EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0353

2007/353/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l- 14 ta' Marzu 2006 li tistqarr li konċentrazzjoni hija kompatibbli mas-suq komuni u mal-ħidma tal-Ftehim taż-ŻEE. (Każ COMP/M.3868 – Dong/Elsam/Energi E2) (notifikata taħt id-dokument numru C(2006) 793) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 133, 25.5.2007, p. 24–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/353/oj

25.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 133/24


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-14 ta' Marzu 2006

li tistqarr li konċentrazzjoni hija kompatibbli mas-suq komuni u mal-ħidma tal-Ftehim taż-ŻEE.

(Każ COMP/M.3868 – Dong/Elsam/Energi E2)

(notifikata taħt id-dokument numru C(2006) 793)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/353/KE)

Fl-14 ta’ Marzu 2006, il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni f'każ ta’ għaqda taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 ta’ l-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (ir-Regolament dwar l-Għaqda tal-KE) (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) ta’ dak ir-Regolament. Verżjoni mhux kunfidenzjali tad-Deċiżjoni sħiħa tinstab fil-lingwa awtentika tal-każ fuq is-sit ta’ l-internet tad-Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni, fl-indirizz li ġej: http://ec.europa.eu/comm/competition/index_en.html

I.   SOMMARJU

(1)

Dan il-każ jittratta l-kisba ta’ kontroll minn DONG ta’ Elsam, Energi E2, KU u FE.

(2)

DONG hija l-impriża ta’ gass ta’ l-istat Daniż. Elsam u Energi E2 (“E2”) huma l-impriżi Daniżi li jiġġeneraw l-elettriku fid-Danimarka tal-Punent (Elsam) u d-Danimarka tal-Lvant (E2), rispettivament. KE u FE huma l-impriżi li jbigħu l-elettriku bl-imnut fiż-żona ta’ Kopenhagen.

(3)

Id-Deċiżjoni tikkonkludi illi t-tranżazzjoni twassal għal impediment sinifikanti ta’ kompetizzjoni effettiva, b'mod partikolari permezz tat-tisħiħ ta’ pożizzjonijiet dominanti fuq dawn is-swieq li ġejjin:

Il-provvista ta’ bejgħ bl-ingrossa ta’ gass għad-Danimarka (u potenzjalment għall-Iżveżja wkoll),

Il-ħażna tal-gass jew il-flessibiltà tal-gass (irrispettivament minn jekk huwa għad-Danimarka biss jew għall-Iżveżja wkoll),

Il-provvista ta’ gass għal klijenti kummerċjali kbar u s-CHPs deċentrali, bħal suq 1 jew 2, fid-Danimarka,

Il-provvista ta’ gass għal klijenti ta’ negozji żgħar u/jew djar, bħal suq 1 jew 2, fid-Danimarka.

(4)

Id-deċiżjoni tikkonkludi illi l-Impenji proposti mill-partijiet jirrimedjaw b'mod suffiċjenti l-problemi ta’ kompetizzjoni li ġew identifikati. Għal dak li għandu x'jaqsam mas-suq tal-ħażna/flessibilità, l-effett prinċipali ta’ l-Impenji proposti joħroġ miċ-ċessjoni tal-faċilità tal-ħażna f'Lille Torup, li se jkollhom impatt pożittiv fuq il-kompetizzjoni fir-rigward tal-ħażna/flessibilità fid-Danimarka. Għal dak li għandu x'jaqsam mas-swieq tal-gass bl-ingrossa u bl-imnut, id-Deċiżjoni tikkonkludi illi l-programm ta’ rilaxx tal-gass offrut mid-DONG, flimkien maċ-ċessjoni tal-ħażna, huwa biżżejjed biex jitneħħa t-tħassib kollu dwar il-kompetizzjoni identifikati mill-Kummissjoni bħala relatati ma’ dawn is-swieq.

(5)

B'hekk, il-Kummissjoni tiddikkjara illi t-tranżazzjoni notifikata hija kompatibbli mas-suq komuni u l-Ftehim taż-ŻEE, skond l-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, u l-Artikolu 57 tal-Ftehim taż-ŻEE.

II.   MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.   IL-PARTIJIET

(6)

DONG hija l-impriża ta’ gass ta’ l-istat Daniż, attiva fl-esplorazzjoni, il-produzzjoni, it-trasport 'il barra mix-xtut u l-bejgħ ta’ zejt u gass naturali, kif ukoll il-ħażna u d-distribuzzjoni ta’ gass naturali. Hija attiva wkoll f'attivitajiet żgħar li għandhom x'jaqsmu mal-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku mir-riħ u l-provvista ta’ l-elettriku u sħana.

(7)

Elsam u Energi E2 (“E2”) huma l-impriżi Daniżi li jiġġeneraw l-elettriku fil-Punent tad-Danimarka (Elsam) u l-Lvant tad-Danimarka (E2), rispettivament. It-tnejn huma attivi fil-produzzjoni u l-kummerċ ta’ l-elettriku (finanzjarju u fiżiku) fuq is-suq bl-ingrossa u fil-produzzjoni ta’ tisħiħ distrettwali. Sa mill-kisba tiegħu tal-bejjiegħ ta’ l-elettriku (Daniż mill-Lvant) Nesa fl-2004, l-Elsam kellha wkoll attivitajiet sostanzjali fil-bejgħ ta’ l-elettriku għal klijenti kummerċjali u domestiċi. Fuq naħa waħda, l-Elsam u l-E2 għandhom pussess ċentrali ta’ l-awtoritajiet lokali, u fuq in-naħa l-oħra, għandhom ishma sostanzjali minn DONG u Vattenfall (f'Elsam) u minn Nesa u KE (fl-E2).

(8)

KE u FE jipprovdu l-klijenti kummerċjali u domestiċi bl-elettriku fiż-żona ta’ Kopenhagen. Bħalissa, is-sidien tagħhom huma l-Belt ta’ Kopenhagen u l-Belt ta’ Frederiksberg, rispettivament.

2.   IL-ĦIDMA U L-KONĊENTRAZZJONI

(9)

Din il-parti tad-Deċiżjoni tiddeskrivi l-ħidma proposta, li tikkostitwixxi konċentrazzjoni, li permezz tagħha d-DONG takkwista kontroll ta’ l-ELSAM, l-E2, il-KE u l-FE, mingħajr ċerti assi ta’ ġenerazzjoni ta’ l-Elsam u l-E2 li għandhom ikunu attribwiti lill-Vattenfall. Il-kisba ta’ l-assi minn Vattenfall tikkostitwixxi konċentrazzjoni separata.

3.   QAFAS LEĠIŻLATTIV U REGOLATORJU

(10)

Id-Deċiżjoni tiddiskuti l-qafas regolatorju applikabbli għall-gass u l-elettriku.

(11)

Is-suq Daniż tal-gass naturali fetaħ l-ewwel għall-kompetizzjoni għall-akbar klijenti fl-1 ta’ Lulju 2000 fejn il-klijenti kollha setgħu jagħżlu l-fornitur sa mill-2004. Il-qafas ta’ trażmissjoni ta’ gass fuq l-art u l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni nfirxu b'mod sħiħ fl-2004 u llum huwa f'idejn l-Energinet.dk, korporazzjoni indipendenti pubblika f'pussess ta’ l-istat Daniż, u mħaddem minnha. L-operazzjonijiet tal-qafas ta’ trażmissjoni fuq l-art huma suġġetti għall-aċċess regolat ta’ partijiet terzi (TPA). Kemm il-ħażna kif ukoll il-pajpijiet lilhinn mill-kosta li jgħaqdu l-għelieqi fil-parti Daniża tal-Baħar tat-Tramuntana mal-parti ewlenija tad-Danimarka huma proprjetà tad-DONG. Aċċess għal dawn l-infrastrutturi jinkiseb mit-TPA negozjat. Ir-regoli tat-TPA huma ssorveljati mill-Awtorità Regolatorja Daniża ta’ l-Enerġija (“DERA”), entità sorveljanti indipendenti fis-settur ta’ l-enerġija.

4.   SWIEQ RILEVANTI

A.   GASS NATURALI

1.   Swieq tal-prodotti rilevanti

(12)

Fir-rigward tas-swieq ta’ prodotti rilevanti fil-qasam tal-gass, l-investigazzjoni tas-suq tal-Kummissjoni ffokat fuq id-definizzjoni tas-swieq għall-ħażna tal-gass/flessibilità, il-gass mibjugħ bl-ingrossa u l-provvista tal-gass.

Is-suq għall-ħażna tal-gass u l-flessibilità tal-gass

(13)

Fir-rigward tal-ħażna tal-gass u/jew għodda oħra ta’ flessibilità ta’ gass ieħor, id-definizzjoni eżatta ta’ prodott tas-suq bħal dan tibqa' miftuħa fid-Deċiżjoni.

(14)

Il-partijiet ipproponew prodott tas-suq għall-flessibilità tal-gass li jinkludi l-ħażna f'faċilitajiet dedikati għall-ħażna, tibdiliet fil-produzzjoni, kummerċ internazzjonali, line-pack, tibdil għal karburanti oħrajn, kuntratti li jistgħu jiġu interrotti u ċentri ta’ suq bi swieq il-quddiem.

(15)

Skond il-Kummissjoni, dawn l-għodda ta’ flessibilità differenti jistgħu jiġu diviżi f'ħames gruppi, jiġifieri:

Ħażna f'faċilitajiet dedikati għall-ħażna;

Kapaċità għal interruzzjoni jew xi modulazzjoni oħra tat-talba tal-klijenti, pereżempju ta’ CHPs ċentrali;

Kuntratti ta’ provvista flessibbli (irrispettivament minn jekk ikunux ibbażati fuq importazzjoni, produzzjoni domestika jew kuntratti sekondarji ta’ provvista domestika);

Kummerċ flessibbli fil-gass fuq punti ċentrali jew b'mod bilateri (irrispettivament minn jekk wieħed iħares 'il quddiem jew ad hoc);

Line-pack, jiġifieri ħażna f’pipelines ta’ trasport billi jżidu jew inaqqsu l-pressjoni tal-gass f'dawk il-pipelines.

(16)

L-investigazzjoni tas-suq tal-Kummissjoni wriet illi, għad-Danimarka, l-ebda waħda mill-erba' alternattivi ta’ flessibilità għall-ħażna fil-faċilitajiet dedikati għall-ħażna msemmija hawn fuq huma kkunsidrati bħala vijabbli kompletament jew alternattivi ta’ flessibiltà żviluppati biżżejjed. Madankollu, il-Kummissjoni tqis illi l-kwistjoni tas-suq ta’ prodott rilevanti (jew flessibbli jew ħażna) tista' tibqa’ miftuħa.

