This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006R1995
Council Regulation (EC, Euratom) No 1995/2006 of 13 December 2006 amending Regulation (EC, Euratom) No 1605/2002 on the Financial Regulation applicable to the general budget of the European Communities
Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1995/2006 tat- 13 ta’ Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej
Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1995/2006 tat- 13 ta’ Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej
ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1–26
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2012; Impliċitament imħassar minn 32012R0966
30.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, EURATOM) Nru 1995/2006
tat-13 ta’ Diċembru 2006
li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 279 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 183 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni
Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Qorti ta’ l-Awdituri (2),
Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (3),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), (minn hawn ’il quddiem ir-“Regolament Finanzjarju”), jistabbilixxi l-pedamenti legali tar-riforma tal-ġestjoni finanzjarja. F’dan ir-rigward, l-elementi essenzjali tiegħu għandhom jinżammu u jissaħħu. It-trasparenza, b’ mod partikolari, għandha tissaħħaħ billi tkun ipprovduta informazzjoni dwar il-benefiċjarji tal-fondi Komunitarji. Barra minn hekk, il-prinċipji baġitarji stabbiliti mir-Regolament Finanzjarju għandhom jiġu rispettati fl-atti leġislattivi kollha u d-derogi għandhom jinżammu strettament għal minimu. |
(2) |
Fid-dawl ta’ l-esperjenza prattika, għandhom isiru ċertu emendi lir-Regolament Finanzjarju sabiex tkun iffaċilitata l-implimentazzjoni tal-baġit u l-kisba ta’ l-objettivi bażi tal-politika u biex ikunu aġġustati ċerti ħtiġijiet proċedurali u ta’ dokumentazzjoni sabiex ikunu aktar proporzjonati għar-risk u l-ispiża involuti, skond il-prinċipju ta’ proporzjonalità kif imniżżel fit-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 5 tat-Trattat tal-KE. |
(3) |
L-emendi kollha għandhom jikkontribwixxu għall-kisba ta’ l-objettivi tar-riformi tal-Kummissjoni u għandhom jgħinu sabiex tittejjeb jew tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja soda u b’hekk jikkontribwixxu għall-kisba ta’ assigurazzjoni raġonevoli tal-legalità u r-regolarità ta’ l-operati finanzjarji. |
(4) |
Għandu jittieħed kont ta’ dispożizzjonijiet li jimplimentaw id-dħul u l-infiq tal-baġit, misjuba fl-atti leġislattivi bażiċi adottati għall-perijodu mill-2007 sa l-2013, sabiex tiġi żgurata l-koerenza bejn dawn l-atti u r-Regolament Finanzjarju. |
(5) |
Għandu jkun iċċarat li ġestjoni finanzjarja tajba titlob kontroll intern effettiv u effiċjenti, u għandhom ikunu definiti l-fatturi u l-objettivi ewlenin tas-sistemi interni ta’ kontroll. |
(6) |
Sabiex tkun żgurata t-trasparenza ta’ l-użu tal-fondi li ġejjin mill-baġit, huwa meħtieġ li informazzjoni dwar il-benefiċjarji ta’ dawn il-fondi ssir disponibbli f’ċerti limiti meħtieġa biex jipproteġu l-interessi pubbliċi u privati leġittimi u b’kont meħud tal-perijodu ta’ kontabilita partikolari għall-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija. |
(7) |
Rigward il-prinċpju ta’ l-unità tal-baġit, għandha tkun simplifikata r-regola li tmexxi l-interessi ġġenerati mill-pre-finanzjament. Il-piż amministrattiv involut fl-irkupru ta’ dak l-interess huwa sproporzjonat għall-objettiv segwit u jkun aktar effiċjenti li l-interess jitħalla jitnaqqas bħala kumpens mill-pagament finali lill-benefiċjarju. |
(8) |
Fir-rigward tal-prinċipju ta’ l-annwalità, għandhom jiġu introdotti aktar flessibbiltà u trasparenza biex jirrispondu għall-ħtiġiet funzjonali. It-tmexxija ’l quddiem ta’ l-approprjazzjonijiet għandha tkun permessa biss eċċezzjonalment għal ħlasijiet diretti lill-bdiewa taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija l-ġdid (FAEG) stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (5). |
(9) |
It-talbiet għal ħlasijiet mill-Istati Membri taħt ir-regolamenti l-ġodda għall-agrikoltura se jkunu konċentrati l-aktar bil-qawwa fil-bidu tas-sena baġitarja n.Għalhekk, il-limitu massimu għal impenji minn qabel fir-rigward tal-FAEG (mill-15 ta’ Novembru tas-sena n - 1) biex tkun koperta n-nefqa ta’ ġestjoni ta’ rutina (maħruġ mill-baġit tas-sena n) għandu jiżdied għal tliet kwarti ta’ l-approprjazzjonijiet korrispondenti fl-aħħar baġit agrikolu adottat. Fir-rigward tal-limitu fuq l-impenn minn qabel għan-nefqa amministrattiva, it-test għandu jkun emendat sabiex jirreferi għal approprjazzjonijiet deċiżi mill-awtorità baġitarja, u għalhekk jeskludi trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet. |
(10) |
L-użu ta’ approprjazzjonijiet mhux differenzjati għall-miżuri veterinarji, imħallsin mill-FAEG, itellfu inutilment l-implimentazzjoni ta’ tali miżuri, speċjalment fir-rigward tal-limiti imposti fuq il-possibbiltajiet għal ħlasijiet li jitmexxew ’il quddiem. L-użu ta’ approporjazzjonijiet differenzjati għal tali nefqa għandu għalhekk jiġi permess, peress illi dan huwa aktar skond in-natura pluriennali ta’ l-azzjonijiet. |
(11) |
Rigward il-prinċipju ta’ l-universalità, għandhom jiżdiedu żewġ punti mal-lista tad-dħul assenjat. L-ewwel, kif inhu possibbli bħalissa taħt programmi ta’ riċerka speċifiċi, għandu jkun possibbli għall-Istati Membri li jagħmlu kontribuzzjonijiet ad hoc, bħala dħul assenjat, għal proġetti taħt programmi ta’ relazzjonijiet esterni ġestiti mill-Kummissjoni. It-tieni, id-dħul mill-bejgħ ta’ vetturi, apparat, installazzjonijiet, materjali, u apparat xjentifiku u tekniku li jkun se jinbidel jew isir ruttam għandu jiġi trattat bħala dħul assenjat, bħala inkoraġġiment għall-uffiċjali awtorizzanti biex jiksbu l-aħjar prezzijiet meta jiddisponu minnhom. |
(12) |
Fil-preżent, il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata mill-awtorità baġitarja qabel ma taċċetta kwalunkwe donazzjoni, bħal rigali jew legati, li jinvolvu ħlas. Biex jiġu evitati proċeduri li mhumiex meħtieġa u ta’ toqol żejjed, l-awtorizzazzjonijiet għandhom isiru obbligatorji biss fil-każ ta’ donazzjonijiet li jaqbżu ċertu valur u li jinvolvu ħlasijiet sinifikanti. |
(13) |
Ir-regoli li jirregolaw it-trasferimenti ta’ approporjazzjonijiet għandhom jiġu simplifikati u ċċarati fuq ċerti punti għaliex fil-prattika dawn urew li kienu tqal iżżejjed jew mhux ċari. |
(14) |
Għal raġunijiet ta’ effiċjenza, il-Kummissjoni għandha titħalla tiddeċiedi awtonomament dwar trasferimenti mir-riżerva f’każijiet fejn ma jeżisti l-ebda att bażiku għall-azzjoni kkonċernata fiż-żmien meta ġie stabbilit il-baġit, iżda fejn l-att bażiku huwa adottat matul is-sena. |
(15) |
Ir-regoli dwar trasferimenti amministrattivi tal-Kummissjoni għandhom ikunu adattati għall-istruttura l-ġdida ta’ Baġitjar Ibbażat skond l-Attività (ABB). Għalhekk, għandha tkun prevista eżenzjoni mill-“proċedura ta’ notifikazzjoni”. Waqt l-aħħar xahar tas-sena finanzjarja l-Kummissjoni għandha titħalla tiddeċiedi awtonomament dwar trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet li jirrigwardaw nefqa ta’ persunal, b’ ċerti limiti. |
(16) |
Numru ta’ Artikoli fir-Regolament Finanzjarju għandhom jiġu emendati minħabba fl-abolizzjoni tar-riżerva konnessa ma’ self u garanziji ta’ self Komunitarji lil pajjiżi terzi, u minħabba l-adozzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ provvista ġdid għall-Fond ta’ Garanzija għal azzjonijiet esterni. |
(17) |
Sabiex f’każi eċċezzjonali ta’ diżastri umanitarji u kriżijiet internazzjonali li jseħħu fi tmiem is-sena baġitarja tkun aċċellerata l-mobilizzazzjoni ta’ fondi, il-Kummissjoni għandha tkun permessa li titrasferixxi awtonomament approprjazzjonijiet tal-baġit mhux użati disponibbli taħt l-intestatura relevanti tal-qafas finanzjarju pluriennali għat-titoli baġitarji konċernati. |
