilħaq dan l-impenn. Ġie deċiż li dan l-ammont ta’ elettriku jista’ jinxtara permezz tas-sistema ggarantita tax-xiri. |
|
(45) |
L-elettriku korrispondenti jinxtara bi prezz li jiġi vverifikat kull sena mill-awtoritajiet u li jikkorrispondi għall-ispejjeż tal-produzzjoni ta’ l-elettriku fl-impjant ta’ Trbovlje. L-ebda element ta’ qligħ m’huwa inkluż fil-prezz tax-xiri. |
|
(46) |
Is-Slovenja pprovdiet it-tabella li jmiss, u din tagħti valutazzjoni ta’ l-ammont ta’ għajnuna li ngħatat lill-intrapriża fis-snin li għaddew: Tabella 4 Valutazzjoni ta’ l-ammont ta’ għajnuna
|
|
(47) |
L-użu tal-faħam kannella domestiku huwa, fil-prinċipju, possibbli wkoll fl-impjant ta’ l-enerġija ta’ Šoštanj, li għandu ħames taqsimiet, li tnejn minnhom huma iżjed ġodda u mgħammra b’apparat ta’ tindif tal-gass flue u li tlieta minnhom huma eqdem u m’għandhomx apparat ta’ tindif. Dawn it-taqsimiet jaħarqu l-faħam minn minjiera tal-faħam fil-qrib u, f’ċerti kundizzjonijiet, jistgħu jaħarqu wkoll il-faħam kannella. Iż-żewġ taqsimiet l-iżjed ġodda l-ħin kollu jaħarqu l-lignite minn minjiera tal-faħam fil-qrib. Il-kapaċità tal-minijiera tal-faħam tissodisfa bejn wieħed u ieħor lil dawk iż-żewġ taqsimiet. Il-ħruq tal-faħam kannella jkun possibbli biss fl-eqdem tliet taqsimiet, li ma jintużawx fil-kapaċità sħiħa tagħhom u li għad għandhom xi riżervi operattivi. Din l-għażla, iżda tqajjem id-diffikultajiet li ġejjin:
Għar-raġunijiet imsemmija hawn jidher li l-ħruq tal-faħam kannella fit-taqsimiet f’Šoštanj ma jistax jiġi ġġustifikat ekonomikament. |
|
(48) |
L-unika possibilità oħra hija li l-faħam kannella jiġi maħruq fl-impjanti ta’ l-enerġija termali u tal-produzzjoni tas-sħana f’Ljubljana (TE-TOL) li, sa l-2000 kien juża l-faħam kannella domestiku bħala s-sors ewlieni ta’ l-enerġija tiegħu. Peress li t-taqsimiet f’TE-TOL m’għandhomx inkluż apparat ta’ tindif tal-gass flue, ma jistgħux jaħarqu aktar il-faħam kannella mis-Slovenja peress li dan fih bejn 2,2 u 2,5 % kubrit. TE-TOL waqaf jaħraq il-faħam kannella domestiku għal dik ir-raġuni u issa jaħraq biss il-faħam importat mill-Indoneżja, li għandu kontenut ta’ kubrit ferm iżjed baxx (< 0,5 %), u għalhekk, l-impjant m’għandux bżonn l-apparat li jneħħi l-kubrit mill-gass flue. Ma jkunx ekonomiku li t-taqsimiet ta’ TE-TOL jiġu mgħammra b’apparat ta’ tindif tal-gass flue. |
|
(49) |
Is-Slovenja mpennjat ruħha sabiex tassigura li mhux iżjed minn 15 % ta’ l-enerġija primarja ġenerali, neċessarja sabiex tiġi prodotta l-enerġija li tiġi kkunsmata fis-Slovenja fi kwalunkwe sena kalendarja, tirċievi l-għanuna mill-Istat għas-sigurtà tal-provvista. |
Akkumulazzjoni
|
(50) |
L-iskema ta’ l-obbligu tax-xiri tipprovdi sabiex jiġu koperti biss parti mill-ispejjeż ta’ deprezzament tal-produttur ikkwalifikat. |
|
(51) |
Ir-Regoli dwar l-allokazzjoni tal-fondi għall-promozzjoni ta’ l-isfruttar tar-riżorsi rinnovabbli ta’ l-enerġija, l-użu effiċjenti ta’ l-enerġija u s-CHP (11) ippermettew li tingħata għajnuna għall-investiment fl-impjanti ta’ l-enerġija li jużaw sorsi rinnovabbli u fl-impjanti tas-CHP. L-għajnuna għall-investiment fl-impjanti bħal dawn, iżda, ġiet revokata taħt ir-Regoli l-ġodda dwar l-allokazzjoni tal-fondi għall-promozzjoni ta’ l-użu effiċjenti ta’ l-enerġija u l-użu tar-riżorsi ta’ l-enerġija (12). Saru eċċezzjonijiet għall-impjanti ta’ l-enerġija li m’humiex mqabbdin mal-gradilja pubblika li ma jibbenefikawx mill-iskema, u għall-impjanti b’kapaċità sa 10 MW li jużaw sorsi rinnovabbli ta’ l-enerġija u li jużaw teknoloġija ġdida jew qadima li fiha, minħabba l-prezz għoli ta’ l-iġġenerar ta’ l-elettriku, il-prezz għax-xiri ta’ l-elettriku mhuwiex għoli biżżejjed sabiex jiġi assigurat li l-investiment iħalli qligħ. It-tip tat-teknoloġija li hija eliġibbli għall-għoti ta’ l-inċentivi tiġi determinata permezz ta’ sejħiet perjodiċi għall-offerti. |
|
(52) |
Sabiex tiġi evitata akkumulazzjoni eċċessiva, l-Artikolu 14 tad-Digriet dwar ir-regoli li jiddeterminaw l-prezzijiet u x-xiri ta’ l-elettriku minn produtturi ta’ l-enerġija kkwalifikati, jistabbilixxi li meta produttur kkwalifikat ikun irċieva kwalunkwe sussidju għall-kostruzzjoni ta’ impjant ta’ l-enerġija, il-prezz garantit tax-xiri jiġi mnaqqas b’mod proporzjonat. |
|
(53) |
Skond dak l-artikolu, produttur ikkwalifikat ta’ l-elettriku jrid, meta jiffirma ftehim għax-xiri ta’ l-elettriku ma’ l-operatur tan-netwerk li miegħu jkun imqabbad, jiddikjara l-ammont ta’ kwalunkwe sussidju li jkun irċieva għall-kostruzzjoni ta’ impjanti ta’ l-enerġija. L-ammont iddikjarat jintuża bħala bażi sabiex jiġi kkalkulat it-tnaqqis fil-prezz tax-xiri ggarantit. Fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq, il-prezz iggarantit tax-xiri għall-impjanti ta’ l-enerġija (skond it-tip ta’ l-impjant u l-enerġija kkalkolata) jiġi mnaqqas b’5 % għal kull 10 % ta’ l-Għajnuna ta’ l-Istat li jirċievi meta mqabbel ma’ l-ammont ta’ l-investiment fl-impjant ta’ l-enerġija. |
|
(54) |
Id-dispożizzjonijiet tad-Digriet huma bbażati fuq il-premessa li l-prezz garantit kollu għall-elettriku mill-produtturi kkwalifikati jkopri l-ispejjeż fissi u l-ispejjeż varjabbli. Il-proporzjon medju ta’ l-ispejjeż fissi u ta’ dawk varjabbli huwa stmat li huwa 50:50. |