Suq għal provvista bl-ingrossa ta’ gass

(17)

Fir-rigward ta’ provvista bl-ingrossa ta’ gass għad-Danimarka, id-Deċiżjoni tikkonkludi illi jeżisti suq għal provvista bl-ingrossa ta’ gass għad-Danimarka, li jinkludi:

il-bejgħ kollu, irrispettivament minn jekk ikunx permezz tal-GTF, il-kuntratti ta’ provvista jew xi ftehim ieħor;

permezz ta’ importaturi fiżiċi jew kuntrattwali (2), importaturi mill-ġdid (fil-każ ta’ gass li jerġa jintuża), produtturi (jekk applikabbli fil-futur) u negozjanti;

għal negozjanti oħra (bħal pereżempju kumpaniji fornituri) jew għal CHPs ċentrali (dan ta’ l-aħħar sakemm jieħdu ħsieb mill-inqas xi ftit mis-servizzi pprovduti regolarment minn fornitur għat-tqassim fuq is-sit jew bil-ħsieb li jbigħu l-gass mill-ġdid),

li jissoddisfaw il-bżonnijiet ta’ dawn il-klijenti biex ikollhom aċċess għall-gass bl-ingrossa fid-Danimarka.

(18)

L-investigazzjoni tas-suq tal-Kummissjoni pprovdiet indikazzjonijiet qawwija għall-eżistenza ta’ suq separat għall-provvista bl-ingrossa ta’ gass naturali. Fit-tweġiba tagħha għad-deċiżjoni ta’ l-Artikolu 6(1)(c), DONG ippikonoxxiet “l-eżistenza ta’ bejgħ tal-gass u kummerċ fuq livell bl-ingrossa” u ma kkuntestatx dan il-punt jew id-definizzjoni ta’ prodott tas-suq hawn fuq imsemmija li għandha x'taqsam mas-suq bl-ingrossa fit-tweġiba tagħha lid-Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet.

(19)

It-tranżazzjoni proposta għandha impatt ukoll fuq l-ingrossa fl-Iżvezja. Id-Deċiżjoni tikkonkludi illi jeżisti suq separat għall-provvista bl-ingrossa ta’ gass iddestinat għall-konsum fl-Iżvezja. Ir-raġunijiet huma li s-sitwazzjoni u l-kondizzjonijiet tas-suq għal provvista bl-ingrossa fl-Iżvezja huma differenti minn dawk tad-Danimarka.

Is-suq għal provvista ta’ gass naturali għal impjanti ta’ CHP ċentrali

(20)

Id-Deċiżjoni tqis illi l-provvista ta’ gass naturali għal impjanti ta’ CHP ċentrali (jiġifieri impjanti kbar ta’ tisħin u enerġija kumbinata) tikkostitwixxi suq separat minħabba l-fatt li provvista għal CHPs ċentrali hija distinta mis-suq bl-ingrossa. Madankollu, produttur ċentrali ta’ enerġija CHP jista' jidħol is-suq bl-ingrossa bħala xerrej jew bħala bejjiegħ u l-ostakoli ta’ dħul għal bejjiegħa bl-ingrossa li jridu jipprovdu xi segmenti ta’ provvista bl-imnut għal CHPs ċentrali jistgħu jingħelbu.

(21)

Il-provvista għal CHPs ċentrali hija distinta wkoll mis-swieq oħra ta’ provvista bl-imnut, minħabba flessibilità u livell ta’ konsum ogħla, xejriet differenti ta’ domanda, prezzijiet u tipi ta’ kuntratt, regolazzjoni differenti u l-fatt illi l-CHPs ċentrali jistgħu jipparteċipaw direttament fuq is-suq ta’ bejgħ bl-ingrossa.

Swieq għal provvista ta’ gass għal CHPs ċentrali u għal klijenti kbar industrijali

(22)

Id-Deċiżjoni tqis illi l-provvista ta’ gass naturali għal impjanti ta’ CHPs ċentrali (jiġifieri impjanti żgħar ta’ sħana u enerġija kumbinata) u l-provvista ta’ gass naturali għal klijenti kbar industrijali tikkostitwixxi suq differenti ta’ prodott wieħed jew tnejn.

(23)

Klijenti ta’ negozji żgħar ma jappartjenux għal dan is-suq ta’ prodott minħabba differenza fil-prezzijiet inter alia, marġni, spejjeż ta’ kummerċjalizzazzjoni u ħażna ta’ kanali ta’ tqassim, struttura tas-suq, rati li jinbidlu u ħtijiġiet ta’ kejl.

(24)

Id-Deċiżjoni tqis illi l-provvista għal klijenti kbar industrijali u CHPs deċentralizzati għandhom ċerti similaritajiet (il-livell ta’ konsum tal-gass, it-tipi ta’ kuntratti tal-gass) iżda wkoll ċerti differenzi (ir-regolarità tad-domanda, l-istruttura differenti ta’ sidien, il-fedeltà tal-konsumatur u rati li jinbidlu).

Swieq għal provvisti ta’ gass għad-djar u n-negozji ż-żgħar

(25)

Id-Deċiżjoni tqis illi jeżisti suq wieħed jew żewġ swieq separati għal klijenti li ma jitkejlux, jiġifieri, klijenti li għandhom konsum annwali ta’ inqas minn 300 000 m3. B'hekk, il-bejgħ għal klijenti ta’ negozji żgħar anqas minn 300 000 m3 u klijenti domestiċi jistgħu jappartjenu għall-istess swieq ta’ prodotti jew differenti.

(26)

Kondizzjonijiet ta’ domanda u provvista bejn dawn iż-żewġ tipi ta’ klijenti fid-Danimarka juru ħafna similaritajiet (prezzijiet ta’ gass ogħla, propensità inqas għal tibdil ta’ fornitur, it-tmexxija ta’ portafoll dwar il-bżonnijiet ta’ għodda għal klijenti, offerti ġenerali standardizzati, u l-importanza tad-dehra tat-tikketta, l-istruttura tas-suq, l-ispejjeż tal-ħażna u l-ostakoli ogħla ta’ dħul). Hemm ukoll għadd ta’ differenzi rilevanti (livell medju ta’ konsum, prezzijiet, spejjeż u marġni kif ukoll strateġiji differenti ta’ kummerċjalizzazzjoni).

(27)

L-analiżi kompetitiva mhijiex differenti b'mod sinifikanti bejn dawn iż-żewġ gruppi ta’ klijenti u jekk il-provvista għad-djar u għal klijenti ta’ negozji żgħar jifformawx partijiet differenti ta’ l-istess suq rilevanti jew żewġ swieq rilevanti differenti jibqa' miftuħ.

2.   Swieq ġeografiċi rilevanti

Is-suq għall-ħażna tal-gass u l-flessibilità tal-gass

(28)

DONG iddikjarat illi s-suq rilevanti ġeografiku għal għodda ta’ flessibilità ta’ gass huwa usa' mid-Danimarka u jinkludi wkoll l-Iżvezja, il-Ġermanja tat-tramuntana u l-Olanda.

(29)

Madankollu, ir-riżultati ta’ l-investigazzjoni tas-suq wriet illi s-suq ġeografiku għall-ħażna (jew il-flessibilità) huwa, minkejja l-ambitu tas-suq ta’ prodott rilevanti, limitat għad-Danimarka. Raġunijiet prinċipali għal din il-konklużjoni huma:

Il-parti l-kbira ta’ għodda ta’ flessibilità huma disponibbli biss fuq livell nazzjonali.

Flessibilità lil hinn mill-fruntieri tista' ssir biss fil-forma tal-ħażna fiżika, iżda fl-Iżvezja l-kapaċità tal-ħażna hija żgħira ħafna (l-Iżvezja tiddependi kważi kompletament fuq il-faċilitajiet tal-ħażna Daniżi) u l-użu ta’ faċilitajiet tal-ħażna fil-Ġermanja huwa limitat minħabba d-distanzi ta’ trasport itwal u l-ispejjeż ta’ trasport ogħla. Matul l-investigazzjoni tas-suq tal-Kummissjoni kien hemm dubji dwar il-possibilità tal-ħażna barra l-pajjiż.

Il-partijiet stess jagħmlu użu minn faċilitajiet lokali tal-ħażna għall-ħidmiet tagħhom fl-Olanda u l-Ġermanja.

(30)

B'rigward għas-suq Żvediż għall-ħażna/għodda oħra ta’ flessibilità, id-Deċiżjoni tikkonkludi illi s-suq huwa jew ta’ ambitu Żvediż jew Daniż-Żvediż.

Suq għal provvista bl-ingrossa ta’ gass

(31)

DONG iddikjarat illi s-suq rileventi ġeografiku għall-provvista tal-gass bl-ingrossa huwa usa' mid-Danimarka (jew id-Danimarka u l-Iżvezja) u jinkludi wkoll il-Ġermanja.

(32)

L-investigazzjoni tas-suq tipprovdi indikazzjonijiet qawwija li s-suq għal provvisti bl-ingrossa huwa limitat għad-Danimarka. Id-Deċiżjoni tikkonkludi illi l-Iżvezja m'hijiex parti mill-istess suq ġeografiku bħad-Danimarka; tifforma suq separat li huwa Żvediż jew Daniż-Żvediż fl-ambitu tiegħu peress illi l-provvisti bl-ingrossa fl-Iżvezja ma’ jeżerċitawx limitu qawwi kompetittiv fuq il-provvisti bl-ingrossa fid-Danimarka. Fl-istess ħin, iddeċidiet li l-Ġermanja, l-Olanda u r-Renju Unit ma jifformawx parti mill-istess suq ġeografiku bħad-Danimarka. Ir-raġunijiet huma:

Il-gass kollu kkonsumat fid-Danimarka huwa gass Daniż (lil hinn mix-xtut).

Fl-2003-2005, importazzjoni (kummerċjali) irrappreżentat inqas minn 12 % tal-konsum totali Daniż.

Fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet li ġeneralment ma jaffettwawx il-bżonnijiet bl-ingrossa tal-gass fid-Danimarka (jiġifieri t-tranżazzjonijiet fiċ-ċentri Benelux, ir-Renju Unit jew Emden), jidher li l-prezzijiet għandhom impatt insuffiċjenti fuq il-prezzijiet bl-ingrossa fid-Danimarka.