(18) |
Fir-rigward tal-proċedura baġitarja, il-ħtieġa stabbilita fl-Artikolu 29 tar-Regolament Finanzjarju li l-baġit għandu jkun ippubblikat fi żmien xahrejn mill-adozzjoni, uriet li mhix realistika: tliet xhur ikun aktar prattikabbli. Il-kunċett ta’ “Dikjarazzjoni ta’ Attività” għandu jiddaħħal fl-Artikolu 33 tar-Regolament Finanzjarju sabiex wieħed mill-elementi ewlenin ta’ l-ABB isir uffiċjali, u l-kontenut ta’ tali dikjarazzjonijiet għandu jkun definit aktar preċiżament sabiex isiru aktar operattivi. L-iskedi ta’ ħlasijiet għandhom ikunu inklużi fid-dokumenti ta’ ħidma li jakkumpanjaw l-abbozz preliminari tal-baġit elenkati fl-Artikolu 33 tar-Regolament Finanzjarju minflok ma jitpoġġew fil-baġit innifsu, peress illi mhumiex rilevanti għall-proċedura baġitarja u peress illi huma tqal iżżejjed għalxejn. |
(19) |
Fir-rigward ta’ l-implimentazzjoni baġitarja, jinħtieġu xi aġġustamenti sabiex jiġu riflessi aħjar il-karatteristiċi speċifiċi tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK). Għal raġunijiet ta’ ċarezza legali, il-forom li l-atti bażiċi jistgħu jieħdu taħt it-Trattat tal-KE u taħt it-Titoli V u VI tat-TUE għandhom ikunu identifikati fir-Regolament Finanzjarju minflok fir-regoli implimentattivi. Barra minn hekk, għandha tiżdied dispożizzjoni speċifika oħra sabiex ikunu riflessi sewwa t-tipi ta’ miżuri preparatorji li jistgħu jittieħdu fil-qasam tal-PESK. |
(20) |
Fir-rigward tal-metodi ta’ ġestjoni, l-Artikolu relevanti tar-Regolament Finanzjarju għandu jiġi ristrutturat għall-fini ta’ ċarezza. Huwa meħtieġ ukoll li titneħħa l-limitazzjoni ta’ ġestjoni komuni għall-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) u l-Fondi Strutturali, għaliex programmi addizzjonali issa għandhom joperaw taħt ġestjoni komuni. Il-ħtiġiet għal ġestjoni konġunta għandhom jiġu ċċarati aktar. L-Artikolu relevanti tar-Regolament Finanzjarju għandu jitkompla biex jinkludi partikolarment lill-Bank Ewropew ta’ l-Investiment u lill-Fond Ewropew ta’ l-Investiment bħala korpi Komunitarji li l-Kummissjoni tista’ tiddelegalhom kompiti. Il-kriterji mniżżlin fir-Regolament Finanzjarju għall-użu ta’ korpi tas-settur pubbliku nazzjonali għandhom jiġu simplifikati sabiex jiġi ffaċilitat l-użu tagħhom u sabiex iwieġbu għall-bżonnijiet operattivi li qed jikbru, u l-iskop tad-dispożizzjoni għandu jiġi estiż għall-korpi pubbliċi internazzjonali. Ir-Regolament Finanzjarju għandu wkoll jiċċara l-pożizzjoni fir-rigward tal-każ ta’ konsulenti speċjali jew kapijiet ta’ missjoni appuntati mill-Kunsill biex jiġġestixxu ċerti azzjonijiet fil-kuntest tal-PESK. |
(21) |
Ir-responsabbiltajiet ta’ l-Istati Membri taħt ġestjoni komuni għandhom jitniżżlu f’aktar dettall, biex jieħdu kont tad-diskussjonijiet li għaddejjin bejn l-istituzzjonijiet dwar il-proċedura ta’ kwittanza u s-sistemi ta’ kontroll xierqa li għandhom jiġu attwati, biex jirriflettu r-responsabbiltajiet reċiproki ta’ l-Istati Membri u tal-Kummissjoni. B’segwitu tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u t-tmexxija finanzjarja soda (6), l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jipproduċu taqsira annwali tal-verifiki u d-dikjarazzjonijiet disponibbli marbutin mal-fondi taħt il-ġestjoni komuni. |
(22) |
Il-projbizzjoni mid-delegar ta’ kompiti implimentattivi għall-korpi privati għandha tiġi modifikata fir-Regolament Finanzjarju għaliex it-termini ta’ dik il-projbizzjoni irriżultaw li huma stretti aktar milli meħtieġ. Għandu jkun possibbli, per eżempju, għall-Kummissjoni li tingaġġa s-servizzi ta’ aġenzija ta’ l-ivvjaġġar jew organizzatur tal-konferenzi biex jieħu ħsieb li jkunu rimborżati l-ispejjeż tal-parteċipanti f’konferenzi, sakemm l-ebda poteri diskriminatorji ma jiġu eżerċitati mill-kumpannija privata. |
(23) |
Għandu jkun possibbli l-istabbiliment minn diversi istituzzjonijiet ta’ bordijiet konġunti dwar irregolaritajiet finanzjarji. |
(24) |
Għandha tiġi ċċarata r-responsabbiltà ta’ l-uffiċjal tal-kontijiet li jiċċertifikaw il-kontijiet abbażi ta’ l-informazzjoni finanzjarja fornuta lilhom mill-uffiċjali regolaturi. Għal dan il-għan, l-uffiċjal tal-kontijiet għandu jingħata s-setgħa biex jivverifika l-informazzjoni li tasallu mingħand l-uffiċjal awtorizzanti b’delega u jagħmel ir-riżervi tiegħu jekk dan ikun meħtieġ. |
(25) |
Għandha tiġi ċċarata r-relazzjoni bejn l-awditur intern tal-Kummissjoni u l-korpi attwati mill-Komunitajiet. Dawk il-korpi għandu jkollhom il-funzjoni ta’ verifika interna tagħhom stess li tirrapporta lill-bordijiet ta’ ġestjoni tagħhom stess, waqt li l-awditur intern tal-Kummissjoni jirrapporta lill-Kulleġġ ta’ Kummissarji dwar il-proċeduri u s-sistemi tal-Kummissjoni. Għandu jkun meħtieġ għall-awditur intern tal-Kummissjoni sabiex jikkonferma biss li l-funzjonijiet ta’ verifika interna ta’ l-aġenziji jilħqu standards internazzjonali u għal dak l-għan għandu jkun jista’ jikkonduċi verifiki tal-kwalità ta’ l-attività interna ta’ verifika. |
(26) |
Għandu jiġi introdott perijodu ta’ limitazzjoni dwar il-validità ta’ pretensjonijiet. Il-Komunità, bil-kontra ta’ ħafna mill-Istati Membri tagħha, mhux soġġetta għall-perijodu ta’ limitazzjoni li taħtu huma mitmuma pretensjonijiet finanzjarji wara ċertu perijodu ta’ żmien. Il-Komunità lanqas ma hija ristretta minn perijodu ta’ limitazzjoni fl-insegwiment tat-talbiet tagħha kontra terzi persuni. L-introduzzjoni ta’ tali perijodu ta’ limitazzjoni għandu jikkorrispondi għal ġestjoni finanzjarja tajba. |
(27) |
Ir-Regolament Finanzjarju għandu jirrifletti l-importanza ta’ kuntratti kwadru fil-ġestjoni ta’ l-akkwist pubbliku. Għandu jinkoraġġixxi l-użu ta’ proċeduri interistituzzjonali ta’ akkwist u jippermetti l-possibbiltà ta’ proċeduri konġunti ta’ akkwist bejn istituzzjoni u awtorità kontraenti minn Stat Membru. |
(28) |
Għandhom isiru ċerti aġġustamenti tekniċi sabiex jiġi żgurat li t-terminoloġija tar-Regolament Finanzjarju tkun konformi bis-sħiħ mad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (7). Il-possibbiltà li għandhom l-Istati Membri taħt id-Direttiva biex jiddeterminaw proċeduri speċifiċi għal kuntratti li huma dikjarati sigrieti, meta r-rendiment tagħhom irid ikun akkumpanjat minn miżuri speċjali ta’ sigurtà, jew meta l-ħarsien ta’ l-Istat Membru jkun jesiġi dan, għandha ssir disponibbli għall-istituzzjonijiet tal-Komunità. |
(29) |
F’konformità mad-Direttiva 2004/18/KE, ir-regoli dwar l-esklużjoni minn proċedura ta’ akkwisti għandhom bżonn ikunu ċċarati. Minbarra dan, għal raġunijiet ta’ ċertezza legali u ta’ proporzjonalità, għandu jiġi speċifikat perijodu massimu ta’ esklużjoni fir-Regolament Finanzjarju. Fid-dawl tad-Direttiva 2004/18/KE, għandha ssir eċċezzjoni għar-regoli dwar l-esklużjoni għal xiri ta’ provedimenti b’termini partikolarment vantaġġjużi jew mingħand il-fornitur li jkun se jtemm l-attivitajiet tiegħu ta’ negozju b’mod definit, jew mingħand ir-riċevituri jew il-likwidaturi ta’ falliment, permezz ta’ ftehim mal-kredituri, jew permezz ta’ proċedura simili skond il-liġi nazzjonali. |
(30) |
Għandha ssir obbligatorja taħt ir-Regolament Finanzjarju għal kandidati jew appaltaturi fi proċeduri ta’ akkwist li jiċċertifikaw, jekk ikunu mitluba, l-appartenenza jew il-ġestjoni, il-kontroll u s-setgħa ta’ rappreżentanza ta’ l-entità ġuridika li qed tissottometti offerta jew li s-sottokuntratturi tagħhom ma jkunux f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 93 tar-Regolament Finanzjarju. Fid-dawl tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, dawk li jissottomettu l-offerti ma jkunx hemm bżonn li jiċċertifikaw li mhumiex f’waħda mis-sitwazzjonijiet li titlob l-esklużjoni meta jipparteċipaw fi proċedura ta’ akkwist għal għotja ta’ kuntratti ta’ valur baxx ħafna. |