|
(55) |
Is-Slovenja obbligat ruħha li ttejjeb ir-regola tat-tnaqqis sabiex taddattaha b’mod iżjed preċiż għall-għażla bejn l-ispejjeż fissi u dawk varjabbli skond it-teknoloġiji. |
L-Impenji ta’ l-Istat Membru
|
(56) |
Is-Slovenja obbligat ruħha li tħejji l-emendi għar-regoli dwar l-elettriku minn sorsi rinnovabbli ta’ l-enerġija u mis-CHP sabiex tbiddel is-sehem attwali ta’ finanzjament ta’ l-iskema. Dawn l-emendi ser jiġu introdotti sabiex l-iskema ta’ sostenn issir kumpatibbli ma’ l-Artikoli 25 u 90 tat-Trattat tal-KE:
|
7. EVALWAZZJONI
7.1. Id-Direttivi eżistenti tal-komunità dwar il-produzzjoni ta’ l-elettriku
|
(57) |
Il-produzzjoni ta’ l-elettriku hija soġġetta għad-dispożizzjonijiet ta’ diversi Direttivi tal-Komunità, inklużi, b’mod partikolari d-Direttiva 2003/54/KE, id-Direttiva 2001/77/KE u id-Direttiva 2004/8/KE. |
|
(58) |
L-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2003/54/KE jipprovdi: “F’kunsiderazzjoni sħiħa lejn id-dispożizzjonijiet relevanti tat-Trattat, b’mod partikolari l-Artikolu 86 miġjub fih, l-Istati Membri jistgħu jimponu fuq impriżi li jkunu qed jaħdmu fis-settur ta’ l-elettriku, u fl-interess ekonomiku ġenerali, l-obbligi tas-servizz pubbliku li jistgħu jkunu marbuta mas-sigurtà, inkluża s-sigurtà tal-provvista, ir-regolarità, il-kwalità u l-prezz tal-provvisti u l-protezzjoni ta’ l-ambjent, inklużi l-effiċjenza ta’ l-enerġija u l-protezzjoni tal-klima”. |
|
(59) |
L-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2003/54/KE jistabbilixxi: “Stat Membru jista’, għal raġunijiet ta’ sigurtà tal-provvista, jitlob li għandha tingħata prijorità għad-dispaċċ ta’ stallazzjonijiet ta’ ġenerazzjoni li jkunu jużaw għejun ta’ karburant ta’ enerġija primarja indiġena, sa livell li ma jkunx jeċċedi f’sena kalendarja aktar minn 15 % ta’ l-enerġija primarja ġenerali meħtieġa biex tipproduċi l-elettriku li jiġi kkunsmat fl-Istat Membru konċernat”. |
|
(60) |
Id-Direttiva 2001/77/KE tistabbilixxi miri nazzjonali indikattivi għall-konsum ta’ l-elettriku minn sorsi rinnovabbli ta’ l-enerġija. L-Artikolu 3 tagħha jistabbilixxi li: “1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi xierqa biex jinkoraġġixxu konsum akbar ta’ elettriku prodott minn sorsi ta’ l-enerġija rinnovabbli skond il-miri indikattivi nazzjonali msemmija fil-paragrafu 2. Dawn il-passi għandhom ikunu fi proporzjon ma’ l-oġġettiv li għandu jintlaħaq. 2. Mhux aktar tard mis-27 ta’ Ottubru 2002, u kull ħames snin wara, l-Istati Membri għandhom jaddottaw u jippubblikaw rapport li jiffissa miri indikattivi nazzjonali għall-konsum futur ta’ l-elettriku prodott minn sorsi ta’ l-enerġija rinnovabbli f’termini ta’ perċentwali ta’ konsum ta’ l-elettriku għall-għaxar snin li jmiss. Dan ir-rapport għandu juri l-miżuri meħuda jew ippjanati, fil-livell nazzjonali, biex jintlaħqu dawn il-miri indikattivi nazzjonali. Biex jintlaħqu dawn il-miri sas-sena 2010, l-Istati Membri għandhom:
|
|
(61) |
L-anness tad-Direttiva 2001/77/KE, kif emendat bl-Att ta’ l-Adeżjoni jistabbilixxi mira nazzjonali ta’ 33,6 % għas-Slovenja. |
7.2. Valutazzjoni ta’ l-għajnuna għall-elettriku li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent (green electricity) u lill-produtturi konġunti tas-sħana u ta’ l-enerġija
7.2.1. L-eżistenza ta’ l-għajnuna fit-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat ta’ l-KE
|
(62) |
Sabiex miżura tkun Għajnuna mill-Istat fit-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE, din għandha tagħti vantaġġ kompetittiv b’mod speċifiku, għandha taffettwa jew thedded li taffettwa l-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri u għandha tinvolvi r-riżorsi ta’ l-Istat. |
|
(63) |
Il-fatt li l-iskema hija speċifika huwa ċar peress li tiffoka biss fuq ċerti impjanti ta’ l-enerġija. Il-fatt li tagħti vantaġġ lil dawn l-impjanti ta’ l-enerġija huwa ċar ukoll peress li l-mira tas-sistema hija li tippermetti lil dawn l-impjanti sabiex ibiegħu l-elettriku tagħhom bi prezz li huwa ogħla mill-prezz tas-suq. |
|
(64) |
L-elettriku jiġi mpartat bejn l-Istati Membri. Id-Direttiva 2003/54/KE, iġġib fit-tmiem il-proċess ta’ ħolqien tas-suq intern ta’ l-elettriku li nbeda mid-Direttiva 96/92/KE. In-netwerk tas-Slovenja huwa mqabbad b’mod partikolari ma’ dak ta’ l-Awstrija u ta’ l-Italja. Is-Slovenja tpartat l-elettriku mal-ġirien tagħha. Fl-2004, per eżempju, is-Slovenja impurtat 6 314 GWh ta’ elettriku u esportat 7 094 GWh (13). Il-miżura għalhekk, għandha impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
|
(65) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li is-Slovenja ma kinitx qajmet dubji dwar it-twettiq ta’ kwalunkwe wieħed mit-tliet kriterji msemmija hawn fuq. |
|
(66) |
Dwar ir-raba’ kriterju, l-involviment tar-riżorsi ta’ l-Istat, il-Kummissjoni ma taqbilx ma’ l-argument tas-Slovenja li s-sistema hija bħal dik eżaminata mill-Qorti fis-sentenza PreussenElektra. |
|
(67) |