Il-parteċipanti diversi bl-ingrossa fil-pajjiżi differenti msemmija hawn fuq għandhom sehem differenti konsidrevoli fis-swieq f'dawn il-pajjiżi.

L-investigazzjoni tas-suq turi li l-klijenti ta’ gass Daniż għandhom ftit għarfien fuq prezzijiet bl-ingrossa fil-Ġermanja, u l-importazzjoni ta’ gass hija kkunsidrata sostituta dgħajfa għax-xiri ta’ gass fuq livell bl-ingrossa fid-Danimarka.

Il-fornituri tal-gass bl-ingrossa li jixtiequ jimportaw il-gass mill-Ġermanja għad-Danimarka qed jaffaċċjaw spejjeż ta’ trasport sinifikanti, limitazzjonijiet ta’ kapaċità u ostakoli amministrattivi.

(33)

Fit-tweġiba tagħha għad-deċiżjoni għall-Artikolu 6(1)(c), DONG sostniet li l-kunsenja tal-gass fuq in-naħa l-Ġermaniża tal-punt tad-dħul/ħruġ Daniż f'Ellund jappartjenu għas-suq bl-ingrossa Daniż tal-gass. Fuq bażi tar-riżultati ta’ l-investigazzjoni tas-suq, id-Deċiżjoni tħalliha miftuħa jekk dawn il-kunsenji għandhomx ikunu inklużi fl-ambitu ġeografiku tas-suq bl-ingrossa Daniż tal-gass.

Is-suq għal provvista ta’ gass naturali għal impjanti ta’ CHPs ċentrali

(34)

Id-Deċiżjoni tqis illi l-provvista ta’ gass naturali għal impjanti ta’ CHPs ċentrali (jiġifieri impjanti kbar ta’ tisħin u enerġija kumbinata) tikkostitwixxi suq separat minħabba li l-provvista għal CHPs ċentrali hija distinta mis-suq bl-ingrossa. Barra minn hekk, il-partijiet biss tal-provvista meħtieġa mis-CHPs ċentrali jistgħu joriġinaw minn pajjiżi fil-viċinanza.

Swieq għal provvista ta’ gass għal CHPs deċentrali u għal klijenti kbar industrijali

(35)

Is-suq jew swieq għall-provvista ta’ gass naturali għall-CHPs deċentralizzati u klijenti kbar industrijalizzati huwa/huma nazzjonali fl-ambitu tagħhom peress illi m'hemmx importazzjoni diretta. Barra minn dan, huwa ċar li l-istrutturi tas-suq huma diversi bejn il-pajjiżi fil-viċinanza. L-eżistenza ta’ differenzi sostanzjali fil-prezzijiet bejn id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Iżvezja u l-Olanda tikkonferma aktar l-eżistenza ta’ swieq nazzjonali.

Swieq għal provvisti ta’ gass għad-djar u n-negozji ż-żgħar

(36)

Id-Deċiżjoni tqis illi s-suq għal provvista għan-negozji u klijenti domestiċi fid-Danimarka mhux usa' minn dak nazzjonali, u potenzjalment aktar reġjonali fl-ambitu tiegħu. Il-kwistjoni dwar jekk is-suq/swieq huwiex/humiex nazzjonali jew reġjonali tista' tibqa' miftuħa. Fuq naħa waħda, il-bejgħ f'dan is-suq jeħtieġ uffiċċju nazzjonali ta’ bejgħ u servizz u l-fornituri kollha għal klijenti li m'għandhomx l-arloġġ ta’ l-elettriku fid-Danimarka huma Daniżi, il-kumpaniji Daniżi u jeżistu differenzi kbar fil-prezzijiet bejn is-swieq nazzjonali. Fuq in-naħa l-oħra, anqas minn 1 % tal-klijenti s'issa ddeċidew li jbiddlu l-fornitur. Għalhekk, impriżi ta’ tqassim reġjonali għad għandhom sehem kbir ħafna fis-suq fiż-żoni rispettivi tagħhom u l-prezzijiet għal konsumaturi aħħarin huma differenti fit-tliet żoni reġjonali. Normalment, l-eżistenza ta’ differenzi kbar fis-sehem tas-suq kif ukoll id-differenzi fil-prezz bejn ir-reġjunijiet tkun indikazzjoni li s-swieq reġjonali m'humiex integrati.

3.   Konklużjoni dwar is-swieq rilevanti fis-settur tal-gass naturali

(37)

Id-Deċiżjoni tqis illi dawn is-swieq rilevanti li ġejjin jeżistu:

(1)

is-suq Daniż għall-ħażna jew alternattivament is-suq Daniż għal flessibilità ta’ gass naturali; is-suq Żvediż għall-ħażna jew inkella s-suq Żvediż għal flessibiltà ta’ gass naturali (Żvediż jew alternattivament Żvediż-Daniż fl-ambitu tiegħu);

(2)

is-suq għall-gass naturali bl-ingrossa għad-Danimarka (Daniż fl-ambitu tiegħu); is-suq għall-gass naturali bl-ingrossa għall-Iżvezja (Żvediż jew alternattivament Żvediż-Daniż fl-ambitu tiegħu);

(3)

Is-suq Daniż għal provvista ta’ gass naturali għal impjanti ta’ CHPs ċentrali; is-suq Żvediż għal provvista ta’ gass naturali għal impjanti ta’ CHPs ċentrali (Żvediż jew alternattivament Żvediż-Daniż fl-ambitu tiegħu);

(4)

is-suq jew is-swieq għall-provvista ta’ gass naturali għal klijenti kbar industrijalizzati u għal impjanti ta’ CHPs deċentralizzati (Daniż fl-ambitu tiegħu);

(5)

is-suq jew is-swieq għall-provvista ta’ gass naturali għal klijenti żgħar u għad-djar (Daniż jew reġjonali fl-ambitu tiegħu).

B.   L-ELETTRIKU

1.   Swieq tal-prodotti rilevanti

Il-ġenerazzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa ta’ l-elettriku fiżiku; is-servizzi anċillari

(38)

Parti importanti tal-bejgħ u x-xiri ta’ l-elettriku bl-ingrossa fiż-żona Nordika tinħadem permezz ta’ l-iskambju ta’ l-elettriku Nordiku fin-Nord Pool Spot ASA (“Nord Pool”). Barra minn dawn il-forom ta’ kummerċ ibbażati fin-Nord-Pool ta’ l-elettriku fiżiku fuq livell bl-ingrossa, il-produtturi/negozjanti u klijenti jimpenjaw rwieħhom ukoll f'kuntratti bilaterali ta’ l-elettriku bil-bejgħ bl-ingrossa fiżika.

(39)

Il-klijenti immedjati ta’ servizzi anċillari huma TSOs, li huma responsabbli għal manteniment tal-bilanċ fil-grid u biex il-provvista tkun assigurata f'sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. L-investigazzjoni tas-suq tal-Kummissjoni waslet għal indikazzjonijiet ċari li s-servizzi anċillari/is-servizzi tas-sistema ma jistgħux jiġu sostitwiti faċilment ma’ provvista oħra ta’ l-elettriku fuq livell bl-ingrossa. Barra minn hekk, is-sehem ta’ operatur ta’ setgħa regolatorja jista' jvarja b'mod sinifikanti matul iż-żmien mingħajr l-ebda relazzjoni għal pożizzjoni tiegħu fis-suq għal produzzjoni tad-dawl.

(40)

Madankollu, id-Deċiżjoni tqis illi d-delinjazzjoni preċiża ta’ dan is-suq/dawn is-swieq tista' tibqa' miftuħa. Provvisti bilaterali għal klijenti mingħajr aċċess dirett għal Pool Nord jista' jew ma jistax jikkostitwixxi suq ta’ prodott separat u l-istess jista' jintqal għas-servizzi anċillari.

Derivattivi finanzjarji ta’ l-elettriku

(41)

Id-Deċiżjoni tikkunsidra suq separat għal elettriku finanzjarju, peress illi essenzjalment, is-suq finanzjarju għandu x'jaqsam mal-kummerċ ta’ riskju waqt illi s-suq fiżiku jikkonċerna l-kummerċ ta’ dawl għal konsum u għalhekk ma jistax jiġi sostitwit kompletament. Jekk il-prodott distint finanzjarju ta’ CfDs (jew kuntratti għad-differenza) jappartjeni għall-istess suq jew għal suq separat jibqa' miftuħ.

Il-kummerċ ta’ l-elettriku

(42)

Id-Deċiżjoni tqis li hemm swieq separati għal provvisti għal klijenti li jkollhom bżonnijiet ta’ metering għal kull siegħa u ieħor għal klijenti mingħajr dawn il-bzonnijiet. Din id-distinzjoni ġiet ikkonfermata b'mod ċar mill-investigazzjoni tas-suq. Dawn il-gruppi ta’ klijenti jħallsu prezzijiet differenti, jikkonsumaw prodotti differenti u jixtru b'mod differenti.

2.   Swieq ġeografiċi rilevanti

Bejgħ bl-ingrossa ta’ l-elettriku fiżiku

(43)

Id-Deċiżjoni tqis illi l-effetti kompetittivi ta’ l-għaqda għandha tiġi evalwata fuq żoni ta’ prezzijiet tan-Nord Pool Daniż tal-Lvant/Daniż tal-Punent jew fuq għaqda taż-żewġ żoni inkluż l-Iżvezja, peress illi l-attivitajiet Nordiċi tal-partijiet huma kważi eslussivament limitati għad-Danimarka. Jekk il-konċentrazzjoni ma tasalx għal effetti negattivi fuq il-kompetitizzjoni f'kombinazzjonijiet ta’ żoni, ma tkunx tista' tasal għal effetti negattivi f'kwalunkwe żona ta’ prezz usa'.

(44)

Il-kwistjonijiet kollha l-oħra ta’ definizzjoni ta’ suq ġeografiku għas-suq bl-ingrossa ta’ l-elettriku fir-rigward tal-operazzjoni kurrenti jibqgħu miftuħa.

Is-servizzi anċillari

(45)

Id-Deċiżjoni tqis illi s-servizzi anċillari huma nazzjonali fl-ambitu tagħhom, peress illi dawn huma dipendenti fuq disponibbità immedjata jew affidabbli f'ċertu żona ta’ prezz u peress illi teżisti konġestjoni ta’ interconnectors.