(31) |
Sabiex tissaħħaħ l-effikaċja tal-proċeduri ta’ akkwist, id-database ta’ kandidati jew appaltaturi f’sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni għandha tkun komuni għall-istituzzjonijiet, għall-aġenziji eżekuttivi u l-korpi imsemmijin fir-Regolament Finanzjarju. |
(32) |
Sabiex jitqiesu l-interessi ta’ l-appaltaturi li ma jkollhomx suċċess, huwa xieraq li jkun previst li kuntratt kopert mid-Direttiva 2004/18/KE ma jistax ikun ffirmat qabel ma jgħaddi perijodu ta’ żmien raġonevoli ta’ pawsa. |
(33) |
L-obbligi ta’ l-istituzzjonijiet li jissospendu l-proċedura jew kuntratt ta’ akkwist skond ir-Regolament Finanzjarju f’każijiet ta’ frodi jew irregolaritajiet jenħtieġ li jkunu ċċarati sabiex jittejjeb l-operat tad-dispożizzjonijiet releveanti ta’ dak ir-Regolament. |
(34) |
Fir-rigward ta’ l-għotjiet, hemm bżonn ta’ simplifikazzjoni tar-regoli. Il-ħtiġiet għal iċċekkjar u għal garanziji għandhom ikunu aktar proporzjonali għar-riskji finanzjarji involuti. Id-definizzjoni ta’ għotjiet jeħtieġ li tiġi ċċarata, partikolarment rigward il-finanzjament marbut ma’ attivitajiet ta’ self jew ishma u nfiq relatat mas-swieq tas-sajd. Biex tittejjeb il-ġestjoni ta’ l-għotjiet u jiġu ssimplifikati l-proċeduri, għandu jkun possibbli li l-għotjiet jingħataw jew bdeċiżjoni ta’ l-istituzzjoni jew bi ftehim bil-miktub mal-benefiċjarji. |
(35) |
Għal raġunijiet ta’ ċarezza u trasparenza, l-użu ta’ ħlasijiet ta’ somma u b’rati fissi għandu jkun awtorizzat flimkien mal-metodu aktar tradizzjonali ta’ rimburżar ta’ spejjeż li jkunu saru. |
(36) |
Għal raġunijiet ta’ ċarezza legali, l-eċċezzjonijiet għar-regola ta’ non-profitt attwalment previsti fir-regoli implimentattivi għandhom ikunu inklużi fir-Regolament Finanzjarju. Barra minn hekk, għandu jkun iċċarat li l-għan ta’ l-għoti ta’ l-għotjiet għal ċerti azzjonijiet huwa biex jgħin ir-rinfurzar tal-kapaċità finanzjarja jew biex jiġġenera qligħ. |
(37) |
Ir-regola li l-għotjiet għandhom jingħataw abbażi ta’ sejħiet għal proposti wriet il-validità tagħha. L-esperjenza wriet, madankollu, li f’ċerti sitwazzjonijiet in-natura ta’ l-azzjoni ma tħalli l-ebda għażla fis-selezzjoni tal-benefiċjarji; tali każijiet għandhom għalhekk ikunu eżentati minn din ir-regola. |
(38) |
Għandha tiġi aġġustata r-regola li l-istess azzjoni m’għandhiex twassal għal aktar minn għotja waħda lil kwalunkwe benefiċjarju wieħed. Xi atti legali bażiċi jippermettu li l-Komunità tagħti fondi minn sorsi differenti li għandhom jingħaqdu, u tali każijiet jistgħu jiżdiedu fil-futur sabiex tkun żgurata l-effettività tan-nefqa. Madankollu, għandu jkun magħmul ċar fir-Regolament Finanzjarju li l-istess spejjeż ma jistgħux jiġu ffinanzjati darbtejn mill-baġit Komunitarju. |
(39) |
Ir-regola li l-ftehim dwar għotja operattiva ma jistax ikun iffirmat aktar minn erba’ xhur wara l-bidu tas-sena finanzjarja tal-benefiċjarju dehret li hija riġida bla bżonn. Din l-iskadenza għandha għalhekk tkun estiża għal sitt xhur. |
(40) |
Għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni, fil-każ ta’ għotjiet operattivi li jingħataw f’forma ta’ somom ta’ darba jew fforma ta finanzjament b’ rata fissa, għandha titneħħa r-regola li l-għotijiet għandhom jitnaqqsu gradwalment. |
(41) |
Ċerti restrizzjonijiet dwar l-eliġibilità tal-benefiċjarji għandhom jitneħħew sabiex ikun hemm il-possibbiltà ta’ għotjiet lil persuni fiżiċi u ċerti tipi ta’ entitajiet li m’għandhomx personalità legali. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, għal għotjiet ta’ valur baxx ħafna, l-uffiċjal awtorizzanti jista’ joqgħod lura milli jitlob lill-applikanti jiċċertifikaw li mhumiex f’waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni taħt id-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament Finanzjarju. |
(42) |
Waqt li l-għotjiet għandhom ikomplu jingħataw abbażi ta’ kriterji ta’ selezzjoni u ta’ għotja, fil-prattika mhemmx bżonn li dawk il-kriterji jiġu evalwati minn kumitat maħtur apposta u b’hekk dik il-ħtieġa għandha titneħħa. |
(43) |
Fir-rigward ta’ l-istandards dwar akkwist pubbliku li għandhom jiġu applikati mill-benefiċjarji ta’ għotjiet, ir-regola attwali fir-Regolament Finanzjarju mhijiex ċara u missa tiġi simplifikata. Aktar minn hekk, għandu jkun previst espressaement il-każ li fih l-implimentazzjoni ta’ azzjoni jkollha bżonn tagħti sostenn finanzjarju lil partijiet terzi. |
(44) |
Fir-rigward tar-regoli dwar il-kontabilità u l-kontijiet, ir-Regolament Finanzjarju għandu jagħmilha possibbli li l-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni jiddetermina, b’konformità ma’ standards internazzjonali, liema korpi oħrajn, barra dawk li qed jirċievu sussidji Komunitarji, jaqgħu fl-ambitu ta’ l-iskop tal-konsolidament tal-kontijiet, jekk ikun miftiehem li l-konsolidazzjoni tal-kontijiet ma titlobx kwalunkwe trasferiment ta’ fondi minn korpi li jiffinanzjaw lilhom infushom lill-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea u lanqas tinfluwenza l-awtonomija finanzjarja u operattiva tagħhom u l-proċeduri ta’ kwittanza għall-kontijiet tagħhom. |
(45) |
Minħabba fit-twelid tal- FAEG, li għandu jissostitwixxi l-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG) mill-1 ta’ Jannar 2007, ċerta terminoloġija fir-Regolament Finanzjarju missa tiġi aġġustata. Hemm bżonn ukoll ta’ kjarifka sabiex ikunu jistgħu jsiru impenji provviżorji wara l-iskadenza normali ta’ xahrejn wara li jkunu ġew irċevuti r-rendikonti tan-nefqa ta’ l-Istati Membri f’każijiet fejn tkun mistennija deċiżjoni dwar trasferiment ta’ approprjazzjonijiet. Id-dispożizzjonijiet speċjali tar-Regolament Finanzjarju dwar it-trasferimenti misshom jiġu ċċarati. |
(46) |
It-terminoloġija għandha tiġi aġġustata wkoll sabiex issir referenza biss għall-fondi strutturali, il-fond ta’ koeżjoni, il-fond tas-sajd u l-fond għall-iżvilupp rurali. Għandhom jitneħħew ir-referenzi għal miżuri strutturali (ISPA) u dawk agrikoli (SAPARD) ta’ qabel l-adeżjoni, peress illi dawn jinvolvu ġestjoni minn pajjiżi terzi fuq bażi deċentralizzata skond l-Artikolu 164 tar-Regolament Finanzjarju u għandhom ikomplu jiġu implimentati l-aktar bl-istess mod bħal fil-preżent. Fir-rigward tad-disponibbiltà mill-ġdid ta’ approporjazzjonijiet disimpenjati, b’konformità ma’ l-atti bażiċi l-ġodda għal azzjonijiet strutturali fil-perijodu 2007 sa l-2013 li jkopru l-każ ta’ force majeure, għandha tinżamm dispożizzjoni fir-Regolament Finanzjarju fil-każijiet biss fejn żball ċar huwa attribwibbli għall-Kummissjoni. |
(47) |
Imissa tiżdied dispożizzjoni fir-Regolament Finanzjarju li tkopri d-dħul assenjat iġġenerat mill-istralċ tal-Komunità Ewropea għall-Faħam u l-Azzar u d-disponibbiltà ta’ l-approprjazzjonijiet korrispondenti. |
(48) |
Huwa meħtieġ li jiġu permessi approprjazzjonijiet li kienu diżimpenjati bħala riżultat ta’ non-implimentazzjoni totali jew parzjali tal-proġetti li għalihom kienu assenjati, li għandhom isiru mill-ġdid disponibbli. Madankollu, dan ikun jista’ jsir biss taħt kondizzjonijiet stretti, u biss fil-qasam tar-riċerka, peress illi proġetti ta’ riċerka jippreżentaw riskju finanzjarju akbar minn dawk f’oqsma oħrajn ta’ politika. |
(49) |
Fir-rigward ta’ l-azzjonijiet esterni, għandu jiġi ċċarat li, b’konformità mal-prattika eżistenti l-proċeduri ta’ għotjiet li għandhom jiġu applikati minn pajjiżi terzi fil-każ ta’ ġestjoni deċentralizzata għandhom jiġu speċifikati fil-ftehim finanzjarji konklużi ma’ dawk il-pajjiżi. Għandha tapplika r-“regola n+3”, li skondha l-kuntratti u l-ftehim individwali li jimplimentaw tali ftehim finanzjarji għandhom ikunu konklużi mhux aktar tard minn tliet snin wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim finanzjarju. Għandhom ikunu previsti regoli speċifiċi għall-każ ta’ ġestjoni deċentralizzata ta’ programmi pluriennali taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 tas- 17 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (8) u r-Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l- 24 ta’ Ottubru 2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għat-twaqqif ta’ Strument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija (9). |
