This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007D0387
2007/387/EC: Commission Decision of 6 June 2007 concerning the non-inclusion of dichlorvos in Annex I to Council Directive 91/414/EEC and the withdrawal of authorisations for plant protection products containing that substance (notified under document number C(2007) 2338) (Text with EEA relevance)
2007/387/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 6 ta’ Ġunju 2007 dwar in-non-inklużjoni tad- dichlorvos fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2338) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2007/387/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 6 ta’ Ġunju 2007 dwar in-non-inklużjoni tad- dichlorvos fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2338) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 145, 7.6.2007, pp. 16–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
|
7.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 145/16 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-6 ta’ Ġunju 2007
dwar in-non-inklużjoni tad-dichlorvos fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2338)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2007/387/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari r-raba’ subparagrafu ta’ l-Artikolu 8(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE jistipula li Stat Membru jista’, matul perijodu ta’ tnax-il sena min-notifika ta’ din id-Direttiva, jawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom sustanzi attivi mhux elenkati fl-Anness I ta’ din id-Direttiva li diġà jinsabu fis-suq sentejn wara d-data tan-notifika, filwaqt li dawn is-sustanzi jkunu qegħdin jiġu eżaminati gradwalment fil-qafas ta’ programm ta’ ħidma. |
|
(2) |
Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) u (KE) Nru 703/2001 (3) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tieni stadju tal-programm ta’ xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati bil-ħsieb ta’ l-inklużjoni possibbli tagħhom fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Din il-lista tinkludi d-dichlorvos. |
|
(3) |
Għad-dichlorvos, l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent ġew evalwati skond id-dispożizzjonijiet stipulati mir-Regolamenti (KE) Nru 451/2000 u (KE) Nru 703/2001 għal firxa ta’ użi proposti min-notifikant. Barra minn hekk, dawn ir-Regolamenti jinnominaw lill-Istati Membri li jaġixxu bħala relatur li għandhom jippreżentaw ir-rapporti ta’ valutazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurezza ta’ l-Ikel (EFSA) skond l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 451/2000. Għad-dichlorvos l-Istat Membru Relatur kienet Spanja u kull tagħrif rilevanti tressaq fl-20 ta’ Ottubru 2003. |
|
(4) |
Ir-rapport ta’ valutazzjoni saritlu reviżjoni inter pares mill-Istati Membri u l-EFSA u kien ippreżentat lill-Kummissjoni fit-12 ta’ Mejju 2006 fil-format ta’ konklużjoni ta’ l-EFSA fir-rigward tar-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni tar-riskju tas-sustanza attiva d-dichlorvos. (4). Dan ir-rapport ġie rivedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali u ġie ffinalizzat fid-29 ta’ Settembru 2006 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għad-dichlorvos. |
|
(5) |
Matul il-valutazzjoni ta’ din is-sustanza attiva, ġie identifikat xi tħassib. B’mod partikolari, skond id-data tossikoloġika disponibbli u fid-dawl ta’ l-inċertezzi tal-proprjetajiet ġenotossiċi u karċinoġeniċi tas-sustanza kif ukoll meta titqies il-kwalità baxxa tal-fajl, intwera li l-esponiment imbassar għall-operatur, għall-ħaddiem u l-persuni fil-qrib huwa aċċettabbli. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni stiednet lin-notifikant sabiex jippreżenta l-kummenti tiegħu dwar ir-riżultati tar-reviżjoni esperta u dwar jekk kienx beħsiebu jappoġġa aktar lis-sustanza. In-notifikant ippreżenta l-kummenti tiegħu li ġew eżaminati bir-reqqa. Madanakollu, minkejja l-argumenti mressqa, it-tħassib imsemmi hawn fuq baqa’ mhux indirizzat, u valutazzjonijiet li saru abbażi tat-tagħrif ippreżentat u vvalutat matul il-laqgħat ta’ l-esperti ta’ l-EFSA ma wrewx li wieħed jista’ jistenna li, fil-kondizzjonijiet proposti ta’ użu, prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom id-dichlorvos jissodisfaw b’mod ġenerali r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE. |
|
(7) |
Għalhekk id-dichlorvos m’għandux jiġi inkluż fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. |
|
(8) |
Għandhom jittieħdu miżuri biex jiżguraw li l-awtorizzazzjonijiet mogħtija għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fihom id-dichlorvos jiġu rtirati fi żmien perijodu preskritt u ma jiġux imġedda u li ma jingħatawx awtorizzazzjonijiet ġodda għal prodotti bħal dawn. |
|
(9) |
Kull perjodu fuq ir-riħ mogħti mill-Istati Membri għar-rimi, il-ħżin, it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-ħażniet eżistenti ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom id-dichlorvos, għandu jkun limitat għal perijodu ta’ tnax-il xahar biex jippermetti li l-ħażniet eżistenti jkunu użati fi staġun ieħor tat-tkabbir. |
|
(10) |
Din id-deċiżjoni ma tippreġudikax is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni għad-dichlorvos skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE fid-dawl ta’ inklużjoni possibbli fl-Anness I tagħha. |
|
(11) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-dichlorvos mhux se jiġi inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
|
(a) |
awtorizzazzjonijiet għal ħarsien tal-pjanti li fihom id-dichlorvos ikunu rtirati sas-6 ta’ Diċembru 2007; |
|
(b) |
l-ebda awtorizzazzjoni għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom id-dichlorvos m’hi se tingħata jew tiġġedded mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 3
Kull perijodu fuq ir-riħ mogħti mill-Istati Membri skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE, għandu jkun qasir kemm jista’ jkun u għandu jiskadi mhux aktar tard mis-6 ta’ Diċembru 2008.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Ġunju 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/25/KE (ĠU L 106, 24.4.2007, p. 34).
(2) ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1044/2003 (ĠU L 151, 19.6.2003, p. 32).
(4) EFSA Scientific Report (2006) 77, 1-43, Conclusion regarding the peer review of pesticide risk assessment of dichlorvos.