Derivattivi finanzjarji ta’ l-elettriku

(46)

Fir-rigward tad-derivattivi finanzjarji ta’ l-elettriku, id-Deċiżjoni tqis illi s-suq ikun mill-inqas pan-Nordiku peress illi d-derivattivi finanzjarji ta’ kummerċ ta’ l-elettriku isiru fin-Nord Pool, waqt li l-CfDs jistgħu jiġbru fihom iż-żona partikolari ta’ prezz biss, peress illi l-impriżi li jinnegozjaw f'dawn il-prodotti prinċipalment ikunu l-fornituri u klijenti bl-ingrossa f'dawn iż-żoni ta’ prezz.

Il-kummerċ tad-dawl

(47)

Fis-swieq ta’ l-elettriku bl-imnut, id-Deċiżjoni tqis illi s-suq għal klijenti li jagħmlu użu mill-meter huwa nazzjonali, waqt illi dawk li ma jagħmlux użu mill-meter huwa nazzjonali-reġjonali. M'hemm l-ebda dħul dirett minn impriżi ta’ provvista barranija, u l-biċċa l-kbira ta’ klijenti li ma jagħmlux użu mill-meter baqgħu mal-fornitur lokali USO tagħhom.

3.   Konklużjoni dwar is-swieq rilevanti fl-elettriku

48.

Għalhekk, id-Deċiżjoni tiddefinixxi dawn is-swieq ta’ l-elettriku li ġejjin:

(1)

il-bejgħ bl-ingrossa ta’ l-elettriku (Daniż tal-Punent u Daniż tal-Lvant rispettivament jew usa');

(2)

potenzjalment, il-bejgħ bl-ingrossa bilaterali għal klijenti li m'għandhomx aċċess għal Nord Pool (Daniż tal-Punent u Daniż tal-Lvant rispettivament);

(3)

potenzjalment, servizzi anċillari (Daniż tal-Punent u Daniż tal-Lvant rispettivament);

(4)

derivattivi finanzjarji ta’ l-elettriku (li jinkludu ż-żona tan-Nord Pool jekk jeskludu CfDs);

(5)

potenzjalment, CfDs (Daniż tal-Punent u Daniż tal-Lvant rispettivament);

(6)

il-bejgħ ta’ l-elettriku għal klijenti (negozjanti) li jagħmlu użu tal-meter (Daniżi-nazzjonali);

(7)

bejgħ ta’ l-elettriku għal klijenti li ma jagħmlux użu tal-meter (prinċipalment domestiċi) (jistgħu jkunu Daniżi-nazzjonali jew Daniżi-reġjonali).

C.   SWIEQ OĦRA

(49)

Numru ta’ swieq oħra huma affettwati mill-konċentrazzjoni proposta iżda m'hemm l-ebda impatt negattiv fuq il-kompetizzjoni, jew minħabba ishma ta’ suq baxx jew l-ebda ripetizzjoni ġeografika: it-tisħin distrettwali (lokali), l-irmied li jtir (l-ambitu reġjonali jibqa' miftuħ) u l-kummerċ ta’ CO2 (madwar l-UE).

5.   EVALWAZZJONI KOMPETITTIVA

KUMMENTI PRELIMINARJI FUQ ISHMA TA’ MINORANZA

(50)

Id-Deċiżjoni teżamina l-argument imfassal mid-DONG dwar l-effett ta’ rabtiet qabel l-għaqda bejn il-partijiet li ngħaqdu u bejn il-partijiet li ngħaqdu u l-partijiet terzi iżda sabet li f'kull ċirkostanza, konsiderazzjoni ta’ effett bħal dan ma jkunx jista' jżomm l-effetti negattivi ta’ l-għaqda.

A.   GASS NATURALI

1.   Is-suq għall-ħażna tal-gass u l-flessibilità tal-gass

(51)

Fuq bażi ta’ l-investigazzjoni tas-suq li sar f'dan il-każ, il-Kummissjoni kkonkludiet illi DONG bħalissa hija dominanti fis-suq Daniż għall-ħażna/flessibilità.

(52)

Id-Deċiżjoni tqis illi aċċess għall-ħażna/flessibilità huwa meħtieġ biex jikkumplimenta attivitajiet oħra tal-gass, is-suq għall-ħażna/flessibilità huwa meqjus bħala simili għas-swieq oħra tal-gass. Għalkemm żewġ entitajiet separati legali fi ħdan id-DONG huma responsabbli għall-ħażna kummerċjali tal-gass, il-Kummissjoni tqis illi dawn iż-żewġ attivitajiet għandhom l-għan konġunt illi jżidu l-profitabbilità tal-grupp DONG, u annaliżżat l-effett fuq is-suq Daniż għall-ħażna/flessibbilità kontra dan l-isfond.

(53)

Għalhekk, id-Deċiżjoni tqis illi l-kisba ta’ E2 u Elsam bħala s-sorsi ewlenin ta’ flessibilità fid-Danimarka għandha tagħti lil DONG il-kapaċità u l-inċentiv biex tnaqqas il-bżonnijiet tagħha stess tal-ħażna billi tissostitwixxi l-użu tal-faċilitajiet tagħha tal-ħażna permezz ta’ l-użu ta’ E2 u Elsam bħala sorsi flessibbli. Fl-istess ħin, l-alternattiva ta’ flessibbilità disponibbli għal fornituri kompetituri ta’ gass għandhom jitnaqqsu. B'hekk, u minħabba l-mod kif it-tariffi tal-ħażna Daniża japplikaw, spejjeż oħra tal-ħażna ta’ fornituri tal-gass għandhom jiżdiedu u l-kapaċità tagħhom biex jeżerċitaw pressjoni kompetittiva fuq id-DONG għandha b'hekk tonqos.

(54)

Għal dawn ir-raġunijiet, id-Deċiżjoni tikkonkludi li l-operazzjoni tasal għal impediment sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva fuq is-suq potenzjali Daniż għall-ħażna jew fuq is-suq potenzjali Daniż għall-ħażna/flessibbiltà b'mod partikolari permezz tat-tisħiħ tal-pożizzjoni dominanti ta’ DONG fuq swieq bħal dawn.

(55)

Għal dak li għandu x'jaqsam mas-suq tal-ħażna/flessibbilità Żvediż, id-Deċiżjoni tikkonkludi li s-sejba ta’ dannu potenzjali fid-Danimarka tista' fil-prinċipju tiġi estiża għall-Iżvezja, iżda valutazzjoni dettaljata tal-karatteristiċi partikolari tas-suq Żvediż mhijiex neċċessarja meta wieħed iqis li l-valutazzjoni ġenerali tat-tranżazzjoni hija indipendenti minnu.

2.   Suq għal provvista bl-ingrossa ta’ gass

(56)

Matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni u d-DONG ħadu perspettivi differenti skond ir-rilevanza ta’ l-analiżi ta’ provvisti ta’ gass bl-ingrossa lil hinn minn […] (*). DONG ikkontestat ir-rilevanza li wieħed iħares lil hinn minn orrizzont ta’ […] * snin. Skond il-Kummissjoni, is-suq tal-gass huwa sinifikat permezz ta’ investimenti fuq medda ta’ żmien twil fl-infrastruttura u kuntratti ta’ provvista fuq żmien twil, li jiġġustifikaw analiżi li tinkludi orrizzont-ta'-żmien lil hinn minn […] *. Madankollu, id-Deċiżjoni tikkonkludi li fl-assenza ta’ kull konsiderazzjoni tas-sitwazzjoni tas-suq lil hinn minn […] *, l-għaqda għandha jkollha effetti sinifikanti kontra l-kompetizzjoni fuq il-provvisti bl-ingrossa Daniża, permezz ta’ l-eliminazzjoni ta’ l-impatt ristrettiv tal-proġett ta’ BGI, u l-fatt illi d-deċiżjonijiet ta’ dħul ta’ kompetitituri għandu jiġi gwidat mill-bidu ta’ l-2008 ta’ negozjati ta’ kuntratti ta’ provvista ma’ Elsam u E2.

(57)

Id-Deċiżjoni tikkonkludi li DONG huwa dominanti fis-suq Daniż għall-provvista ta’ gass bl-ingrossa, meta wieħed iqis li s-sehem fis-suq tal-kumpanija kien [80-90 %] * fl-2004 (3). Il-Kummissjoni analizzat restrizzjonijiet potenzjalment kompetittivi fuq il-pożizzjoni dominanti ta’ DONG minn dawn il-ħames sorsi li ġejjin:

Operaturi fiż-żona Daniża lil hinn mill-kosta;

Importazzjoni mill-Ġermanja, in-nofs in-nhar mill-pajpline DEUDAN;

Ir-rotazzjoni ta’ gass f'Ellund;

Suq likwidu bl-ingrossa Daniż, u

Kapaċità ġdida ta’ pajpline jew xi faċilitajiet oħra ta’ importazzjoni.

(58)

Id-Deċiżjoni tikkonkludi illi dawn ir-restrizzjonijiet kompetittivi huma dgħajfa jew mhux sodi biżżejjed sabiex jikkostitwixxu fi żmien qasir restrizzjoni effettiva fuq il-pożizzjoni fis-suq ta’ DONG.

(59)

B'hekk, id-Deċiżjoni teżamina jekk it-tranżazzjoni twassal għal tisħiħ tal-pożizzjoni dominanti ta’ DONG permezz tat-tneħħija tal-kompetizzjoni reali u/jew potenzjali. Għal dak li għandu x'jaqsam ma’ l-interess kummerċjali ta’ E2 u Elsam sabiex dawn isiru parteċipanti fis-suq bl-ingrossa Daniż tal-gass, id-DONG issostni li l-E2 u l-Elsam jikkostitwixxu kompetituri potenzjali u ssostni li mhumiex ir-restrizzjoni l-aktar kompetittiva u importanti fuq id-DONG.

(60)

Skond il-Kummissjoni, huwa biżżejjed li l-E2 u l-Elsam jikostitwixxu restrizzjonijiet importanti kompetittivi (u mhux neċessarjament l-aktar importanti), li t-tneħħija tagħhom twassal għal tħassib tal-kompetizzjoni.

(61)

L-investigazzjoni tal-Kummissjoni u d-Deċiżjoni jikkonkludu li l-konċentrazzjoni proposta għandha tneħħi l-E2 bħala kompetitur reali, u l-Elsam bħala kompetitur potenzjali kredibbli għal DONG. L-analiżi tal-Kummissjoni tal-ħames restrizzjonijiet potenzjali kompetittivi msemmija fil-paragrafu 57 hawn fuq m'għandhiex tbiddel din il-konklużjoni. Barra minn hekk, id-Deċiżjoni tikkonkludi li l-kisba ta’ Vatenfall ta’ sehem żgħir ta’ l-impjanti ta’ l-enerġija mħaddma mill-gass ma jkunux biżżejjed biex jegħlbu t-telf ta’ pressjoni kompetittiva kawżata mill-integrazzjoni ta’ E2 u l-Elsam fil-grupp DONG.