(50) |
Sabiex tkun faċilitata t-tmexxija, għandu jkun possibbili għall-istituzzjonijiet li jiddelegaw il-poteri ta’ uffiċjali awtorizzanti lil Diretturi ta’ Uffiċċji Ewropej inter-istituzzjonali għall-ġestjoni ta’ approporjazzjonijiet imdaħħlin fis-sezzjonijiet rispettivi tagħhom tal-baġit. Waqt li l-kontenut tagħhom m’għandux jinbidel, l-Artikoli relevanti tar-Regolament Finanzjarju għandhom jiġu kemmxejn ristrutturati sabiex jiċċaraw is-sotto-delegazzjoni ta’ poteri awtorizzanti mid-diretturi ta’ Uffiċċji. |
(51) |
Għandha tiġi ċċarata l-proċedura li taħtha l-awtorità baġitarja tista’ toħroġ opinjoni dwar proġett ta’ bini. |
(52) |
Programmi qafas ta’ riċerka suċċessivi ffaċilitaw ix-xogħol tal-Kummissjoni billi stabilixxew regoli simplifikati għall-għażla ta’ esperti esterni għall-evalwazzjoni ta’ proposti jew ta’ applikazzjonijiet għal għotjiet u assistenza teknika għal segwitu u evalwazzjoni tal-proġetti li ngħataw fondi. Din il-proċedura għandha tkun disponibbli fir-rigward tal-programmi l-oħrajn kollha. |
(53) |
Għandhom jiżdiedu dispożizzjonijiet transitorji. L-ewwelnett rigward li jerġgħu jsiru disponibbli approprjazzjonijiet disimpenjati korrispondenti għall-inpenji magħmula tul il-perijodu ta’ programmar ta’ Fondi Strutturali 2000-2006, il-każ ta’ force majeure għandu jkompli jiġi applikat kif provdut attwalment fir-Regolament Finanzjarju sat-tmiem ta’ l-assistenza. Dan huwa sabiex jiġi evitat tfixkil tas-sistema kurrenti peress li force majeure hija trattata diversament fir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 (10) tal-Kunsill tal-111 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni. It-tieni, għandha tiżdied disposizzjoni transitorja fir-Regolament Finanzjarju biex tiġi trattata l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar id-database ċentrali għall-esklużjoni mill-parteċipazzjoni fi proċeduri ta’ akkwist u għotjiet. Finalment, għandha tiżdied disposizzjoni simili biex tippermetti li jiġu trattati l-impenji Komunitarji pendenti li għandhom ikunu finanzjarjament deċiżi sabiex tingħalaq l-assistenza provduta fir-Regolamenti li jirregolaw il-Fondi Strutturali u l-Fond ta’ Koeżjoni għall-perijodu ta’ programmar 2000-2006. Għall-approprjazzjonijiet li jikkonċernaw in-nefqa operattiva, għandha tiġi miżmuma l-possibbiltà għall-Kummissjoni li tagħmel trasferimenti minn titolu għall-ieħor, sakemm l-approprjazzjonijet in kwistjoni huma għall-istess objettiv. B’mod simili, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tkompli tagħmel trasferimenti minn titolu għall-ieħor meta l-approprjazzjonijiet in kwistjoni jirrelataw ma’ inizjattivi Komunitarji jew assistenza teknika u miżuri innovattivi, sakemm huma jiġu trasferiti għall-miżuri ta’ l-istess natura. Dan ifisser, per eżempju, t-trasferiment ta’ approprjazzjonijiet relatati ma’ inizjattiva Komunitarja waħda għal oħra f’titolu differenti. |
(54) |
Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ. |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 huwa emendat kif ġej:
1) |
Fl-Artikolu 1, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għat-twaqqif u l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, minn hawn ’il quddiem ‘il-baġit’, u l-preżentazzjoni u l-verifika tal-kontijiet.” |
2) |
L-Artikolu 3 huwa mibdul b’dan li ġej: “Artikolu 3 Il-baġit għandu jkun stabbilit u implimentat f’konformità mal-prinċipji ta’ l-unità, il-preċiżjoni baġitarja, l-annwalità, l-ekwilibriju, l-unità tal-kont, l-universalità, l-ispeċifikazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja soda li titlob kontroll intern effettiv u effiċjenti, u t-trasparenza kif imniżżel f’dan ir-Regolament.”; |
3) |
Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 4 hu sostitwit b’li ġej: “4. Soġġett għall-Artikoli 5a, 18 u 74, imgħax akkwistat mill-fondi li huma l-proprjetà tal-Komunitajiet għandu jiddaħħal fil-baġit bħala dħul varju.”; |
4) |
L-Artiklu li ġej hu miżjud fil-Kapitolu 1 tat-Titolu II ta’ l-Ewwel Parti: “Artikolu 5a 1. Imgħax iġġenerat minn ħlasijiet ta’ pre-finanzjament għandu jiġi assenjat lill-programm jew lill-azzjoni kkonċernata u mnaqqas mill-pagament tal-bilanċ ta’ l-ammonti dovuti lill-benefiċjarju. Ir-Regolament li jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, minn issa ’l quddiem ‘ir-regoli implimetattivi’, għandu jispeċifika l-każijiet li fihom l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli għandu, b’eċċezzjoni, annwalment jirkupra tali interessi. Dak l-interess għandu jiddaħħal fil-baġit bħala dħul varju. 2. L-imgħax m’għandux ikun dovut lill-Komunitajiet fil-każijiet li ġejjin:
|
5) |
L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
|
6) |
Fl-Artikolu 11, il-kliem “l-Artikolu 157” hija sostwita bil-kliem “l-Artikoli 157 u 160a”. |
7) |
Fl-Artikolu 16, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’li ġej: “Madankollu, għall-finijiet ta’ dħul u ħruġ tal-flus imsemmija fl-Artikolu 61, l-uffiċjal tal-kontijiet, fil-każ ta’ kontijiet imprest, l-amministraturi imprest, u, għall-ħtiġiet tal-ġestjoni amministrattiva tas-Servizz Estern tal-Kummissjoni, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli għandu jkun awtorizzat iwettaq operati f’muniti nazzjonali kif stabbilit fir-regoli implimentattivi.” |
8) |
L-Artikolu 18(1) huwa emendat kif ġej:
|
9) |
Fl-Artikolu 19(2), l-ewwel sentenza tinbidel b’li ġej: “L-aċċettazzjoni ta’ donazzjonijiet ta’ valur ta’ EUR 50 000 jew aktar li jinvolvu ħlas finanzjarju, inkluż spejjeż ta’ segwitu, li jaqbżu l-10 % tal-valur tad-donazzjoni mogħtija, għandha tkun soġġetta għall-awtorizzazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li t-tnejn għandhom jaġixxu fuq din il-kwistjoni fi żmien xahrejn mid-data minn meta jirċievu t-talba mill-Kummissjoni.”; |
10) |
L-Artikolu 22 huwa mibdul b’dan li ġej: “Artikolu 22 1. Kull istituzzjoni minbarra l-Kummissjoni tista’, fis-sezzjoni proprja tagħha tal-baġit, tittrasferixxi approprjazzjonijiet:
2. Tliet ġimgħat qabel ma jsiru t-trasferimenti msemmija fil-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet għandhom jinformaw lill-awtorità baġitarja bl-intenzjonijiet tagħhom. Fil-każ li jitqajmu raġunijiet debitament issostanzjati f’dan il-perijodu minn waħda mill-fergħat ta’ l-awtorità baġitarja, għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24. 3. Kwalunkwe istituzzjoni minbarra l-Kummissjoni tista’ tipproponi lill-awtorità baġitarja, fis-sezzjoni tagħha tal-baġit, trasferimenti minn titolu għal ieħor li jeċċedi l-limitu ta’ 10 % ta’ l-approporjazzjonijiet għas-sena finanzjarja fil-linja li minnha għandu jsir it-trasferiment. Dawk it-trasferimenti għandhom ikunu soġġetti għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24. 4. Kwalunkwe istituzzjoni minbarra l-Kummissjoni tista’, fis-sezzjoni tagħha tal-baġit, tagħmel trasferimenti fl-artikoli mingħajr ma’ tinforma minn qabel lill-awtorità baġitarja.”; |
11) |
L-Artikolu 23 huwa emendat kif ġej:
|
12) |
L-Artikolu 26 huwa emendat kif ġej:
|
13) |
L-Artikolu 28 huwa emendat kif ġej:
|
14) |
Wara l-Artikolu 28, jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 28a 1. Il-baġit għandu jiġi implimentat f’konformità ma’ kontroll intern effettiv u effikaċi kif xieraq f’kull manjiera ta’ ġestjoni, u skond ir-regolamenti speċifiċi għas-settur. 2. Għall-finijiet ta’ l-implimentazzjoni tal-baġit, il-kontroll intern huwa definit bħala proċess applikabbli fil-livelli kollha tal-ġestjoni u mfassal biex jipprovdi assigurazzjoni raġonevoli għall-kisba ta’ l-objettivi li ġejjin:
|
(15) |
Fl-Artikolu 29, il-paragrafu 2 hu sostitwit b’li ġej: “2. Il-President tal-Parlament Ewropew għandu jippubblika l-baġit u l-baġits emendatorji, kif ikunu adottati l-aħħar, fil-Ġurnal Uffiċjali ta ’ l-Unjoni Ewropew. Il-baġit għandu jkun ippubblikat fi żmien tliet xhur wara d-data li fiha l-baġit ikun iddikjarat finalment adottat. Il-kontijiet annwali kkonsolidati u r-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u dik finanzjarja mfasslin minn kull istituzzjoni għandhom jiġu ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta ’ l-Unjoni Ewropea.” |
16) |
Fl-Artikolu 30, jiżdied il-paragrafu 3 li ġej: “3. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli, b’mod xieraq, l-informazzjoni dwar il-benefiċjarji ta’ fondi li ġejjin mill-baġit miżmum minnha meta l-baġit ikun implimentat fuq bażi ċentralizzata u direttament mid-dipartimenti tagħha, u l-informazzjoni dwar il-benefiċjarji ta’ fondi kif previst mill-entitajiet li lilhom ikunu delegati l-kompiti ta’ l-implimentazzjoni tal-baġit taħt modi oħrajn ta’ ġestjoni. Din l-informazzjoni għandha ssir disponibbli b’osservanza debita tal-ħtiġiet ta’ kunfidenzjalità, partikolarment il-protezzjoni tad-data personali kif stabbilit fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi rigward l-ipproċessar tad-data personali u l-moviment ħieles ta’ tali data (*) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2001 dwar il-protezzjoni ta’ individwi rigward l-ipproċessar ta’ data mill-istituzzjonijiet u korpi Komunitarji u dwar il-moviment ħieles ta’ tali data (**), u tal-ħtiġiet tas-sigurtà, b’kont meħud ta’ l-ispeċifikatijiet ta’ kull mod ta’ ġestjoni kif imsemmi fl-Artikolu 53 u fejn applikabbli f’konformità mar-regoli rilevati speċifiċi għas-settur. (*) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31. Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1)." |
17) |
L-Artikolu 33(2) huwa emendat kif ġej:
|
18) |
Fl-Artikolu 37 (1), huwa miżjud it-tielet subparagrafu li ġej: “Qabel jippreżentaw abbozz preliminari ta’ baġit emendatorju, il-Kummissjoni u l-istituzzjonijiet li mhumiex il-Kummissjoni għandhom jeżaminaw il-kamp ta’ applikazzjoni għal riallokazzjoni ta’ l-approprjazzjonijiet rilevanti, b’kont meħud ta’ kwalunkwe sottoimplimentazzjoni ta’ approprjazzjonijiet mistennijin.”; |
19) |
Fl-Artikolu 40, il-punt (a) huwa sostitwit b’li ġej:
|
20) |
fl-Artikolu 43 (1), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’ li ġej: “L-approprjazzjonijiet f’dan it-titolu jistgħu jintużaw biss wara trasferiment skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 23(1)(d) fil-każijiet fejn l-adozzjoni ta’ l-att bażiku hi soġġetta għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, u dik ta’ l-Artikolu 24 għall-każijiet l-oħrajn.” |
21) |
Fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 44, l-“Artikoli 22, 23 u 25” huma sostitwiti bl-“Artikoli 23 u 25”; |
22) |
L-Artikolu 45 huwa mibdul b’dan li ġej: “Artikolu 45 1. Is-sezzjoni tal-baġit tal-Kummissjoni għandha tinkludi riżerva għall-għajnuna ta’ emerġenza għall-pajjiżi terzi. 2. Ir-riżerva msemmija fil-paragrafu 1 għandha tintuża qabel tmiem is-sena finanzjarja permezz ta’ trasferiment skond il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 24 u 26.”; |
23) |
L-Artikolu 46(1) huwa emendat kif ġej:
|
24) |
Fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 47(1), il-“gradi A1, A2 u A3” huma sostitwiti bil-“gradi AD 16, AD 15 u AD 14”.; |
25) |
L-Artikolu 49 huwa mibdul b’dan li ġej: “Artikolu 49 1. Att bażiku għandu l-ewwel jiġi adottat qabel ma jkunu jistgħu jintużaw l-approprjazzjonijiet imdaħħlin fil-baġit għal kwalunkwe azzjoni mill-Komunitajiet jew mill-Unjoni Ewropea. Att bażiku huwa att legali li jipprovdi bażi legali għall-azzjoni u għall-implimentazzjoni tan-nefqa korrispondenti mdaħħal fil-baġit. 2. Fl-applikazzjoni tat-Trattat tal-KE u t-Trattat Euratom, att bażiku huwa att adottat mill-awtorità leġislattiva u jista’ jkun f’forma ta’ regolament, direttiva, deċiżjoni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 249 tat-Trattat tal-KE jew deċiżjoni sui generis. 3. Fl-applikazzjoni tat-Titolu V tat-TUE (dwar il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni – il-PESK), att bażiku jista’ jkun f’waħda mill-forom speċifikati fl-Artikoli 13(2) u (3), 14, 18(5), 23(1) u (2) u 24 tat-TUE. 4. Fl-applikazzjoni tat-Titolu VI tat-TUE (dwar il-Kooperazzjoni tal-Pulizija u l-Ġudikatura f’Materji Kriminali), att bażiku jista’ jkun f’waħda mill-forom imsemmijin fl-Artikolu 34(2) tat-TUE. 5. Ir-rakkomandazzjonijiet u l-opinjonijiet ma jikkostitwux atti bażiċi skond it-tifsira ta’ dan l-artikolu, u anqas dawk ir-riżoluzzjonijiet, il-konklużjonijiet, id-dikjarazzjonijiet jew atti oħrajn li m’għandhom ebda effett legali. 6. Permezz ta’ deroga mill-paragrafi 1 sa 4, dawn li ġejjin jistgħu jkunu implimentati mingħajr att bażiku sakemm l-azzjonijiet li jkunu intenzjonati li jiffinanzjaw jaqgħu taħt il-poteri tal-Komunitajiet jew ta’ l-Unjoni Ewropea:
|
26) |
Fl-Artikolu 50, jiżdied it-tieni paragrafu li ġej: “Kull istituzzjonijiet għandha teżerċita dawn il-poteri skond dan ir-Regolament u fil-limiti ta’ l-approprjazzjonijiet awtorizzati.”; |
27) |
L-Artikolu 52 huwa mibdul b’dan li ġej: “Artikolu 52 1. L-atturi finanzjarji kollha u kwalunkwe persuna oħra involuta fl-implimentazzjoni, il-ġestjoni, il-verifika jew il-kontroll għandhom ikunu pprojbiti milli jieħdu kwalunkwe azzjoni li tista’ ġġib l-interessi tagħhom f’kunflitt ma’ dawk tal-Kummissjoni. Jekk dan ikun il-każ, il-persuna in kwistjoni għandha tieqaf minn tali azzjonijiet u għandha tirreferi l-kwistjoni lill-awtorità kompetenti. 2. Hemm kunflitt ta’ interessi fejn l-eżerċizzju imparzjali u oġġettiv tal-funzjonijiet ta’ tali attur finanzjarju jew ta’ persuna oħra, kif imsemmi fil-paragrafu 1, tkun kompromessa għal raġunijiet li jinvolvu l-familja, il-ħajja emozzjonali, l-affinità politika jew nazzjonali, l-interess ekonomiku jew kwalunkwe interess komuni ieħor mal-benefiċjarju.” |
28) |
L-Artikolu 53 huwa mibdul b’dan li ġej: “Artikolu 53 Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-baġit skond id-dispożizzjonijiet imniżżin fl-Artikoli 53a sa 53d fi kwalunkwe minn dawn il-metodi:
|
29) |
Jiddaħħlu l-Artikoli 53a sa 53d li ġejjin: “Artikolu 53a Meta l-Kummissjoni timplimenta l-baġit fuq bażi ċentralizzata, il-kompiti implimentattivi għandhom jitwettqu jew direttament mid-dipartimenti tagħha jew b’mod indirett, skond l-Artikoli 54 sa 57. Artikolu 53b 1. Meta l-Kummissjoni timplimenta l-baġit b’amministrazzjoni konġunta, il-kompiti implimentattivi għandhom ikunu delegati lill-Istati Membri. Dak il-metodu għandu japplika partikolarment għall-azzjonijiet imsemmija fit-Titoli I u II tat-Tieni Parti. 2. Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet komplementari inklużi fir-regolamenti rilevanti speċifiċi skond is-settur, u sabiex fl-amministrazzjoni kondiviża jiġi żgurat li l-fondi jiġu użati skond ir-regoli u l-prinċipji applikabbli, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri leġislattivi, regolatorji u amministrattivi kollha meħtieġa jew miżuri oħrajn meħtieġa biex iħarsu l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet. Għal dan il-għan huma għandhom partikolarment:
Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli u għandhom iwaqqfu sistema effettiva u effiċjenti ta’ kontroll intern, skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 28a. Dawn għandhom iwettqu proċedimenti legali skond kif ikun meħtieġ u xieraq. 3. L-Istati Membri għandhom jipproduċu taqsira annwali fil-livell nazzjonali xieraq tal-verifiki u d-dikjarazzjonijiet disponibbli. 4. Sabiex ikun żgurat li l-fondi jkunu użati skond ir-regoli applikabbli, il-Kummissjoni għandha tapplika proċeduri ta’ approvazzjoni tal-kontijiet jew mekkaniżmi ta’ korrezzjoni finanzjarja li bihom tkun tista’ tassumi r-responsabbiltà finali għall-implimentazzjoni tal-baġit. Artikolu 53ċ 1. Meta l-Kummissjoni timplimenta l-baġit permezz ta’ amministrazzjoni deċentralizzata, il-kompiti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu delegati lil pajjiżi terzi skond l-Artikolu 56 tat-Titolu IV tat-Tieni Parti, mingħajr preġudizzju għad-delegazzjoni ta’ kompiti residwi lill-korpi msemmija fl-Artikolu 54(2)]. 2. Sabiex ikun żgurat li l-fondi jkunu użati skond ir-regoli applikabbli, il-Kummissjoni għandha tapplika proċeduri ta’ approvazzjoni tal-kontijiet jew mekkaniżmi ta’ korrezzjoni finanzjarja li bihom tkun tista’ tassumi r-responsabbiltà finali għall-implimentazzjoni tal-baġit. 3. jiżguraw, permezz ta’ regolamenti rilevanti speċifiċi għas-settur u f’konformità ma’ l-Artikolu 30(3), il-pubblikazzjoni annwali ex post adegwata tal-benefiċjarji tal-fondi li ġejjin mill-baġit. Artikolu 53d 1. Meta l-Kummissjoni timplimenta l-baġit permezz ta’ amministrazzjoni konġunta, ċerti kompiti implimentattivi għandhom ikunu delegati lill-organizzazzjonijiet internazzjonali, skond ir-regoli implimentattivi, fil-każijiet li ġejjin:
Dawn l-organizzazzjonijiiet għandhom, fil-kontijiet, verifika, kontroll intern u proċeduri ta’ akkwsit tagħhom, japplikaw standards li joffru garanziji ekwivalenti għal standards aċċettati internazzjonalment. 2. Il-ftehim individwali li ntlaħqu ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali għall-għoti ta’ finanzjament għandu jinkludi dispożizzjonijiet dettaljati għall-implimentazzjoni tal-kompiti fdati f’idejn it-tali organizzazzjonijiet internazzjonali. 3. Organizzazzjonijiet internazzjonali li lilhom jiġu delegati kompiti ta’ implimentazzjoni għandhom jiżguraw, f’konformità ma’ l-Artikolu 30(3), il-pubblikazzjoni annwali ex post adegwata tal-benefiċjarji tal-fondi li ġejjin mill-baġit.” |
30) |
L-Artikolu 54 huwa emendat kif ġej:
|
(31) |
L-Artikoli 55 u 56 huma sostitwiti b’li ġej: “Artikolu 55 1. L-aġenziji eżekuttivi għandhom ikunu persuni ġuridiċi taħt il-liġi Komunitarja, maħluqin b’Deċiżjoni tal-Kummissjoni li jistgħu jiġu delegati poteri lilhom biex jimplimentaw programm jew proġett tal-Komunità sħiħ jew f’parti f’isem il-Kummissjoni u taħt ir-responsabbiltà tagħha skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58./2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunita’ (***). 2. L-implimentazzjoni ta’ l-approprjazzjonijiet operattivi korrispondenti għandhom jitwettqu mid-direttur ta’ l-aġenzija. Artikolu 56 1. Meta l-Kummissjoni timplimenta l-baġit permezz ta’ ġestjoni ċentralizzata indiretta, għandha l-ewwel tikseb evidenza ta’ l-eżistenza u l-operat xieraq fl-entitajiet li tafdalhom l-implimentazzjoni ta’ li ġej:
Il-Kummissjoni tista’ taċċetta li s-sistemi tal-verifika, kontabilità u akkwist ta’ l-entitajiet imsemmijin fil-Paragrafi 1 u 2 huma ekwivalenti għal tagħha, meta jitqiesu l-istandards aċċettati internazzjonalment. 2. Fil-każ ta’ ġestjoni deċentralizzata, għandhom japplikaw l-istess kriterji li huma stabbiliti fil-paragrafu 1, bl-eċċezzjoni tal-kriterju previst fil-punt (e), b’mod sħiħ jew f’parti, skond il-grad ta’ deċentralizzazzjoni, miftiehem bejn il-Kummissjoni u l-pajjiż terz, korpi tas-settur pubbliku nazzjonali jew internazzjonali kkonċernati. Irrispettivament mill-paragrafu (1)(a) u l-Artikolu 169a, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi:
li tuża l-proċeduri ta’ akkwsit jew għotja tal-pajjiż imsieħeb benefiċjarju jew kif maqbul fost id-donaturi. Qabel ma tittieħed tali deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha l-ewwel takkwista evidenza abbażi ta’ każ b’każ li tali proċeduri jissodisfaw il-prinċipji tat-trasparenza, trattament ugwali u non-diskriminazzjoni, jipprevjenu kwalunkwe kunflitt ta’ interess, joffru garanziji ekwivalenti għal standards aċċettati internazjonalment u jiżguraw konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ ġestjoni finanzjarja soda li titlob kontroll intern effettiv u effiċjenti. Il-pajjiż terz, korpi tas-settur pubbliku nazzjonali jew internazzjonali kkonċernati għandhom jikkommettu ruħhom li jwettqu l-obbligi li ġejjin:
3. Il-Kummissjoni għandha tiżgura s-sorveljanza, l-evalwazzjoni u l-kontroll ta’ l-implimentazzjoni tal-kompiti fdati. Għandha tieħu f’kunsiderazzjoni l-ekwivalenza tas-sistemi ta’ kontroll meta din twettaq kontrolli permezz ta’ l-użu tas-sistemi tagħha ta’ kontroll.” |
32) |
Fl-Artikolu 57, il-paragrafu 1 hu sostitwit b’li ġej: “1. Il-Kummissjoni ma tistax tafda miżuri ta’ implimentazzjoni ta’ fondi li ġejjin mill-baġit, inkluż il-pagament u l-irkupru, lil entitajiet jew korpi esterni tas-settur privat, ħlief fil-każ imsemmi fl-Artikolu 54(2)(ċ) jew f’każijiet speċifiċi fejn il-ħlasijiet involuti għandhom isiru lil benefiċjarji ddeterminati mill-Kummissjoni, li huma soġġett għal kondizzjonijiet u ammonti stabbiliti mill-Kummissjoni u li ma jinvolvux l-eżerċizzju ta’ diskrezzjoni mill-entità jew korp li qed jagħmel il-ħlasijiet.”; |
33) |
L-Artikolu 59 huwa emendat kif ġej:
|
34) |
Fl-Artikolu 60, il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’li ġej: “7. L-uffiċjal awtorizzanti permezz ta’ delega għandu jirrapporta lill-istituzzjoni tiegħu dwar il-prestazzjoni tad-doveri tiegħu fil-forma ta’ rapport ta’ l-attività annwali flimkien ma’ informazzjoni finanzjarja u amministrattiva li tikkonferma li l-informazzjoni li hemm fir-rapport tippreżenta dehra vera u ġusta kif speċifikat mod ieħor fi kwalunkwe riserva marbuta ma’ oqsma definti ta’ dħul u nfiq. Dak ir-rapport għandu jindika r-riżultati ta’ l-operati b’referenza għall-objettivi dikjarati, ir-riskji assoċjati ma’ dawn l-operati, l-użu li sar mir-riżorsi pprovduti u l-effiċjenza u l-effettività tas-sistema ta’ kontroll intern. L-awditur intern għandu jieħu nota tar-rapport annwali u ta’ kwalunkwe biċċa informazzjoni oħra identifikata. Mhux aktar tard mill-15 ta’ Ġunju ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-awtorità baġitarja r-rapporti annwali għas-sena preċedenti.”; |
35) |
L-Artikolu 61 huwa emendat kif ġej:
|
36) |
Fl-Artikolu 62, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “L-uffiċjal tal-kontijiet jista’, fit-twettiq tad-doveri tiegħu, jiddelega ċerti kompiti lil persunal subordinat”.; |
37) |
L-Artikolu 63 huwa mibdul b’dan li ġej: “Artikolu 63 1. Il-kontijiet imprest jistgħu jitwaqqfu għall-ġabra ta’ dħul ħlief għal riżorsi proprji u għall-ħlas ta’ somom żgħar kif iddefinit fir-regoli ta’ implimentazzjoni. Madankollu, fil-qasam ta’ l-operati għall-għajnuna għall-ġestjoni tal-kriżijiet u għall-għajnuna umanitarja skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 110, il-kontijiet l-imprest jistgħu jintużaw mingħajr kwalunkwe limitu fuq l-ammont waqt li jirrispettaw il-livell ta’ approprjazzjonijiet deċiż mill-awtorità baġitarja dwar il-linja tal-baġit korrispondenti għas-sena finanzjarja attwali. 2. Il-kontijiet imprest għandhom ikunu dotati mill-uffiċjal tal-kontijiet ta’ l-istituzzjoni u għandhom jitpoġġew taħt ir-responsabbiltà ta’ amministraturi ta’ imprest maħturin mill-uffiċjal tal-kontijiet ta’ l-istituzzjoni.” |
38) |
Fl-Artikolu 65, il-paragrafu 1 hu sostitwit b’li ġej: “1. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu huma bla preġudizzju għal kwalunkwe responsabbiltà taħt il-liġi kriminali, li l-atturi finanzjarji msemmijin fl-Artikolu 64 jistgħu jiffaċċjaw kif previst fil-liġi nazzjonali applikabbli u fid-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet u dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet jew uffiċjali ta’ l-Istati Membri.”; |