Id-differenza bejn iż-żewġ sistemi tinstab fil-mekkaniżmu tal-finanzjament tagħhom. Fi PreussenElektra, it-tariffa garantita (feed-in tariff) ġiet iffinanzjata direttament mill-impriżi privati li jipprovdu l-elettriku, li kellhom jixtru l-elettriku bi prezz li kien ogħla mill-prezz tas-suq minn produtturi ta’ l-elettriku rinnovabbli. Fil-każ preżenti, l-ispejjeż li jirriżultaw mit-tariffa garantita (feed-in tariff) jiġu ffinanzjati permezz ta’ tariffa parafiskali. |
|
(68) |
F’dan il-każ, il-Kummissjoni tieħu nota tal-fatt li l-iskema hija ffinanzjata permezz tad-dħul minn taxxa imposta mill-Istat. Id-dħul mit-taxxa imbagħad jitqiegħed f’kont amministrat mill-awtoritajiet pubbliċi, mhux bħal fil-każ PreussenElektra. L-awtoritajiet pubbliċi jallokaw ir-riżorsi fil-kont skond skema ta’ distribuzzjoni stabbilita bil-liġi. |
|
(69) |
Il-prattika kostanti tal-Kummissjoni hija li tikkunsidra d-dħul minn dawn it-taxxi bħala riżorsi ta’ l-Istat (14). Din il-prattika timxi mal-każistika tal-Qorti fejn id-dħul mit-taxxi imposti mill-Istat, li jitqiegħed f’fondi magħżula mill-Istat u li jintuża sabiex ċerti kumpaniji jiġu vvantaġġati jitqies bħala riżors ta’ l-Istat. (Ara per eżempju s-sentenzi tal-Qorti fil-każijiet C-173/73 (15) u C-78/79 (16).) |
|
(70) |
Fis-Sentenza Pearle (17), il-Qorti ddikjarat li d-dħul minn taxxa parafiskali imposta minn bord kkontrollat pubblikament fuq il-membri tiegħu ma jistax jitqies bħala riżors ta’ l-Istat. It-taxxa ġiet deċiża mill-professjonisti fuq il-bord fis-settur ta’ l-ottika u ġiet imposta fuq kull membru tas-settur. Intużat sabiex tiffinanzja r-riklamar għall-benefiċċju tas-settur, jiġifieri tal-kontributuri nnifishom. |
|
(71) |
Il-Qorti ddeċidiet li l-miżura ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat peress li d-deċiżjoni li tiġi stabbilita taxxa ma setgħetx tiġi attribwita lill-Istat u peress li d-dħul mit-taxxa ma kienx riżors ta’ l-Istat. |
|
(72) |
Għall-kuntrarju għas-sistema studjata mill-Qorti, l-imputabilità lill-Istat hija ċara ħafna fil-każ preżenti, peress li huwa l-Istat innifsu li ħoloq it-taxxa permezz ta’ Liġi. |
|
(73) |
Rigward l-oriġini tal-fondi, il-Kummissjoni tinnota li dan huma differenti mill-oriġini tal-fondi li kienu nvoluti fis-Sentenza msemmija hawn fuq peress li l-flus ma jinġabrux mill-kontribuzzjonijiet ta’ l-impriżi li jibbenefikaw mill-miżuri, iżda pjuttost mill-klijenti kollha li jixtru l-elettriku, sew jekk mill-benefiċjarji ta’ l-iskema jew mill-kompetituri tagħhom. Mekkaniżmu bħal dan ma setax jinkiseb mill-assoċjazzjoni ta’ l-impriżi bħal dik li ġiet ikkunsidrata fis-Sentenza. Turi n-natura verament fiskali ta’ l-iskema, li kienet possibbli biss permezz tas-setgħat ta’ l-Istat. |
|
(74) |
Il-Kummissjoni kkunsidrat li din id-differenza hija biżżejjed sabiex wieħed jikkonkludi dwar l-eżistenza ta’ l-għajnuna mill-Istat fil-każ in kwistjoni. |
7.2.2. Il-Legalità ta’ l-għajnuna
|
(75) |
L-iskema ta’ l-għajnuna daħlet fis-seħħ qabel l-adeżjoni tas-Slovenja fl-Unjoni Ewropea. Il-bażi legali primarja ta’ l-iskema hija l-Liġi ta’ l-Enerġija ta’ l-1999. Id-definizzjoni tal-produtturi kkwalifikati li jibbenefikaw mill-iskema ġiet stabbilita fl-2001 permezz ta’ l-Ordinanza relatata mal-kundizzjonijiet għall-kisba ta’ l-istat ta’ produttur kkwalifikat ta’ l-elettriku (18). |
|
(76) |
L-espożizzjoni finanzjarja ta’ l-Istat minħabba l-iskema ma ġietx stabbilita fiż-żmien ta’ l-adeżjoni. L-iskema m’għandhiex numru limitat jew definit minn qabel ta’ benefiċjarji. Kwalunkwe impjant ta’ l-enerġija li jilħaq ir-rekwiżiti tekniċi stabbiliti fl-Ordinanza msemmija hawn fuq jista’ jirċievi l-għajnuna. Dan jinkludi b’mod partikolari kwalunkwe impjant ta’ l-enerġija kkwalifikat ġdid li jkun imqabbad man-netwerk wara l-adeżjoni tas-Slovenja. L-espożizzjoni ta’ l-Istat ma tistax tkun magħrufa minn qabel fil-każ ta’ kull għajnuna individwali mogħtija taħt l-iskema, peress li din tiddependi fuq id-differenza bejn il-prezz tax-xiri stabbilit mill-Istat għall-impjant u l-prezz medju tas-suq, li jvarja b’mod mhux prevedibbli. Is-Slovenja enfasizzat li l-piż proprju ta’ l-iskema fuq l-Istat jista’ jkun magħruf biss ex post, fl-aħħar ta’ kull sena li fiha tkun applikat l-iskema. |
|
(77) |
Minħabba dak kollu msemmi hawn fuq, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-iskema għadha applikabbli wara l-adeżjoni tas-Slovenja fl-Unjoni Ewropea. |
|
(78) |
Il-Kummissjoni tinnota li r-raġunament msemmi hawn fuq kien diġà ġie stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ u li s-Slovenja ma kinitx ikkontestatu fil-kummenti tagħha. |
|
(79) |
L-Att ta’ l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ta’ l-Estonja, ta’ Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, ta’ l-Ungerija, ta’ Malta, tal-Polonja, tas-Slovenja u tas-Slovakkja fl-Unjoni Ewropea (aktar ‘il quddiem “L-Att ta’ l-Adeżjoni”) jistabbilixxi l-kategoriji ta’ għajnuna li, ma’ l-adeżjoni, jitqiesu bħala għajnuna eżistenti fit-tifsira ta’ l-Artikolu 88(1) tat-Trattat tal-KE:
L-għajnuna kollha li tkun għadha tapplika wara d-data ta’ l-adeżjoni u li ma tissodisfax l-kundizzjonijiet stabbiliti aktar ‘il fuq, wara l-adeżjoni titqies bħala għajnuna ġdida għall-finijiet ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE. |