(62)

Minbarra dawn l-effetti orizzontali, id-Deċiżjoni tikkonkludi li t-tranżazzjoni twassal għal telf ta’ klijenti, u bħala riżultat għal impediment sinifikanti ta’ kompetizzjoni effettiva, minħabba integrazzjoni vertikali ta’ DONG ma’ E2 u Elsam, li jgħaqqdu madwar [20-30 %] * tal-konsum sħiħ Daniż. Għalhekk, se jkun aktar diffiċli għall-kompetituri ta’ DONG biex jidħlu fis-swieq ta’ gass Daniż, kemm bħala fornituri bl-ingrossa kif ukoll bħala fornituri ta’ klijenti finali, u b'hekk joħolqu ostakoli għad-dħul f'dawn is-swieq.

(63)

Il-partijiet sostnu li s'issa Elsam inkiseb sa ċertu punt biss mill-partijiet terzi, peress illi kien involut f'ċerti ftehimiet ta’ skambju u xiri fuq żmien qasir. Madankollu, il-Kummissjoni tqis illi l-provvisti għal Elsam mill-kompetituri ta’ DONG mill-inqas jikkostitwixxu restrizzjoni potenzjali fuq l-imġiba ta’ DONG.

(64)

Id-Deċiżjoni tikkonkludi li anke jekk l-effett ta’ esklużjoni kien limitat għall-esklużjoni ta’ talba mill-E2, din l-esklużjoni ssaħħaħ b'mod sinifikanti n-nuqqas ta’ inċentivi għall-artijiet terzi li qed jidħlu fis-suq fuq skala sinifikanti. Dan huwa minħabba l-fatt li kważi t-talba kollha indipendenti minn partijiet terzi (mhux-magħluq) għad-Danimarka s'issa sar permezz ta’ l-E2. B'hekk, l-għaqda proposta toħloq ostakoli ta’ dħul għas-suq Daniż bl-ingrossa peress illi telimina kumpanija li xtrat kwantitajiet importanti ta’ gass naturali fuq is-suq bl-ingrossa b'perspettiva kemm li tużaha internament kif ukoll tipprovdi l-gass naturali għall-utenti oħra.

(65)

Id-Deċiżjoni tikkonkludi li l-konċentrazzjoni proposta tneħħi restrizzjonijiet sinifikanti kompettitivi għal DONG, fuq is-suq Daniż ta’ gass bl-ingrossa. Minħabba l-pożizzjoni dominanti fissa tad-DONG fuq dan is-suq, it-tranżazzjoni proposta probabbli twassal għal impediment sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva, b'mod partikolari permezz tat-tisħiħ tal-pożizzjoni dominanti tad-DONG.

(66)

B'rigward għall-provvisti ta’ gass bl-ingrossa fl-Iżvezja, id-DONG għandha pożizzjoni dominanti wkoll fuq dak is-suq (4). Id-Deċiżjoni tħalliha miftuħa li DONG hija f'pożizzjoni ta’ dominanza waħedha jew flimkien ma’ oħrajn fis-suq ta’ provvisti bl-ingrossa Żvediż jew Daniż-Żvediż, peress illi kull effett ta’ dannu fuq kwalunkwe wieħed minn dawn is-swieq joriġina minn effett danneġġanti li l-operat ikollu fuq is-suq bl-ingrossa għad-Danimarka.

3.   Is-suq għall-provvista ta’ gass naturali għal CHPs ċentrali

(67)

Id-Deċiżjoni tqis illi l-ebda esklużjoni ta’ klijenti jew dħul ta’ għeluq tista' ssir fis-swieq għal provvista ta’ gass naturali għal CHPs naturali fid-Danimarka u l-Iżvezja, peress illi a) mill-inqas sa l-2009 l-ebda klijent ta’ CHPs ċentrali jsofri danni fis-suq Daniż jew Żvediż għal provvista ta’ CHPs ċentrali u, b) wara l-2009 CHPs ikunu protetti jekk il-ħidma tas-suq bl-ingrossa tissaħħaħ permezz tal-programm ta’ rilaxx tal-gass proposta mill-partijiet.

(68)

Fir-rigward tal-kompetizzjoni potenzjali, id-Deċiżjoni tikkonkludi li mhuwiex probabbli li l-E2 u/jew l-Elsam jitqisu bħala parteċipanti ġodda fis-suq għal provvista ta’ CHPs ċentrali peress illi ma jkunx probabbli li CHPs ċentrali oħra ikunu jixtiequ jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ gass minn provvisti minn kompetituri diretti tiegħu.

(69)

Għalhekk id-Deċiżjoni tqis li l-konċentrazzjoni ma twassalx għal impediment sinifikanti ta’ kompetizzjoni effettiva fuq is-swieq għal provvisti ta’ CHPs ċentrali la fid-Danimarka u lanqas fl-Żveżja.

4.   Swieq għal provvisti għal klijenti industrijali u CHPs deċentrali

(70)

Id-Deċiżjoni sabet li DONG hija dominanti u se tibqa' dominanti fil-futur prevedibbli b'sehem fis-suq ta’ [60-70 %] * fl-2004, li hija l-aħħar sena b'data affidabbli dwar is-sehem fis-suq. M'hemm l-ebda raġuni biex wieħed jemmen li s-sehem fis-suq ta’ DONG għandu jaqa' taħt il-50 % fil-futur prevedibbli.

(71)

Id-dominanza għolja ta’ DONG fil-bejgħ bl-ingrossa, il-ħażna, il-gass barra mill-kosta u l-importazzjoni ta’ pajpijiet aktar tappoġġja il-pożizzjoni ta’ DONG f'dan is-suq/dawn is-swieq għal klijenti kummerċjali kbar u CHPs deċentralizzati, peress illi l-faċilitajiet tal-ħażna u aċċess għall-gass huma parametri importanti kompettitivi fil-kuntest ta’ provvisti għal dawn il-gruppi ta’ klijenti.

(72)

Barra minn hekk, il-kompetituri ta’ DONG ma jistgħux jisfidaw id-dominanza ta’ DONG peress illi HNG/MN u Statoil Gazelle huma kumpaniji żgħar, peress illi HNG/MN huwa kompetitur dgħajjef finanzjarjament u peress illi għad jeżistu rabtiet qawwijin bejn id-DONG u l-HNG/MN.

(73)

Kemm E.OM kif ukoll Shell għandhom sehem żgħir fis-suq Daniż għal bejgħ għal klijenti kbar kummerċjali u s-CHPs deċentralizzati u E.ON probabbli jiffoka l-isforzi Nordiċi tiegħu fuq is-suq Żvediż.

(74)

Barra minn hekk, id-Deċiżjoni sabet indikazzjonijiet oħra tad-dominanza fissa ta’ DONG fis-suq qabel l-għaqda. M'hemmx dubju li DONG għandha rata ta’ rotazzjoni l-aktar baxxa fost il-parteċipanti kbar fis-suq. DONG hija l-kumpanija fl-aħjar pożizzjoni biex toffri prodotti ta’ karburant doppju u DONG tista' tiżviluppa relazzjonijiet relattivament qrib ma’ numru ta’ CHPs deċentralizzati.

(75)

Id-Deċiżjoni sabet li l-operazzjoni proposta ssaħħaħ id-dominanza ta’ DONG minħabba t-tisħiħ ta’ l-ostakoli ta’ dħul u minħabba t-tneħħija ta’ kompetizzjoni potenzjali.

(76)

L-operazzjoni proposta ssaħħaħ l-ostakli ta’ dħul peress illi tkun aktar diffiċli biex parteċipanti oħra jiksbu d-daqs kritiku fil-provvista tal-gass jekk madwar 20 % fil-konsum totali ta’ gass Daniż jitneħħa mis-suq. Barra minn hekk, l-aċċess diġà privileġġjat ta’ DONG għas-CHPs deċentralizzati għandu jissaħħaħ aktar minħabba l-għaqda. L-għaqda wkoll tqajjem ir-riskju ta’ l-għeluq tal-ħażna ta’ gass jew li jogħlew l-ispejjeż ta’ nfiq ta’ kompetituri konnessi ma’ ħażna, li jżidu aktar l-ostakoli għad-dħul. Barra minn hekk, huwa probabbli li l-konċentrazzjoni tgħolli l-ostakoli tad-dħul fis-swieq ta’ xiri bl-ingrossa, u b'hekk isir aktar diffiċli għall-kompetituri ta’ DONG biex jiksbu provvisti b'mod kompettitiv. Wara l-għaqda, DONG tkun f'pożizzjoni privileġġjata biex toffri prodotti ta’ karburanti doppju, waqt li l-kompetituri oħra jsibuha aktar diffiċli jqabblu l-offerta ta’ DONG.

(77)

Aktar minn hekk, l-operazzjoni proposta ssaħħaħ aktar id-dominanza ta’ DONG minħabba t-tneħħija tal-kompetituri potenzjali Elsam, E2, Nesa u KE.

(78)

Kemm E2 kif ukoll Elsam għandhom aċċess għal kwantitajiet kbar ta’ gass naturali għal prezzijiet kompetittivi. Għandhom ukoll aċċess għall-ħażna u mezzi ta’ flessibilità. Aktar minn hekk, għandhom il-marka neċessarja ta’ “enerġija”. Maġġoranza ċara ta’ dawk li jwieġbu għall-investigazzjoni tas-suq tal-Kummissjoni isostnu li l-Elsam u l-E2 jistgħu jbigħulhom kwantitajiet żejda ta’ gass. Fl-aħħar, il-Kummissjoni sabet evidenza qawwija għall-opportunitajiet ta’ dħul u intenzjonijiet bħal dawn mill-E2, li diġà ssottometta offerti għall-kumpaniji reġjonali ta’ provvisti bl-ingrossa fl-Iżvezja u d-Danimarka fl-2003 u l-2004.