|
(80) |
L-iskema ma taqa’ fl-ebda waħda minn dawn it-tliet kategoriji msemmija hawn fuq. Għalhekk, għandha titqies bħala għajnuna ġdida wara l-adeżjoni għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE. Din l-għajnuna ma ġietx innotifikata lill-Kummissjoni, u għalhekk, tikkostitwixxi għajnuna mhux legali fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1 (f) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Numru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (19). |
7.2.3. Il-Kumpatibbiltà ta’ l-għajnuna mat-Trattat tal-KE
|
(81) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-iskema tikkonsisti fi tliet partijiet, peress li tipprovdi għajnuna lil tliet gruppi differenti ta’ benefiċjarji. Fil-każ ta’ l-ewwel żewġ gruppi, jiġifieri, il-produtturi ta’ l-elettriku u l-impjanti effiċjenti tal-koproduzzjoni, l-għan tas-Slovenja huwa l-protezzjoni ambjentali. L-għajnuna mogħtija lit-tielet grupp ta’ benefiċjarji, jiġifieri l-impjant ta’ Trbovlje ġiet individwata peress li żżomm ċertu livell ta’ sigurtà fil-provvista ta’ l-elettriku. |
|
(82) |
Il-partijiet differenti ta’ l-iskema ser jiġu evalwati b’mod separat waqt li jitqiesu d-diversi għanijiet tal-miżuri. |
Il-kumpatibbiltà ta’ l-għajnuna mogħtija lill-produtturi ta’ l-elettriku li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent (green electricity) mal-linji gwidi ambjentali
|
(83) |
Il-Kummissjoni eżaminat il-konformità ta’ l-impjanti tal-produtturi ta’ l-elettriku li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent (green electricity) mal-mekkaniżmu ta’ għajnuna fl-isfond tal-linji gwida ambjentali, b’mod partikolari l-punt 58 et seq. tagħhom, u kkunsidrat dan li ġej. |
|
(84) |
Il-Kummissjoni tinnota li d-definizzjoni ta’ sorsi rinnovabbli ta’ l-enerġija fl-iskema hija konformi mad-definizzjoni tad-Direttiva 2001/77/KE. L-iskema, għalhekk tikkonforma mal-punt 6 subinċiż 8 tal-linji gwida ambjentali u l-punti 58 et seq. jistgħu jiġu applikati. |
|
(85) |
Kif ġie ddikjarat fil-punt 59, subinċiż 1 tal-linji gwida ambjentali, l-Istati Membri jistgħu jikkumpensaw għad-differenza bejn l-ispejjeż tal-produzzjoni ta’ l-enerġija rinnovabbli u l-prezz tas-suq tat-tip ta’ l-enerġija kkonċernata. B’hekk, kumpens bħal dan għandu x’jaqsam biss ma’ l-ispejjeż żejda tal-produzzjoni għall-iġġenerar ta’ l-elettriku li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent, meta mqabbla ma’ l-ispejjeż tal-produzzjoni ta’ l-enerġija minn sorsi ta’ l-enerġija konvenzjonali. Kwalunkwe sostenn jista’ iżda jkopri biss id-deprezzament ta’ l-impjant u, jekk l-Istati Membri jistgħu juru li huwa indispensabbli, il-qligħ ġust fuq il-kapital. |
|
(86) |
Is-Slovenja kkalkulat il-kumpens fil-forma ta’ tariffi fissi (feed-in tariffs) lill-enerġija megħjuna kif deskritt hawn fuq. Il-liġi tiddeskrivi l-metodi oġġettivi għall-kalkolu tal-livelli ta’ l-għajnuna. Skond l-informazzjoni deskritta hawn fuq, l-għajnuna m’għandhiex taqbeż id-deprezzament u l-qligħ ġust fuq il-kapital. L-għajnuna għandha tingħata biss għal perjodu ta’ 10 snin peress li dan huwa l-perjodu tal-ftehim iffirmat bejn l-operaturi tan-netwerk u l-produtturi ta’ l-elettriku li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent (green electricity). Dan il-perjodu huwa anqas twil mill-perjodu tipiku ta’ deprezzament ta’ 15-il sena għal dawn l-impjanti. Il-Kummissjoni, b’mod pożittiv, tinnota li fil-każijiet kollha, il-prezz ta’ l-ispejjeż tal-produzzjoni ta’ impjant ta’ l-enerġija kkwalifikat huwa ogħla kemm mill-prezz tas-suq medju, kif ukoll mill-prezz garantit tax-xiri. B’hekk id-differenza bejn il-prezz tas-suq u l-ispejjeż tal-produzzjoni ta’ l-elettriku li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent (green electricity) hija ogħla mill-primjum għall-impjanti ta’ l-enerġija kollha. |
|
(87) |
Minnbarra dan, il-punt 59, subinċiż 2 tal-linji gwida ambjentali jistabbilixxi li, meta jkun qiegħed jiġi determinat l-ammont ta’ għajnuna operattiva, għandha tittieħed f’kunsiderazzjoni kwalunkwe għajnuna għall-investiment mogħtija lill-impriża in kwistjoni fil-każ ta’ l-impjant il-ġdid. Wara d-Deċiżjoni tal-Ftuħ, is-Slovenja nfurmat lill-Kummissjoni li numru limitat biss mill-produtturi ta’ l-elettriku rinnovabbli jibbenefikaw mill-għajnuna għall-investiment, kif ukoll mill-għajnuna operattiva in kwistjoni. Is-Slovenja implimentat il-leġiżlazzjoni li tobbliga lill-benefiċjarji ta’ l-għajnuna għall-investiment sabiex jiddikjaraw l-ammont ta’ l-għajnuna li ngħataw qabel ma jagħtu l-elettriku tagħhom lin-netwerk bi prezzijiet fissi. |
|
(88) |
Meta tkun ingħatat l-għajnuna għall-investiment, il-prezz garantit (feed-in price) jiġi mnaqqas. It-tnaqqis isir f’proporzjon ta’ nofs l-għajnuna mogħtija għall-investiment. Avolja dak il-proporzjon fiss jista’ fit-teorija jirriżulta fil-possibiltà ta’ kumpens żejjed għat-teknoloġiji li għandhom spejjeż operattivi żgħar, is-Slovenja wriet li, fil-prattika, fil-każijiet rari ħafna li fihom fil-passat l-għajnuna għall-investiment ġiet akkumulata permezz ta’ l-iskema tal-benefiċċju, ma kien ingħata l-ebda kumpens żejjed. Dan huwa minħabba l-fatt li mil-lum is-Slovenja ma għandha l-ebda impjanti ta’ l-enerġija rinnovabbli li għandhom spejjeż operattivi baxxi, bħal imtieħen tar-riħ. |
|
(89) |
Fil-każ ta’ l-applikazzjoni futura ta’ l-iskema, is-Slovenja obbligat ruħha li taddatta, fejn ikun meħtieġ, il-proporzjon ta’ tnaqqis, b’hekk illi, skond il-punt 59, subinċiż 2, tal-linji gwida ambjentali, ma jingħata l-ebda kumpens żejjed. |
|
(90) |
Il-Kummissjoni, għalhekk, ikkonkludiet li is-Slovenja wriet li l-għajnuna mogħtija b’din il-miżura mhux ser taqbeż l-ispejjeż żejda tal-produzzjoni tas-sorsi ta’ l-enerġija rinnovabbli li huma megħjuna b’din il-miżura. Għalhekk, il-miżura hija kumpatibbli mal-punti 58 et seq tal-linji gwida dwar l-għajnuna ambjentali. |
Il-Kumpatibbiltà ta’ l-għajnuna mogħtija lill-produtturi konġunti tas-sħana u ta’ l-enerġija mal-linji gwida ambjentali
|
(91) |
Il-Kummissjoni evalwat il-konformità tal-mekkaniżmu ta’ għajnuna fl-impjanti effiċjenti ta’ koproduzzjoni mal-linji gwida ambjentali, b’mod partikolari mal-punt 66 u 67 tagħhom u tikkunsidra dan li ġej: |
|
(92) |
L-ewwelnett, il-Kummissjoni tinnota li, b’mod konformi mal-punt 66 tal-linji gwida ambjentali, l-effiċjenza operattiva tat-taqsimiet tas-CHP li jibbenefikaw mill-iskema taqbeż il-valuri ta’ referenza stabbiliti fid-Direttiva 2004/8/KE. Is-Slovenja ser taġġorna l-valuri ta’ referenza b’mod konformi mad-Direttiva. Għalhekk, l-impjanti konġunti tas-sħana u ta’ l-enerġija li jaqgħu taħt l-iskema jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ l-eliġibbiltà stabbiliti fil-linji gwida ambjentali, kif stabbilit fil-punt 31 tagħhom. |
|
(93) |
Kif jidher mill-informazzjoni sottomessa mis-Slovenja, l-ispejjeż medji tal-produzzjoni ta’ l-elettriku fl-impjanti tas-CHP huma fil-każijiet kollha ogħla mill-prezz garantit għax-xiri (20). Il-kalkolu jieħu wkoll f’kunsiderazzjoni l-qligħ mill-produzzjoni u mill-bejgħ tas-sħana. Għalhekk, il-Kummissjoni tieħu l-pożizzjoni li l-ammont ta’ l-għajnuna jiġi kkalkolat b’mod konformi mal-punt 66 tal-linji gwida ambjentali. |
|
(94) |
Is-Slovenja għarrfet lill-Kummissjoni li l-għajnuna mogħtija lill-impjanti tas-CHP tingħata taħt l-istess regoli li bihom ingħatat l-għajnuna lill-produtturi ta’ l-elettriku li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent (green electricity). Peress li dawn ir-regoli nstabu li huma kumpatibbli mal-linji gwida ambjentali, il-Kummissjoni ssib li bħala konsegwenza, il-komponent ta’ l-iskema li jipprovdi għajnuna lill-impjanti tas-CHP huwa kumpatibbli mal-punt 66 tal-linji gwida ambjentali. |
Il-Kumpatibbiltà tal-mekkaniżmu ta’ finanzjament ta’ l-għajnuna mogħtija lill-produtturi ta’ l-elettriku li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent u lill-produtturi konġunti tas-sħana u ta’ l-enerġija ma’ l-Artikoli 25 u 90 tat-Trattat tal-KE
|
(95) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-impożizzjoni ta’ taxxa, kemm fuq elettriku prodott domestikament, kif ukoll fuq l-elettriku impurtat li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent (green electricity) sabiex jingħata benefiċċju lill-elettriku prodott b’mod domestiku, setgħet fil-passat wasslet għal diskriminazzjoni kontra l-elettriku impurtat li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent (green electricity). Is-Slovenja iżda assumiet l-obbligu li tintroduċi l-possibilità li tirrifondi lura t-taxxa imposta fuq l-elettriku impurtat li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent (green electricity). Il-Kummissjoni tinnota li r-rifużjoni primarjament ser tkun ibbażata fuq is-sistema tal-Komunità tal-garanziji ta’ l-oriġini. Bir-rekwiżiti addizjonali, l-Istat Membru ser jipproteġi s-sistema kontra d-dikjarazzjonijiet ta’ importazzjoni li jkunu ġew mgħollija b’mod artifiċjali. Fil-valutazzjoni tal-proporzjonalità tar-rekwiżiti, il-Kummissjoni kkunsidrat ir-riskju tad-dikjarazzjonijiet artifiċjali u d-daqs żgħir tas-suq Sloven li fih dikjarazzjonijiet artifiċjali bħal dawn seta’ jkollhom impatt sinjifikanti fuq is-sistema ta’ għajnuna. Il-Kummissjoni, għalhekk, tikkunsidra li s-Slovenja obbligat ruħha li tistabbilixxi strument addattat sabiex tirranġa kwalunkwe diskriminazzjoni li setgħet saret fil-passat. |
|
(96) |
Il-Kummissjoni tinnota li s-Slovenja obbligat ruħha li timplimenta l-mekkaniżmu ta’ finanzjament l-ġdid bbażat fuq tariffa ta’ konnessjoni li ser tkun indipendenti mill-konsum proprju ta’ l-elettriku prodott b’mod domestiku jew ta’ l-elettriku impurtat li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent (green electricity). Dan il-mekkaniżmu ġdid mhux ser jagħmel diskriminazzjoni kontra l-elettriku impurtat li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent (green electricity). |
Konklużjoni fuq l-għajnuna mogħtija lill-produtturi ta’ l-elettriku li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent (green electricity) u lill-produtturi konġunti tas-sħana u ta’ l-enerġija
|