(79)

In-NESA u l-KE għandhom marki ta’ enerġija qawwija u jistgħu jiksbu sinerġiji ta’ nfiq u żieda ta’ fedeltà ta’ klijenti permezz tal-bejgħ ta’ karburant doppju. Għandhom aċċess għal bażi kbira ta’ klijenti industrijali. Ukoll DONG u Statoil Gazelle ikkunsidraw il-KE, l-Elsam u l-Energi E2 bħala kompetituri potenzjali fis-swieq ta’ gass Daniż.

(80)

Għal dawn ir-raġunijiet, id-Deċiżjoni tikkonkludi li l-operazzjoni proposta għandha twassal għal impediment sinifikanti ta’ kompetizzjoni effettiva, b'mod partikolari minħabba l-ħolqien jew it-tisħiħ ta’ pożizzjonijiet dominanti fis-suq jew swieq tal-provvista ta’ gass naturali għal klijenti ta’ negozji kbar u CHPs deċentralizzati.

5.   Swieq għal provvisti ta’ gass għad-djar u n-negozji ż-żgħar

(81)

Id-Deċiżjoni sabet li DONG hija dominanti f'żewġ oqsma reġjonali b'sehem fis-suq 'il fuq minn [90-100 % *] u li din id-dominanza hija msaħħa minħabba ostakoli għolja ta’ dħul, il-kontroll ta’ DONG fuq il-ħażna u l-aċċess għall-gass 'il barra mill-kosta kif ukoll il-pożizzjoni dominanti tagħha fis-suq bl-ingrossa.

(82)

Fuq il-premessa alternattiva ta’ suq nazzjonali, id-DONG u l-HNG/MN huma kkunsidrati bħala dominanti flimkien b'ishma fis-suq ta’ [25-35 %] * u [55-65 %] * rispettivament. Jeżistu rabtiet qawwijin bejn dawn iż-żewġ kumpaniji. Is-suq huwa trasparenti ħafna u għalhekk kwalunkwe devjazzjoni minn imġiba oligopolistika tista' tidher b'mod faċli. Il-prodott huwa omoġenju u jiffaċilita koordinazzjoni taċita. Hemm rati għolja ħafna ta’ fedeltà ta’ klijenti li jirriżultaw f'ostakoli għolja ta’ dħul. Barra minn hekk, hemm mekkaniżmi ta’ retaljazzjoni effettivi kontra interess konġunt għoli oligopolistiku fiż-żamma ta’ l-istatus quo.

(83)

Id-Deċiżjoni sabet li d-dominanza ta’ DONG għandha tissaħħaħ permezz tat-tisħiħ ta’ ostakoli ta’ dħul u, sa ċertu punt, permezz tat-tneħħija ta’ kompetizzjoni potenzjali.

(84)

Il-konċentrazzjoni għandha ssaħħaħ l-ostakoli ta’ dħul minħabba spejjeż ogħla tal-ħażna u diffikultajiet ogħla fil-kisba ta’ daqs kritiku u ta’ ekonomiji ta’ skala u skop meħtieġa sabiex id-dħul ikun vijabbli finanzjarjament. Barra minn hekk, l-operazzjoni tneħħi l-klijenti ikbar f'swieq differenti b'flessibilità li tista' tkun ibbilanċjata kontra l-ħtiġijiet ta’ flessibilità ta’ klijenti domestiċi u ta’ negozji żgħar. Fl-aħħarnett, it-tnaqqis probabbli ta’ likwidità fis-suq ta’ gass bl-ingrossa Daniż iżid il-kapaċità ta’ DONG biex teskludi aċċess għall-gass bl-ingrossa għall-klijenti tagħha.

(85)

Il-konċentrazzjoni għandha telimina xi ftit kompetizzjoni potenzjali minn KE u għal NESA, li huma bejjiegħa ta’ l-elettriku, it-tnejn għandhom bażi fiż-zona ikbar ta’ Kopenhagen. Diġà għandhom uffiċċji ta’ bejgħ, sforzi ta’ bejgħ kbar, tagħmir ta’ IT u sistemi ta’ kontijiet jaħdmu. Għandhom portafolli kbar ta’ klijenti, li jistgħu jinbnew fuqhom bil-għan li jidħlu fis-swieq bl-imnut tal-gass. Iż-żewġ kumpaniji wkoll għandhom saħħa ta’ marka konsiderevoli kemm fuq livell nazzjonali u speċjalment fuq livell reġjonali. B'hekk, in-NESA u l-KE ma jaffaċċjawx l-ostakoli għoljin għad-dħul li l-biċċa l-kbira ta’ entranti għandhom jilħqu. […] *.

(86)

Fuq in-naħa l-oħra, ħafna mill-klijenti ta’ KE diġà se jkollhom il-ħtiġijiet ta’ enerġija għat-tisjir koperti mill-gass tal-belt u l-ħtiġijiet għat-tisħin koperti mit-tisħin tad-distrett. Wieħed għandu jqis ukoll li l-parti l-kbira tal-bażi ta’ klijenti ta’ l-elettriku ta’ NESA u KE tista' tintuża biss sabiex tikkompeti ma’ HNG/MN li għandhom iż-żoni ta’ distribuzzjoni ta’ gass jirkbu ġeografikament in-NESA u l-KE, u mhux id-DONG.

(87)

Id-Deċiżjoni tagħraf li l-kumpaniji oħra ta’ provvista ta’ l-elettriku jistgħu jidħlu fis-suq għal provvista ta’ gass għal klijenti ta’ negozji żgħar u domestiċi, iżda tikkonkludi li l-KE u n-NESA għandhom pożizzjoni speċjali meta nsemmu l-aċċess għall-gass, li hija diffiċli għal kumpaniji oħra ta’ l-elettriku jiddupplikaw.

(88)

Għalhekk, id-Deċiżjoni tikkonkludi li l-għaqda proposta għandha timpedixxi b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni fis-suq jew is-swieq għall-provvista ta’ gass għal klijenti domestiċi u ta’ negozji żgħar, irrispettivament minn jekk dawn is-swieq huma identifikati bħala reġjonali jew nazzjonali, b'mod partikolari permezz tat-tisħiħ ta’ pożizzjoni dominanti.

6.   Konklużjoni dwar l-evalwazzjoni tas-swieq ta’ gass naturali qabel il-konsiderazzjoni ta’ modifiki għall-konċentrazzjoni notifikata

(89)

Id-Deċiżjoni tikkonkludi illi t-tranżazzjoni twassal għal impediment sinifikanti ta’ kompetizzjoni effettiva, b'mod partikolari permezz tat-tisħiħ ta’ pożizzjonijiet dominanti fuq dawn is-swieq ta’ prodotti li ġejjin:

Il-provvista ta’ bejgħ bl-ingrossa ta’ gass għad-Danimarka (u potenzjalment għall-Iżvezja wkoll);

Il-ħażna tal-gass jew il-flessibiltà tal-gass (irrispettivament minn jekk għad-Danimarka biss jew għall-Iżvezja wkoll);

Il-provvista ta’ gass għal klijenti ta’ negozji kbar u s-CHPs deċentrali, bħal suq 1 jew 2, fid-Danimarka;

Il-provvista ta’ gass għal klijenti ta’ negozji żgħar u/jew djar, bħal suq 1 jew 2, fid-Danimarka.

B.   L-ELETTRIKU

(90)

Id-Deċiżjoni sabet li l-konċentrazzjoni ma toħloqx tħassib ta’ kompetizzjoni għas-suq ta’ l-elettriku.

1.   Il-bejgħ ta’ l-elettriku bl-ingrossa

(91)

Id-Deċiżjoni sabet, li prima facie l-Elsam u l-E2 għandhom pożizzjoni dominanti fiż-żoni tagħhom rispettivi fin-Nord Pool fil-bejgħ bl-ingrossa ta’ l-elettriku kull meta dawn iż-żoni huma iżolati minn żoni oħra Nord Pool, peress illi l-limitu effettiv maħdum minn irdieden intra-żona u s-CHPs deċentrali huwa baxx.

(92)

Madankollu, l-effetti orizzontali tat-tranżazzjoni proposta probabbli tinqabeż sostanzjalment mit-telf tas-sehem fis-suq minħabba d-divestituri ta’ Vattenfall marbuta b'mod kondizzjonali ta’ impjanti ta’ enerġija għal Vattenfall fid-Danimarka tal-Lvant u tal-Punent li joħloq kompetitur vijabbli għal dawk responsabbli fiż-żona, li jnaqqsu s-sehem tagħhom fis-suq b'mod sostanzjali. Id-Deċiżjoni tikkonkludi wkoll li intenzjonijiet minn Elsam u l-E2 biex jidħlu fit-territorji ta’ xulxin ma ġewx stabbiliti u li DONG naqset milli tidħol fil-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku permezz ta’ impjant ta’ l-enerġija mħaddem bil-gass. Għalhekk id-Deċiżjoni tikkonkludi li kwalunkwe effetti potenzjalment orizzontali huma megħluba faċilment mill-effett pożittiv li hu ċert u immedjat tad-dħul ta’ Vattenfall.

(93)

Għal dak li għandu x'jaqsam ma’ effetti vertikali, id-Deċiżjoni sabet li DONG wisq probabbli ma tgħollix l-ispejjeż tal-kompetituri (gass bħala dħul) tagħha wara l-għaqda. Simulazzjoni b'mudell ikkonfermat li sabiex it-tnaqqis fir-riżultat ikun ta’ importanza, ikun hemm bżonn ta’ żidiet sinifikanti ħafna fil-prezzijiet tal-gass. Dawn iż-żidiet ibbażati fuq effetti vertikali relatati ma’ l-għaqda ma jkunux realistiċi fid-dawl ta’ limitazzjonijiet kompetittivi li, minkejja il-pożizzjoni dominanti tagħha, xorta jkomplu jeżistu f'DONG wara l-għaqda. Din il-konklużjoni tissaħħaħ permezz tar-rimedji offruti minn DONG li għandhom iżidu d-disponibbiltà ta’ sorsi alternattivi ta’ gass għal CHPs deċentrali wara l-għaqda. Barra minn hekk, anke jekk l-entità magħquda wara l-għaqda kellha inċentiva biex tfittex li żżid il-prezzijiet ta’ gass għal CHPs deċentrali, m'huwiex probabbli li din toħloq prezzijiet ogħla ta’ l-elettriku fid-dawl ta’ aktar kompetizzjoni fil-Lvant u l-Punent tad-Danimarka minħabba ċ-ċessjoni ta’ impjanti ta’ l-enerġija għal Vattenfall.