(97) |
Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, l-għajnuna, kemm lill-impjanti ta’ l-elettriku li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent (green electricity), kif ukoll lill-impjanti konġunti tas-sħana u ta’ l-enerġija, tissodisfa l-kriterji tal-linji gwida ambjentali. Peress li dan huwa biżżejjed sabiex tiġi ddikjarata kumpatibbli mas-suq komuni, il-Kummissjoni tikkunsidra li mhuwiex meħtieġ li tanalizza jekk l-għajnuna setgħetx tiġi ddikjarata kumpatibbli fid-dawl ta’ dispożizzjoniiet oħra, anke jekk il-Kummissjoni kkunsidrat dawn id-dispożizzjonijiet fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ. |
7.3. Evalwazzjoni ta’ l-għajnuna lill-impjant ta’ Trbovlje
|
(98) |
Is-Slovenja tikkunsidra l-għajnuna mogħtija lill-impjant ta’ Trbovlje bħala kumpens għall-ispejjeż tas-servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali fil-qasam tas-sigurtà tal-provvista ta’ l-elettriku. |
|
(99) |
Il-kumpens għall-ispejjeż tas-servizz ta’ l-interess ekonomiku ġenerali jista’ jibbenefika minn eċċezzjoni għall-prinċipju ta’ projbizzjoni ta’ Għajnuna mill-Istat. F’ċerti każijiet, kumpens bħal dan jista’ ma jkunx Għajnuna mill-Istat fit-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE. Fis-Sentenza tagħha ta’ l-24 ta’ Lulju 2003, fil-każ C-280/00 (21) (aktar ‘il quddiem “Is-Sentenza Altmark”), il-Qorti stabbilixxiet erba’ kundizzjonijiet sabiex Għajnuna mill-Istat li jkollha l-għan li tagħti kumpens għall-ispejjeż ta’ interess ekonomiku ġenerali ma titqiesx bħala Għajnuna mill-Istat fit-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE. |
|
(100) |
Il-Kummissjoni analizzat l-għajnuna lill-impjant ta’ Trbovlje fid-dawl ta’ dawn l-erba’ kundizzjonijiet. |
|
(101) |
L-Ewwel kundizzjoni: “l-impriża li tirċievi jrid fil-fatt ikollha l-obbligu li twettaq obbligi ta’ servizz pubbliku u l-obbligi għandhom jkunu definiti b’mod ċar”. |
|
(102) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-liġi Slovena tafda lill-impjant ta’ Trbovlje b’obbligu għas-sigurtà tal-provvista u tagħmel referenza diretta għad-Direttiva 2003/54/KE, u b’mod partikolari l-Artikoli 3(2) u 11(4), imsemmi hawn fuq. |
|
(103) |
Il-Kummissjoni, diġà, f’diversi deċiżjonijiet ikkunsidrat li l-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2003/54/KE, meta jinqara flimkien ma’ l-Artikolu 3(2) ta’ l-istess Direttiva, jista’ jiġi interpretat bħala li jipprovdi bażi għall-obbligi tas-servizz pubbliku fil-qasam tas-sigurtà tal-provvista (22). L-Artikolu jsemmi massimu ta’ 15 % ta’ l-enerġija primarja ġenerali li hija neċessarja sabiex jiġi prodott l-elettriku kkunsmat fl-Istat Membru kkonċernat. Is-Slovenja obbligat ruħha li tillimita l-iskop ta’ l-għajnuna għall-impjant ta’ Trbovlje sabiex dan il-limitu jiġi rispettat, u saħansitra ħadet f’kunsiderazzjoni l-għajnuna mogħtija bl-istess għan barra mill-iskema li qegħda tiġi riveduta f’din id-deċiżjoni. L-obbligu huwa wkoll limitat għall-2009. |
|
(104) |
Il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra li l-ewwel kundizzjoni ġiet sodisfatta. |
|
(105) |
It-tieni kundizzjoni: “il-parametri li fuq il-bażi tagħhom jiġi kkalkulat il-kumpens għandhom jiġu stabbiliti minn qabel b’mod oġġettiv u trasparenti”. |
|
(106) |
Fil-każ in kwistjoni l-għajnuna tingħata fil-forma ta’ prezz fiss għax-xiri. Kull sena, il-Gvern joħroġ deċiżjoni ppubblikata li tistabbilixxi l-ammont ta’ l-elettriku li huwa kopert mill-obbligu tax-xiri u l-prezz tax-xiri ta’ dan l-elettriku. L-iffissar tal-prezz isir b’metodoloġija trasparenti b’lista ta’ spejjeż eligibbli li jkopru biss l-ispejjeż ta’ l-iġġenerar ta’ l-impjant. |
|
(107) |
Il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra li t-tieni kundizzjoni ġiet sodisfatta. |
|
(108) |
It-Tielet kundizzjoni: “il-kumpens ma jistax jaqbeż dak li huwa neċessarju sabiex jiġu koperti l-ispejjeż kollha jew parti mill-ispejjeż li jirriżultaw mit-twettiq ta’ l-obbligi fis-servizz pubbliku, waqt li jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-għotjiet relevanti u qligħ raġonevoli għat-twettiq ta’ dawk l-obbligi”. |
|
(109) |
Il-prezz tax-xiri huwa stabbiliti bl-għan li jkopri mhux aktar mill-ispejjeż ta’ l-iġġenerar ta’ l-ammont previst ta’ l-elettriku. Ma jkopri l-ebda element ta’ qligħ. |
|
(110) |
Il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra li t-tielet kundizzjoni ġiet sodisfatta. |
|
(111) |
Ir-raba’ kundizzjoni: “meta l-impriża li tkun ser twettaq l-obbligi tas-servizz pubbliku, f’każ speċifiku ma tintgħażilx skond proċedura pubblika ta’ sejħiet għall-offerti, li tkun tippermetti l-għażla ta’ l-offerent li jkun kapaċi jipprovdi dawk is-servizzi bl-inqas spejjeż għall-komunità, il-livell tal-kumpens neċessarju jrid jiġi ddeterminat fuq il-bażi ta’ analiżi ta’ l-ispejjeż li impriża tipika, li tkun amministrata tajjeb u li jkollha mezz ta’ trasport sabiex tkun tista’ tilħaq ir-rekwiżiti neċessarji tas-servizz pubbliku, tkun għamlet fit-twettiq ta’ dawk l-obbligi, meta jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-għotjiet relevanti u l-qligħ raġonevoli għat-twettiq ta’ l-obbligi”. |