(94)

Mhux probabbli li fil-futur DONG tkun tista' teżerċita xi influwenza diretta fuq is-CHPs deċentrali minħabba l-impenn minn Elsam għal Awtorità ta’ Kompetizzjoni Daniża f'Marzu 2004 b'konnessjoni mal-kisba minn Elsam ta’ Nesa, fejn Elsam u Nesa impenjaw ruħhom biex ineħħu l-ishma kollha tagħhom fis-CHPs deċentrali maħduma mill-gass.

(95)

L-effett ta’ l-għaqda fuq l-impatt pożittiv ġenerali tal-Great Belt Interconnector, li jgħaqqad id-Danimarka tal-Lvant mad-Danimarka tal-Punent u mistenni għall-2010, huwa eżaminat ukoll. Huwa konkluż li r-restrizzjoni li tista' tingħata, mhux preżenti fil-għaqda permezz ta’ interconnector probabbli 600MW, xorta tkun inqas mir-restrizzjoni pprovduta mid-dħul ta’ Vattenfall fiż-żewġ żoni. Dan ġie kkonfermat ukoll permezz ta’ simulazzjoni b'mudell.

(96)

Dawn il-konsiderazzjonijiet u sejbiet dwar l-effetti orizzontali u vertikali ta’ l-għaqda proposta japplikaw ukoll għal bejgħ bl-ingrossa bilaterali ta’ l-elettriku għal klijenti kemm fid-Danimarka tal-Lvant kif ukoll fid-Danimarka tal-Punent li jassumi suq separat għal klijenti bl-ingrossa li jista' jkun m'għandhomx aċċess għas-suq bl-ingrossa tan-Nord Pool.

(97)

Fil-kuntest usa' ta’ Nord Pool, il-partijiet għandhom ishma fis-suq taħt l-10 % ukoll f'suq li jgħaqqad l-Iżvezja biss u ż-żewġ partijiet tad-Danimarka.

2.   Is-servizzi anċillari

(98)

Id-Deċiżjoni sabet li qabel l-għaqda, l-Elsam u l-E2 kellhom jaffaċċjaw ftit kompetizzjoni fiż-żoni rispettivi tagħhom, waqt li wara l-għaqda DONG se taffaċċja, f'kull żona, kompetitur serju, jiġifieri l-Vattenfall. Għalhekk, l-għaqda, ma twassalx għal problema ta’ kompetizzjoni dwar is-swieq potenzjali għal servizzi anċillari fid-Danimarka tal-Lvant u d-Danimarka tal-Punent.

3.   Derivattivi finanzjarji ta’ l-elettriku

(99)

F'suq Nordiku għal kummerċ f'derivattivi finanzjarji ta’ l-elettriku l-partijiet li qed jgħaqqdu għandhom sehem flimkien fis-suq ta’ < 10 %. Dan is-sehem żgħir fis-suq jeskludi t-tħassib kollu f'suq bħal dan.

(100)

Dwar swieq distrettwali potenzjali għal CfDs għad-Danimarka tal-Lvant u d-Danimarka tal-Punent, huwa ċar li l-E2 u l-Elsam huma l-bejjiegħa prinċipali ta’ CfDs fiż-żoni rispettivi tagħhom. Madankollu, hu mistenni li d-divestiment ta’ assi ta’ ġenerazzjoni għal Vattenfall ikollu l-effett li jintroduċi l-Vattenfall bħala bejjiegħ prinċipali ta’ CfDs kemm fil-Lvant kif ukoll fil-Punent tad-Danimarka.

4.   Provvista bl-imnut ta’ l-elettriku għal klijenti kummerċjali

(101)

Id-Deċiżjoni sabet li l-livell kurrenti ta’ kompetizzjoni fis-suq Daniż għal provvisti ta’ l-elettriku għal klijenti bil-kejl huwa għoli. L-entità magħquda se jkollha sehem konġunt fis-suq ta’ [20-30 %] *. Wara l-għaqda, l-entità magħquda x'aktarx se tnaqqas id-distakk mill-parteċipant ewlieni fis-suq, EnergiDanmark. Barra minn hekk, numru ta’ kompetituri oħra huma kkunsidrati bħala alternattivi vijabbli minn klijenti.

5.   Il-provvista tal-bejgħ bl-imnut għal klijenti żgħar standard bi profil baxx

(102)

L-operazzjoni twassal ukoll għal ċerti duplikazzjonijiet fis-sehem tas-suq għal provvista tal-bejgħ bl-imnut ta’ l-elettriku għal klijenti żgħar. Il-pajsaġġ kompetittiv f'dan is-suq fid-Danimakra huwa kemmxejn frammentat b'numru żgħir biss ta’ klijenti domestiċi li s'issa bidlu l-fornitur lokali attiv tagħhom. F'suq nazzjonali Daniż, id-DONG issir l-ikbar kumpanija, għalkemm b'sehem fis-suq limitat ta’ madwar [25-30 %] *.

(103)

Għalkemm in-NESA u l-KE kienu fost il-kumpaniji l-aktar importanti li favurhom dawru l-klijenti, hemm kompetituri oħrajn li għandhom rati ta’ kisba ta’ klijenti kumparabbli.

(104)

Fuq il-preżunzjoni ta’ swieq reġjonali, id-Deċiżjoni sabet li l-operazzjoni ma twassalx għal tisħiħ sinifikanti tal-pożizzjonijiet ta’ Nesa, KE u FE fiż-zoni ta’ kariga rispettiva tagħhom peress illi l-kompetituri ta’ partijiet terzi bħal OK u EnergiDanmark huma kompetituri f'pożizzjoni tajba f'dawn iż-żoni bħal m'huma l-partijiet l-oħra ta’ l-għaqda.

6.   Konklużjoni dwar l-evalwazzjoni kompetittiva għas-swieq ta’ l-elettriku

(105)

Id-Deċiżjoni sabet li l-konċentrazzjoni ma twassalx għal impediment sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva, b'mod partikolari bħala riżultat tal-ħolqien jew it-tisħiħ ta’ pożizzjoni dominanti fuq kwalunkwe suq potenzjal affettwat għal bejgħ bl-ingrossa ta’ l-elettriku, servizzi anċillari, derivattivi finanzjarji ta’ l-elettriku, il-provvista tal-bejgħ bl-imnut għal klijenti kummerċjali jew il-provvista ta’ l-elettriku għal klijenti żgħar.

6.   IMPENJI

A.   DESKRIZZJONI TA’ L-IMPENJI

1.   Ċessjoni fil-ħażna

106.

Bil-għan illi tindirizza t-tħassib dwar il-kompetizzjoni dwar is-suq tal-ħażna/flessibilità, DONG ippreżentat impenn biex tiġi divestita l-faċilità ikbar tal-ħażna ta’ gass tagħha qabel l-1 ta’ Mejju 2007 f'Lille Torup f'Jutland. Ix-xerrej biss għandu jkun intitolat biex jbiegħ il-kapaċità tal-ħażna fil-faċilità tal-ħażna f'Lille Torop għas-sena tal-ħażna ta’ gass 2007/2008 li tibda fl-1 ta’ Mejju 2007 u tispiċċa fit-30 ta’ April 2008. DONG timpenja ruħha li ma tiksibx, għal perjodu ta’ għaxar snin mill-għeluq tal-bejgħ għax-xerrej, influwenza kemm diretta jew indiretta fuq parti biss jew is-sehem kollu tal-ħażna sakemm il-Kummissjoni ma tkunx aċċettatha minn qabel.

2.   Programm ta’ Rilaxx ta’ Gass

(107)

Bil-għan illi tindirizza t-tħassib dwar il-kompetizzjoni ppreżentat fis-swieq bl-ingrossa, DONG ippreżentat, bħala impenn, Programm ta’ Rilaxx ta’ Gass sabiex il-gass naturali jkun disponibbli għal partijiet terzi fid-Danimarka. L-ammont ta’ gass għal rilaxx se jkun ta’ 400 mcm kull sena, (total ta’ 2 400 mcm), li għandu jinbiegħ bl-irkant fis-snin 2006 sa 2011 għal kunsenja fis-snin ta’ gass wara kull irkant. Il-volumi jaqblu ma’ madwar 10 % tal-konsum kollu Daniż fl-2005. F'każ illi l-kondizzjonijiet fis-suq jinbidlu b'mod sinifikanti, id-DONG tista', taħt ċerti kondizzjonijiet, tapplika għall-Kummissjoni biex ittemm il-Programm ta’ Rilaxx ta’ Gass fir-rigward ta’ l-aħħar żewġ irkanti. Il-Programm ta’ Rilaxx ta’ Gass jipprevedi proċess ta’ irkant ta’ żewġ passi: fl-“Irkant Primarju”, id-DONG se jkollha l-gass disponibbli fil-punt ċentrali ta’ kummerċ virtwali fid-Danimarka, u bħal fi skambju, offerenti ta’ suċċess jagħmlu l-istess volum ta’ gass disponibbli għal DONG f'wieħed mill-4 punti ċentrali speċifikati ta’ gass fl-Ewropa tat-Tramuntana. Dawk il-kwantitajiet li ma jinbiegħux fl-Irkant Primarju, għandhom jinbiegħu f'irkant tradizzjonali ta’ rilaxx tal-gass li se jsir aktar tard fl-istess sena. Barra minn hekk, l-Impenji jipprevedu klawsola ta’ rilaxx ta’ klijenti li skond din, klijenti diretti eżistenti ta’ DONG li jieħdu sehem fil-proċess ta’ irkant jew li jixtru gass minn negozjant/bejjiegħ bl-ingrossa li ngħata lottijiet fl-irkant, huma intitolati biex inaqqsu l-obbligu tax-xiri kuntrattwali tagħhom vis-à-vis DONG.

B.   EVALWAZZJONI TA’ L-IMPENJI SOTTOMESSI

1.   L-Effett ta’ l-impenji proposti dwar is-suq tal-ħażna/flessibilità

(108)

L-effett prinċipali ta’ l-Impenji proposti dwar is-suq tal-ħażna/flessibilità joriġina miċ-ċessjoni tal-faċilità tal-ħażna f'Lille Torup. Barra minn hekk, il-Programm ta’ Rilaxx ta’ Gass iżid il-likwidità tas-suq bl-ingrossa Daniża u b'hekk tipprovdi wkoll sorsi ġodda ta’ flessibilità.