|
(112) |
L-impjant ta’ Trbovlje ma ntgħażilx fuq il-bażi ta’ proċedura pubblika ta’ sejħa għall-offerti. Il-Kummissjoni iżda tinnota li is-Slovenja wriet li, fil-każ in kwistjoni l-għażla ta’ Trbovlje kienet twassal għall-provvediment ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali (SGEI) bl-inqas spejjeż għall-komunità, waqt li jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-limitazzjonijiet speċifiċi fattwali u legali li kienu jipprevalu f’dan il-każ. Fil-każ attwali, l-obbligi tas-servizz pubbliku jikkonsisti f’li jassigura s-sigurtà nazzjonali tal-provvista sa l-2009 bl-użu ta’ sorsi ta’ fjuwil ta’ enerġija primarja indiġena sa livell li, fi kwalunkwe sena kalendarja, ma jaqbiżx 15 % ta’ l-enerġija primarja ġenerali neċessarja sabiex jiġi prodott l-elettriku kkunsmat fis-Slovenja. |
|
(113) |
Fi kwalunkwe każ, fis-sitwazzjoni attwali, mhux iżjed minn żewġ impjanti ta’ l-enerġija fis-Slovenja wettqu l-obbigi tas-servizz pubbliku in kwistjoni fl-istat attwali tagħhom. Dawn huma l-impjant ta’ Šoštanj u l-impjant ta’ Trbovlje. |
|
(114) |
Impjanti oħra kienu ser jeħtieġu l-kostruzzjoni ta’ apparat għali ta’ tindif tal-gass flue sabiex jkunu jistgħu jużawh u b’hekk din l-għażla ma tkunx ekonomika. Iż-żewġ taqsimiet ta’ l-impjant ta’ Šoštanj li jistgħu jużaw il-fjuwil domestiku, diġà jintużaw fil-kapaċità massima tagħhom u jużaw il-lignite domestiku. Ma jkunx ekonomiku li l-kapaċità massima tagħhom tal-ħruq tal-fjuwil domestiku tiżdied peress li dan ikun jeħtieġ estensjoni ta’ l-impjant jew titjib ta’ wħud mit-taqsimiet tiegħu b’apparat li jnaddaf il-gass flue. L-enerġija prodotta minn dawn iż-żewġ taqsimiet ittieħdet f’kunsiderazzjoni mill-awtoritajiet Sloveni meta kkalkolaw il-massimu ta’ 15 % imsemmi hawn fuq. Għalhekk, f’dan il-każ, l-impjant ta’ Trbovlje biss kien f’pożizzjoni li jissodisfa l-obbligu tas-servizz pubbliku. L-għajnuna lill-impjant ta’ Trbovlje tkopri biss il-porzjon ta’ 15 % li ma jistax jiġi kopert mill-impjant ta’ Šoštanj. |
|
(115) |
Is-Slovenja, għalhekk, użat l-aktar metodu effiċjenti mil-lat finanzjarju sabiex tikseb l-obbligu tas-servizz pubbliku li jikkonsisti fil-produzzjoni ta’ l-elettriku bil-fjuwil domestiku. Meta wieħed jikkunsidra wkoll li l-kumpens għall-obbligu tas-servizz pubbliku ma jinkludi ebda element ta’ qligħ, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-obbligu tas-servizz pubbliku ġie sodisfatt bl-inqas spejjeż għall-komunità. Il-proċedura ta’ sejħa għall-offerti ma kinitx ser twassal għal soluzzjoni irħas. Fil-fatt, fi żmien qasir (sa l-2009) it-titjib ta’ l-impjanti eżistenti jew il-bini ta’ oħrajn ġodda iżjed effiċjenti (jekk dan ikun possibbli) kien ikun jeħtieġ spejjeż ogħla ta’ investiment u kwalunkwe offerent kien ikollu jitlob kumpens li jinkludi mill-inqas qligħ raġjonevoli bħala qligħ fuq il-kapital investit. B’hekk dan kien se jirriżulta f’żieda fl-ammont ta’ kumpens li kien ser jingħata lill-operatur fdat bl-obbligu SGEI. |
|
(116) |
Minnbarra dan, il-Kummissjoni tinnota li ma hemm l-ebda indikazzjoni li l-impjant ta’ Trbovlje ma kienx ser jintuża bħala impriża tipika mħaddma sew jew b’mod partikolarment effiċjenti. Il-Kummissjoni tinnota li l-impriża diġà rristrutturat l-attivitajiet tagħha fi żmien ta’ tranżizzjoni ekonomika fis-Slovenja, b’mod partikolari billi għalqet t-taqsimiet li kienu qodma u inqas effiċjenti, li kienu antikwati, u billi naqqset il-personal. Innutat wkoll li l-ħlas għall-obbligu tas-servizz pubbliku fi kwalunkwe każ ma kien jinkludi ebda qligħ. |
|
(117) |
Fl-aħħarnett, il-Kummissjoni tinnota li l-impjant ta’ Trbovlje mhuwiex ser ikun f’pożizzjoni li juża l-effett tal-verżjoni l-ġdida tas-Sistema tal-Kummerċ ta’ l-Emmissjonijiet (Emission Trading System – ETS) għall-2008-2012 sabiex jiġġenera qligħ jew qligħ addizzjonali li jirriżulta mill-obbligu speċifiku tiegħu ta’ servizz pubbliku speċifiku, meta mqabbel ma’ dak li kwalunkwe impriża komparabbli oħra tkun tista’ tikseb. Fil-fatt, l-istat jimponi fuq Trbovlje obbligu tas-servizz pubbliku sabiex jiġġenera l-elettriku. B’kuntrarju għall-impjanti li jbiegħu l-elettriku tagħhom liberament fis-suq, Trbovlje għalhekk mhux ser ikollu l-alternattiva li jieqaf jiġġenera l-elettriku u li jbiegħ fis-suq tas-CO2 il-konċessjonijiet neċessarji li jkun irċieva b’xejn mingħajr ma jkollu jixtri numru ekwivalenti ta’ konċessjonijiet sabiex iwettaq l-obbligi ta’ twettiq tiegħu. Dan mingħajr preġudizzju għat-titjib fl-effiċjenza ta’ l-impjant skond l-istruttura ta’ inċentivi stabbilita mill-ETS u li b’hekk ħelset il-konċessjonijiet żejda li jkun jista’ jbiegħ waqt li jirrispetta l-obbligu tas-servizz pubbliku tiegħu li jiġġenera ċertu ammont ta’ elettriku. |
|
(118) |
Ir-raġunament mogħti hawn fuq huwa bbażat fuq il-premessa li bħalissa, il-lignite huwa s-sors l-aktar ekonomiku ta’ fjuwil domestiku għall-iġġenerar ta’ l-elettriku fis-Slovenja. Il-Kummissjoni tikkunsidra li dan huwa l-każ għall-preżent u għall-futur qarib. |
|
(119) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll iżda, li ċerti teknoloġiji għall-iġġenerar ta’ l-elettriku li jużaw sorsi rinnovabbli ta’ fjuwil domestiku, bħalissa diġà għandhom spejjeż ta’ l-iġġenerar li m’humiex wisq ogħla mill-ispejjeż tal-produzzjoni tal-faħam. Dan huwa l-każ għall-impjanti l-kbar tal-bijomassa fejn skond is-Slovenja, l-ispejjeż għall-iġġenerar huma medja ta’ 18,18 SIT/MWh, li huma ftit iżjed minn 10 % ogħla mill-ispejjeż ta’ l-impjant ta’ Trbovlje. |
|
(120) |
Il-Kummissjoni, għalhekk, tinnota li r-raġunament fid-deċiżjoni attwali huwa bbażat fuq l-iskont fattwali partikolari tal-każ preżenti u b’mod partikolari minħabba l-fatt li l-obbligu impost fuq l-impjant ta’ Trbovlje ser jiskadi fl-2009. Fil-futur, meta l-ispejjeż tas-sorsi rinnovabbli jkunu naqsu u l-kapaċità totali tagħhom tkun żdiedet, is-sitwazzjoni tista’ tkun differenti. |
|
(121) |
Minnbarra dan, il-Kummissjoni tieħu f’kunsiderazzjoni li dan l-obbligu partikolari ta’ servizz pubbliku jkun ġie fdat fuq il-bażi ta’ att tal-Komunità – id-Direttiva 2003/54/KE. In-natura speċjali ta’ dan l-obbligu ta’ servizz pubbliku, li s-sigurtà nazzjonali tal-provvista tiġi assigurata tista’ titqies li, b’definizzjoni, tillimita l-iskop tal-fruntieri nazzjonali li l-fornitur kien ser jiġi fdat bihom. |
|
(122) |
Il-Kummissjoni, għalhekk, tikkunsidra li l-metodu użat mis-Slovenja sabiex tistabbilixxi l-ammont tal-kumpens mogħti lill-impjant ta’ Trbovlje jassigura li s-SGEI jingħata bl-inqas spejjeż għall-Komunità sa’ l-2009. Fiċ-ċirkostanzi legali u fattwali speċifiċi tal-każ, il-kumpens ma jidhirx li jaqbeż dak li impriża tipika amministrata sew tkun tirrikjedi sabiex twettqu. B’hekk il-Kummissjoni tikkunsidra li r-raba’ kundizzjoni ġiet sodisfatta, meta wieħed jikkunsidra li l-obbligu tas-servizz pubbliku jintemm fl-aħħar ta’ l-2009. Dan il-limitu, biż-żmien, iħalli wkoll lok sabiex is-Slovenja tikkunsidra jekk fl-2010 hijiex ser taqleb għat-teknoloġiji ta’ “faħam nadif” għall-użu tal-lignite jew tbiddel minn faħam għall-bijomassa jew fjuwil li jħammeġ anqas, b’mod konformi mal-politika ta’ l-enerġija ta’ l-Unjoni Ewropea. (23). |
|
(123) |
Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-appoġġ mogħti lill-impjant ta’ Trbovlje fiċ-ċirkostanzi speċifiċi msemmija hawn fuq jissodisfa l-erba’ kundizzjonijiet tas-Sentenza Altmark u ma jikkostitwixxix ‘għajnuna’ fit-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI
Artikolu 1
L-għajnuna mogħtija lill-produtturi ta’ l-enerġija kkwalifikati li jużaw sorsi primarji rinnovabbli ta’ l-enerġija, kif definita fl-Att ta’ l-Enerġija tas-Slovenja, hija kumpatibbli ma’ l-Artikolu 87(3)ċ tat-Trattat tal-KE.
Artikolu 2
L-għajnuna mogħtija lill-produtturi ta’ l-elettriku kkwalifikati li jużaw impjanti konġunti għas-sħana u għall-enerġija, kif definita fl-Att ta’ l-Enġerija tas-Slovenja, hija kumpatibbli ma’ l-Artikolu 87(3)ċ tat-Trattat tal-KE.
Artikolu 3
L-appoġġ mogħti lill-impjant ta’ Trbovlje, kif definit fl-Att ta’ l-Enerġija tas-Slovenja ma jikkostitwix għajnuna mill-Istat fit-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tas-Slovenja.
Magħmul fi Brussell, 24 ta’ April 2007.
Għall-Kummissjoni
Neelie KROES
Membru tal-Kummissjoni
(3) L-Ordinanza relatata mal-kundizzjonijiet għall-kisba ta’ l-istat ta’ produttur ta’ l-elettriku kkwalifikat (Fil-gazzetta uffiċjali tas-Slovenja li jmiss, Numru 29/01 u 99/01, jintuża l-ĠU ta’ l-RS//).
(5) Addottata mill-Kummissjoni fis-26.7.2001. Disponibbli fuq il-website tad-Direttorat Ġenerali tal-Kompetizzjoni tal-Kummissjoni fl-indirizz li ġej http://europa.eu.int/comm/competition/state_aid/legislation/stranded_costs/en.pdf
Din ġiet innotifikata lill-Istati Membri b’ittra bir-referenza SG(2001) D/290869 tas-6.8.2001.
(6) Il-Gazzetta Uffiċjali tas-Slovenja Numru 79/1999, 51/2004.
(7) ĠU C 164, 10.7.2002, p. 3, għaż-żewġ każijiet.
(8) ĠU L 283, 27.10.2001, p. 33.
(9) Il-Gazzetta Uffiċjali tas-Slovenja Numru 25/02.
(10) ĠU L 52, 21.2.2004, p. 50.
(11) Il-Ġurnal Uffiċjali tas-Slovenja Numru 74/01.
(12) Il-Ġurnal Uffiċjali tas-Slovenja Numru 49/03.
(13) Sors: L-Aġenzija Internazzjonali ta’ l-Enerġija. http://www.iea.org/Textbase/stats/electricitydata.asp?COUNTRY_CODE=SI
(14) Ara per eżempju l-każ N 161/04 – il-Portugall – ĠU C 250, 8.10.2005, p. 9.
(15) Sentenza tat-2.7.1974 fil-każ C-173/73 – L-Italja vs Il-Kummissjoni.
(16) Sentenza tat-22.3.1997 fil-każ C-78/79, Steinike vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
(17) Sentenza tal-Qorti tal-15 ta’ Lulju 2004 fil-Każ C-345/02.
(18) Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja, Numru 29/01 u 99/01.
(19) ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.
(20) Ara l-aħħar tliet linji tat-tabelli ppreżentati hawn fuq.
(21) Sentenza tal-Qorti ta’ l-24.7.2003 fil-każ C-280/00, Altmark trans Gmbh, Regierungspräsidium Magdeburg u Nahverkehrsgesellschaft Altmark Gmbh.
(22) Ara d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-każijiet N 34/99 (ĠU C 5, 8.1.2002, p. 2), NN 49/99 (ĠU C 268, 22.9.2001, p. 7), u N 6/A/2001 (ĠU C 77, 28.3.2002, p. 26).
(23) Ara l-pakkett ta’ l-Enerġija ta’ Jannar 2007, u b’mod partikolari COM (2006) 843 finali.