(109)

Iċ-ċessjoni ta’ l-ikbar miż-żewġ faċilitajiet tal-ħażna Daniżi li għandha kapaċità ta’ madwar 400 mcm bl-ebda riservazzjonijiet ta’ kapaċità li jaqbżu sena, tirriżulta f'żieda ta’ kompetizzjoni f'dan is-suq, sew jekk jitqies bħala suq tal-ħażna jew bħala suq usa' għal flessibilità. Dawn il-volumi ta’ ħażna/flessibilità jammontaw għal aktar minn 57 % tal-kapaċità Daniża tal-ħażna u b'hekk għal biċċa 'l-kbira tal-flessibilità ġenerali disponibbli fid-Danimarka.

(110)

Iċ-ċessjoni tal-faċilità tal-ħażna ta’ Lille Torup ġeneralment hija kkunsidrata minn parteċipanti fis-suq bħala impatt pożittiv fuq il-kompetizzjoni fir-rigward tal-ħażna/flessibilità fid-Danimarka.

(111)

Impatt pożittiv fuq il-flessibilità disponibbli fid-Danimarka joriġina wkoll mill-Programm ta’ Rilaxx ta’ Gass, li b'hekk jikkumplimenta l-flessibilità offrut lis-suq mill-faċilità tal-ħażna ta’ Lille Torup.

(112)

Iż-żewġ elementi ta’ l-Impenji, jiġifieri, iċ-ċessjoni tal-ħażna u l-Programm ta’ Rilaxx ta’ Gass, se jkollhom impatt pożittiv fuq is-swieq Żvediżi. Il-kompetizzjoni bejn id-DONG u l-operatur tal-ħażna fil-futur ta’ Lille Torup għandha tkun ta’ benefiċċju għal klijenti tal-ħażna Żvediżi. L-istess japplika għall-effetti tal-Programm ta’ Rilaxx ta’ Gass.

2.   L-effett ta’ l-impenji proposti fuq is-suq bl-ingrossa għall-gass naturali

(113)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-programm ta’ ħruġ tal-gass offrut mid-DONG, flimkien maċ-ċessjoni tal-ħażna, hija biżżejjed biex jitneħħa t-tħassib kollu dwar il-kompetizzjoni identifikat mill-Kummissjoni bħala relatat għal dawn is-swieq.

(114)

Għal dak li għandu x'jaqsam mal-programm ta’ rilaxx tal-gass, il-kwantitajiet offruti ta’ 400 mcm kull sena li għandhom ikunu skambjati jew mibjugħa permezz ta’ l-ewwel jew it-tieni irkant, jgħaqqdu madwar 10 % tat-talba Daniża.

(115)

L-ewwelnett, b'rigward għad-drittijiet tal-klijenti, dawn il-kwantitajiet għandhom, flimkien mad-dispożizzjoni ta’ rilaxx tal-klijent, jikkumpensaw għall-volumi li l-E2 oriġinat fl-aħħar snin fuq bażi ta’ żmien qasir kemm ġewwa kif ukoll barra mid-Danimakra, u li jew meqjusa bħal madwar 5 % tat-talba Daniża. Dawn il-kwantitajiet rilaxxati jikkumpensaw ukoll għal kwalunkwe volumi żejda li potenzjalment setgħu jinxtraw minn Elsam u E2 qabel l-iskadenza tal-kuntratti tagħhom ta’ provvista bi zmien twil mad-DONG fl-2009.

(116)

It-tieninett, dawn il-kwantitajiet għandhom jikkumpensaw għat-tneħħija ta’ kompetizzjoni potenzjali minn Elsam u speċjalment l-E2. Madankollu, huwa diffiċli tistabilixxi b'ċertezza liema kwantitajiet ikunu nbiegħu minn dawn il-kumpaniji fil-futur prevedibbli. Madankollu, l-importazzjoni minn u għall-E2 kif ukoll l-ishma fis-suq tal-kompetituri kollha (ħlief għal […] *) flimkien (jiġifieri l-kompetizzjoni kollha indipendenti għal DONG meħuda flimkien) ammontaw għal madwar 10 % tat-talba Daniża fl-2004.

(117)

Għandu jitqies li dawn il-kwantitajiet għandhom jinkludu d-dispożizzjonijiet ta’ flessibilità li jagħmlu dan il-gass attraenti għal għanijiet kollha tas-suq bl-ingrossa Daniża.

(118)

Element ta’ importanza speċifika hija d-dispożizzjoni ta’ rilaxx tal-klijent li tipprovdi inċentiv għax-xerrejja ta’ dan il-gass biex jużawħ fid-Danimarka, tiffaċilita d-dħul, u tindirizza wkoll it-tħassib ta’ esklużjoni tal-klijent.

(119)

Fir-rigward tat-tul u l-volum ta’ dan il-programm ta’ rilaxx ta’ gass numru kbir ta’ parteċipanti fis-suq qiesu dan bħala biżżejjed biex jikkumpensa għall-effetti ta’ dannu ta’ l-għaqda fuq is-suq bl-ingrossa Daniża.

(120)

Barra minn dan, ir-rimedju ta’ ċessjoni tal-ħażna se jkollu effett ta’ benefiċċju fuq is-suq bl-ingrossa Daniż. Dan huwa minħabba aċċess għal kapaċità tal-ħażna mhux-diskriminatorja indipendenti minn DONG huwa faċilitatur essenzjali ta’ operazzjoni bl-ingrossa ta’ partijiet terzi mid-Danimarka.

3.   L-effett ta’ l-impenji proposti fuq is-swieq ta’ bejgħ bl-imnut għal gass naturali

Suq/swieq għal provvisti ta’ klijenti industrijali u CHPs deċentrali u Suq/Swieq għal provvisti għal negozji żgħar u d-djar

(i)   It-tisħiħ ta’ l-ostakoli ta’ dħul (problemi vertikali)

(121)

Id-Deċiżjoni sabet li l-programm ta’ rilaxx ta’ gass jirrimedja kull tħassib relatat mat-tisħiħ ta’ l-ostakoli ta’ dħul f'dawn is-swieq.

(122)

B'mod aktar speċifiku, il-programm ta’ rilaxx ta’ gass jindirizza t-tħassib relatat ma’ l-effett ta’ l-esklużjoni tal-klijent u l-kisba ta’ daqs kritiku, permezz tal-parti ta’ rilaxx tal-programm. Il-volum ta’ 400 mcm irkantat jammonta għal 17 % tas-suq għall-provvisti għal klijenti industrijali u s-CHPs deċentrali u 45 % tas-suq għal provvisti għan-negozji żgħar u d-djar.

(123)

L-ammont annwali ta’ gass li se jkun rilaxxat għandu jkollu impatt importanti fuq il-likwidità tas-suq ta’ bejgħ ta’ gass bl-ingrossa Daniża u għandu jiffaċilita l-possibilità ta’ kompetituri li huma attivi, jew jixtiequ jsiru attivi, fuq dawn is-swieq biex joffru provvisti ta’ dawl/gass naturali b'karburant doppju b'kompetizzjoni ma’ DONG.

(124)

Kull tħassib relatat mat-tneħħija ta’ flessibilità ta’ CHPs ċentrali bħala possibilità ta’ bilanċ għal ħtiġijiet ta’ flessibilità ta’ fornituri u l-għeluq ta’ dħul, huma rimedjati mid-dispożizzjonijiet ta’ flessibilità tal-programm ta’ rilaxx tal-gass kif ukoll iċ-ċessjoni tal-faċilità tal-ħażna ta’ Lille Torup, li tintroduċi l-kompetizzjoni bejn iż-żewġ ħażniet Daniżi.

(125)

Għalhekk, id-Deċiżjoni tikkonkludi li bħala effett ta’ l-impriżi sottomessi, ostakoli ta’ dħul ma jkunux ogħla meta kkomparati mas-sitwazzjoni qabel l-għaqda.

(ii)   It-Tneħħija ta’ kompetizzjoni potenzjali

(126)

Id-Deċiżjoni tqis li t-tnaqqis ġenerali ta’ l-ostakoli tad-dħul fuq dawn is-swieq se jkollu effett li jikkumpensa għat-telf ta’ kompetizzjoni ġenerali fuq dawn is-swieq.

(127)

Dwar il-programm ta’ rilaxx ta’ gass, dan jista jinkiseb b'żewġ modi in partikolari. L-ewwelnett, l-aċċess aħjar għall-gass taħt il-programm ta’ rilaxx tal-gass bil-flessibililtà assoċjata tiffaċilita d-dħul minn kompetituri oħra potenzjali. It-tieninett, il-mekkaniżmu ta’ rilaxx tal-klijent jiżgura illi kompetituri potenzjali li jixtiequ jidħlu fis-suq/swieq Daniż/i ta’ gass li kisbu l-gass permezz tal-programm ta’ rilaxx, se jkollhom aċċess relattivament faċli għall-klijenti.

(128)

It-tieninett, ir-rimedju ta’ ċessjoni tal-ħażna għandu jiffaċilita d-dħul billi jintroduċi l-kompetitizzjoni bejn iż-żewġ ħażniet Daniżi, jelimina r-riskju ta’ għeluq ta’ dħul u jsaħħaħ il-kunfidenza ġenerali f'aċċess mhux diskriminatorju għall-faċilitajiet tal-ħażna.

7.   KONKLUŻJONI

(129)

Id-Deċiżjoni tikkonkludi li l-konċentrazzjoni proposta flimkien mal-kummenti sottomessi ma timpedix b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq komuni jew f'xi parti sostanzjali minnha, b'mod partikolari minħabba l-ħolqien jew it-tisħiħ ta’ pożizzjoni dominanti.

(130)

B'hekk, il-Kummissjoni tiddikkjara illi t-tranżazzjoni notifikata hija kompatibbli mas-suq komuni u l-Ftehim taż-ŻEE, skond l-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, u l-Artikolu 57 tal-Ftehim taż-ŻEE.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  F'dan il kuntest, it-terminu “physical imports” għandu jfisser il-kunsinni kollha fis-sistema/trasmissjoni tal-grilja Daniża. Produttur Daniż fil-parti Daniża tan-North Sea jsir biss parteċipant dirett tas-suq Daniż tal-bejgħ bl-ingrossa jekk jikkonsenja il-gass lill-grilja Daniża.

(*)  Sigriet Kummerċjali.

(3)  Kif mistenni jkun [80-90 %] * fl-ewwel nofs ta’ l-2005.

(4)  Mill-inqas [45-55 %] * skond l-istrateġija ta’ bejgħ għall-2005, u [70-80 %] * fl-2003, skond deċiżjoni riċenti (556/2004) minn Awtorità Żvediża tal-Kompetizzjoni.


Top