39) |
L-Artikolu 66 huwa emendat kif ġej:
|
40) |
L-Artikolu 73(2) huwa mibdul b’ dan li ġej: “2. Fejn l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jkun qiegħed jippjana li jirrinunċja għal jew parzjalment jirrinunċja għal irkupru ta’ xi ammont rekuperabbli stabbilit, huwa/hija għandu jiżgura li r-rinunċja hija magħmula sewwa u li hija konformi mal-prinċipji ta’ amministrazzjoni finanzjarja tajba u ta’ proporzjonalità skond il-proċeduri u l-kriterji stabbiliti fir-regoli implimentattivi. Id-deċiżjoni ta’ rinunċja għandha tiġi ssostanzjata. L-uffiċjal awtorizzanti jista’ jiddelega d-deċiżjoni biss kif stabbilit fir-regoli implimentattivi. L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’ wkoll iħassar jew jaġġusta ammont dovut stabbilit, skond il-kondizzjonijiet imniżżlin fir-regoli implimentattivi.”; |
41) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 73a Bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ regolamenti speċifiċi u l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill marbuta mas-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet, id-drittijiet tal-Komunitajiet fir-rigward ta’ partijiet terzi u d-drittijiet ta’ partijiet terzi fir-rigward tal-Komunitajiet għandhom ikunu soġġetti għal perijodu ta’ limitazzjoni ta’ ħames snin. Id-data biex jiġi kkalkulat il-perijodu ta’ limitazzjoni u l-kondizzjonijiet għall-interruzzjoni tal-perijodu għandhom jitniżżlu fir-regoli implimentattivi.”; |
42) |
Fl-Artikolu 75(2), il-kliem “Artikolu 49(2)” jiġu sostitwiti bil-kliem “Artikolu 49 (6)(e)”; |
43) |
Fl-Artikolu 77(3), it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’li ġej: “L-ammont ta’ impenn tal-baġit li jikkorrispondi għal impenn legali li għalih ma sar l-ebda ħlas skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 81 f’perijodu ta’ tliet snin wara l-iffirmar ta’ l-impenn legali għandu jkun diżimpenjat.”; |
44) |
Fl-Artikolu 80, jiżdied il-paragrafu li ġej: “Meta jsiru ħlasijiet perjodiċi għal servizzi mogħtija, inklużi servizzi ta’ kiri, jew oġġetti kunsinnati, u soġġett għal analiżi tar-riskju tiegħu, l-uffiċjal awtorizzanti jista’ jordna l-applikazzjoni ta’ sistema ta’ debitu dirett.”; |
45) |
Fl-Artikolu 86(1), il-punt (b) huwa sostitwit b’li ġej:
|
46) |
Fl-Artikolu 87, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’li ġej: “Jekk l-awditur intern hu membru tal-persunal, huwa għandu jassumi r-responsabbiltà kif stabbilit fir-Regolamenti tal-Persunal u kif imniżżel fir-regoli implimentattivi.”; |
47) |
L-Artikolu 88 huwa mibdul b’dan li ġej: “Artikolu 88 1. Il-kuntratti pubbliċi huma kuntratti għal interess tal-flus konklużi bil-kitba bejn operatur ekonomiku wieħed jew aktar u awtorità kontraenti waħda jew aktar skond it-tifsira ta’ l-Artikoli 104 u 167, sabiex tinkiseb, bi ħlas ta’ prezz imħallas totalment jew parzjalment mill-baġit, il-provvista ta’ assi mobbli jew immobbli, l-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet jew il-provvista ta’ servizzi. Dawn il-kuntratti jinkludu:
2. Il-kuntratti qafas huma kuntratti konklużi bejn awtorità kontraenti waħda jew aktar jew bejn operatur ekonomiku wieħed jew aktar, li l-għan tagħhom huwa biex jiġu stabbiliti t-termini li jirregolaw kuntratti li se jingħataw matul perijodu stipulat, partikolarment fir-rigward tal-prezz u, fejn xieraq, il-kwantità prevista. Huma għandhom ikunu rregolati mid-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu dwar il-proċedura ta’ l-għoti, inklużi l-avviżi pubbliċitarji. 3. Dan it-Titolu mhuwiex marbut ma’ għotjiet, bla preġudizzju għall-Artikoli 93 sa 96.”; |
48) |
Fl-Artikolu 89(2), jiżdied is-subparagrafu li ġej: “L-awtoritajiet kontraenti ma jistgħux jużaw kuntratti ta’ qafas kif mhux xieraq jew b’mod li l-għan jew l-effett huwa li jipprevjeni, jirrestrinġi jew ifixkel il-kompetizzjoni.”; |
49) |
L-Artikolu 90 huwa emendat kif ġej:
|
50) |
L-Artikolu 91 huwa emendat kif ġej:
|
51) |
L-Artikolu 92 huwa mibdul b’dan li ġej: “Artikolu 92 “Id-dokumenti relatati mas-sejħa għall-offerti għandhom jagħtu deskrizzjoni sħiħa, ċara u preċiża tas-suġġett tal-kuntratt u jispeċifikaw il-kriterji ta’ l-esklużjoni, l-għażla u l-għoti applikabbli għall-kuntratt.” |
52) |
L-Artikolu 93 huwa emendat kif ġej:
|
53) |
L-Artikoli 94, 95 u 96 huma sostitwiti b’li ġej: “Arikolu 94 Ma jistax jingħata kuntratt lil kandidati jew appaltaturi li, matul il-perijodu ta’ akkwist għal dan il-kuntratt:
Artikolu 95 1. Għandha tiġi stabbilita u tkun operata mill-Kummissjoni database ċentrali f’konformità mar-regoli Komunitarji dwar il-protezzjoni tad-data personali. Id-database għandu jkun fiha d-dettalji tal-kandidati u l-appaltaturi li jkunu f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmijin fl-Artikoli 93, 94, 96 (1)(b) u (2)(a). Id-database għandha tkun komuni għall-istituzzjonijiet, l-aġenziji eżekuttivi u l-korpi msemmijin fl-Artikolu 185. 2. L-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi kif ukoll il-korpi, minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1, li jipparteċipaw fl-implimentazzjoni tal-baġit skond l-Artikoli 53 u 54, għandhom jikkomunikaw lill-uffiċjal awtorizzanti kompetenti l-informazzjoni dwar il-kandidati u l-appaltaturi li jinsabu f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 93(1)(e), fejn il-kondotta ta’ l-operatur konċernat kienet ta’ ħsara għall-interess finanzjarju tal-Komunitajiet. L-uffiċjal awtorizzanti għandu jirċievi din l-informazzjoni u jitlob lill-uffiċjal awtorizzanti biex idaħħalha fid-database. L-awtoritajiet u l-korpi msemmija fl-ewwel inċiż ta’ dan il-paragrafu għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni li tinsab fid-database u jistgħu jieħdu kont tagħha, kif adegwat u bir-responsabbiltà tagħhom stess, għall-għoti ta’ kuntratti assoċjati ma’ l-implimentazzjoni tal-baġit. 3. Fir-regoli implimentattivi għandhom jiġi stabbiliti kriterji trasparenti u koerenti biex jiżguraw applikazzjoni proporzjonata tal-kriterji ta’ esklużjoni. Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-proċeduri standardizzati u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-operat tad-database. Artikolu 96 1. Jistgħu jiġu imposti penalitajiet amministrattivi jew finanzjarji mill-awtoritajiet kontraenti lil:
Madankollu, fil-każijiet kollha, l-awtorità kontraenti trid l-ewwel tagħti lill-persuna konċernata l-opportunità li tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha. 2. Il-penalitajiet imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom ikunu proporzjonali ma’ l-importanza tal-kuntratt u mas-serjetà ta’ l-imġiba ħażina, u jistgħu jikkonsistu fi:
|
54) |
L-Artikolu 97 huwa mibdul b’dan li ġej: “Artikolu 97 1. Il-kuntratti għandhom jingħataw abbażi ta’ kriterji għall-għoti applikabbli għall-kontenut tas-sejħa għall-offerti wara li l-ħila ta’ l-operaturi ekonomiċi mhux eskluża taħt l-Artikoli 93, 94 u 96(2)(a) tkun ġiet iċċekkjata skond il-kriterji ta’ l-għażla li jinsabu fid-dokumenti relatati mas-sejħa għall-offerti." 2. Il-kuntratti għandhom jingħataw bil-proċedura awtomatika ta’ għoti jew bil-proċedura ta’ aċċertament ta’ l-aħjar valur għall-flus maħruġin.”; |
55) |
L-Artikolu 98 huwa emendat kif ġej:
|
56) |
L-Artikoli 102 u 103 huma sostitwiti b’li ġej: “Artikolu 102 1. L-awtorità kontraenti għandha titlob lill-kuntratturi jissottomettu garanzija bil-quddiem fil-każi speċifikati fir-regoli implimentattivi. 2. L-awtorità kontraenti tista’, jekk tqis xieraq u proporzjonat, titlob lill-kuntratturi jissottomettu garanzija sabiex:
Artikolu 103 Meta l-proċedura ta’ għoti tkun soġġetta għal żbalji sostanzjali, irregolaritajiet jew frodi, l-istituzzjonijiet għandhom jissospendu l-proċedura u jistgħu jieħdu kwalunkwe miżuri meħtieġa, inkluża l-kanċellazzjoni tal-proċedura. Meta, wara l-għoti tal-kuntratt, il-proċedura ta’ għoti jew it-twettiq tal-kuntratt tkun soġġetta għal żbalji sostanzjali, irregolaritajiet jew frodi, l-istituzzjonijiet jistgħu, skond l-istadju li jkun intlaħaq fil-proċedura, jibqgħu lura milli jikkonkludu l-kuntratt jew jissospendu t-twettiq tal-kuntratt jew, fejn xieraq, jitterminaw il-kuntratt. Meta tali żbalji, irregolaritajiet jew frodi huma attribwibbli għall-kuntrattur, l-istituzzjonijiet jistgħu wkoll jirrifjutaw li jagħmlu ħlasijiet, jistgħu jirkupraw ammonti diġà mħallsa jew jistgħu jitterminaw il-kuntratti kollha konklużi ma’ dan il-kuntrattur, fi proporzjon mas-serjetà ta’ l-iżbalji, irregolaritajiet jew frodi.”; |
57) |
Fl-Artikolu 104, hija miżjuda s-sentenza li ġejja: “Dawn għandhom jiddelegaw il-poteri meħtieġa għall-eżerċizzju tal-funzjoni ta’ awtorità kontraenti skond l-Artikolu 59.”; |
58) |
L-Artikolu 105 huwa mibdul b’dan li ġej: “Artikolu 105 1. Soġġett għat-Titolu IV tat-Tieni Parti ta’ dan ir-Regolament, id-Direttiva 2004/18/KE tistabbilixxi l-limiti massimi li jiddeterminaw:
2. Soġġett għall-eċċezzjonijiet u l-kondizzjonijiet speċifikati fir-regoli implimentattivi, l-awtorità kontraenti m’għandhiex, fil-każ ta’ kuntratti koperti mid-Direttiva 2004/18/KE, tiffirma l-kuntratt jew il-kuntratt qafas ma’ l-appaltatur li jkun rebħu qabel ma jgħaddi perijodu ta’ pawsa.”; |
59) |
It-titolu tal-Kapitolu 1 tat-Titolu VI ta’ l-Ewwel Parti huwa sostitwit b’li ġej: “KAPITOLU 1 Kamp ta’ applikazzjoni u forma ta’ għotjiet” |
60) |
L-Artikolu 108 huwa emendat kif ġej:
|
61) |
L-Artikolu li ġej huwa mdaħħal: ‘Artikolu 108a 1. L-għotjiet jistgħu jkunu fi kwalunkwe waħda mill-forom li ġejjin:
2. L-għotjiet m’ għandhomx jaqbżu l-limitu massimu ġenerali f’termini ta’ valur assolut.’ |
62) |
It-titolu tal-Kapitolu 2 tat-Titolu VI ta’ l-Ewwel Parti huwa sostitwit b’li ġej: ‘KAPITOLU 2 Prinċipji’; |
63) |
L-Artikolu 109 huwa mibdul b’dan li ġej: ‘Artikolu 109 1. L-għotjiet għandhom ikunu soġġetti għall-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ trattament indaqs. Dawn ma jistgħux ikunu kumulattivi jew jingħataw retrospettivament u għandhom jinvolvu ko-finanzjament. Fl-ebda ċirkustanza l-ispejjeż totali kombinati eliġibbli għall-iffinanzjar m’għandhom jinqabżu, kif speċifikat fir-regoli implimentattivi. 2. L-għotjiet m’għandhomx ikollhom l-għan jew l-effett li jipproduċu profitt għall-benefiċjarju. 3. Il-paragrafu 2 m’għandux japplika għal dawn li ġejjin:
|
64) |
Fl-Artikolu 110, il-paragrafu 1 hu sostitwit b’li ġej: ‘1. L-għotjiet għandhom ikunu soġġetti għal programm ta’ ħidma annwali, li jrid jiġi ppubblikat fil-bidu tas-sena. Dak il-programm ta’ ħidma annwali għandu jiġi implimentat permezz tal-pubblikazzjoni ta’ sejħiet għal proposti, ħlief f’każijiet eċċezzjonali ta’ urġenza debitament sostanzjati jew meta l-karatteristiċi tal-benefiċjarju jew ta’ l-azzjoni ma jħallu l-ebda għażla oħra għal azzjoni partikulari, jew meta l-benefiċjarju jiġi identifikat f’att bażiku bħal riċevitur ta’ għotja.’ L-ewwel subparagrafu m’għandux japplika għal għajnuna f’każ ta’ ġestjoni ta’ kriżi u operati ta’ għajnuna umanitarja.”; |
65) |
L-Artikoli 111 u 112 huma sostitwiti b’li ġej: "Artikolu 111 ‘Kull azzjoni tista’ tagħti lok għall-għoti ta’ għotja waħda biss mill-baġit lil kwalunkwe benefiċjarju wieħed, ħlief fejn huwa awtorizzat xort’oħra mill-atti bażiċi konċernati. Benefiċjarju jista’ jingħata għotja operattiva waħda biss mill-baġit għal kull sena finanzjarja. L-applikant għandu jinforma lill-uffiċjali awtorizzanti immedjatament dwar kwalunkwe applikazzjonijiet multupli u għotjiet multipli relatati ma’ l-istess azzjoni jew ma’ l-istess programm ta’ ħidma. Fl-ebda ċirkustanza m’ għandhom l-istess spejjeż jiġu ffinanzjati darbtejn mill-baġit. Artikolu 112 1. Għotja tista’ tingħata għal azzjoni li tkun diġà nbdiet biss meta l-applikant jista’ juri l-ħtieġa li tinbeda l-azzjoni qabel ma jirċievi l-għotja. F’tali każijiet, l-ispejjeż eliġibbli għall-finanzjament ma jistgħux ikunu ntefqu qabel id-data ta’ sottomissjoni ta’ l-applikazzjoni għall-għotja, ħlief f’każijiet eċċezzjonali debitament issostanzjati, kif previst fl-att bażiku jew fil-każ ta’ nefqa meħtieġa għall-implimentazzjoni xierqa ta’ l-għajnuna għal ġestjoni ta’ kriżi jew operati għal għajnuna umanitarja, kif previst fir-regoli implimentattivi. L-ebda għotja ma tingħata retrospettivament għal azzjonijiet diġà kompluti. 2. Għotja operattiva għandha tingħata fi żmien sitt xhur wara l-bidu tas-sena tal-baġit tal-benefiċjarju. Spejjeż eliġibbli għal finanzjament ma jistgħux ikunu ntefqu la qabel ma ġiet ippreżentata l-applikazzjoni u lanqas qabel il-bidu tas-sena baġitarja tal-benefiċjarju.’ |
66) |
Fl-Artikolu 113, il-paragrafu 2 hu sostitwit b’li ġej: ‘2. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-att bażiku rigward korpi li qed jippruvaw jilħqu objettiv ta’ interess ġenerali Ewropew, meta jiġġeddu l-għotjiet operattivi, għandhom jitnaqqsu gradwalment. Din id-dispożizzjoni m’għandhiex tapplika għal għotjiet f’waħda mill-forom imsemmijin fil-punti (b) u (ċ) ta’ l-Artikolu 108a(1).’ |
67) |
L-Artikolu 114 huwa mibdul b’dan li ġej: ‘Artikolu 114 1. L-applikazzjonijiet għal għotjiet għandhom ikunu sottomessi bil-miktub. 2. L-applikazzjonijiet għal għotjiet għandhom ikunu eliġibbli jekk ikunu sottomessi minn dawn li ġejjin:
3. L-għotjiet ma jistgħux jingħataw lil applikanti li, fil-ħin ta’ proċedura ta’ l-għoti ta’ għotja, huma f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmijin fl-Artikoli 93(1), 94 u 96(2)(a). L-applikanti għandhom jiċċertifikaw li huma m’humiex f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmijin fl-ewwel subparagrafu. Madankollu, l-uffiċjal awtorizzanti jista’ jżomm lura milli jitlob tali ċertifikazzjoni fil-każ ta’ għotjiet ta’ valur baxx ħafna, kif speċifikat fir-regoli implimentattivi. 4. Il-penalitajiet amministrattivi u finanzjarji li huma effettivi, proporzjonati u disswasivi jistgħu jiġu imposti fuq applikanti mill-uffiċjal awtorizzanti, skond l-Artikolu 96. Tali penalitajiet jistgħu wkoll jiġu imposti fuq benefiċjarji li, fil-mument tas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjoni jew waqt l-implimentazzjoni ta’ l-għotja jkunu għamlu dikjarazzjonijiet foloz fl-għoti ta’ informazzjoni meħtieġa mill-uffiċjal awtorizzanti jew jonqsu milli jagħtu tali informazzjoni.’; |
68) |
Fl-Artikolu 116, il-paragrafu 1 hu sostitwit b’li ġej: ‘1. Il-proposti għandhom jiġu evalwati, abbażi ta’ kriterji ta’ selezzjoni u ta’ għoti mħabbrin minn qabel, bil-ħsieb li jiġi ddeterminat liema proposti jiġu ffinanzjati.’; |
69) |
L-Artikolu 118 huwa mibdul b’dan li ġej: ‘Artikolu 118 1. L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’, jekk iqis li jkun xieraq u proporzjonat, jitlob lill-benefiċjarju jissottometti garanzija bil-quddiem sabiex jillimita r-riskji finanzjarji konnessi mal-ħlas ta’ ffinanzjar minn qabel. 2. L-uffiċjal awtorizzanti għandu jitlob lill-benefiċjarju jissottometti tali garanzija bil-quddiem fil-każijiet speċifikati fir-regoli implimentattivi.’; |
70) |
Fl-Artikolu 119, il-paragrafu 2 hu sostitwit b’li ġej: ‘2. F’każ li l-benefiċjarju jonqos milli jissodisfa l-obbligi li jorbtuh, l-għotja għandha tiġi sospiża u ridotta jew terminata fil-każijiet previsti fir-regoli implimentattivi wara li l-benefiċjarju jkun ingħata l-opportunità li jagħmel l-osservazzjonijiet tiegħu.’; |
71) |
L-Artikolu 120 huwa mibdul b’dan li ġej: ‘Artikolu 120 1. Fejn l-implimentazzjoni ta’ l-azzjoni teħtieġ l-għoti ta’ kuntratti ta’ akkwist mill-benefiċjarju, il-proċeduri rilevanti għandhom ikunu kif imniżżlin fir-regoli implimentattivi. 2. Fejn l-implimentazzjoni ta’ l-azzjoni teħtieġ li jingħata appoġġ finanzjarju lil partijiet terzi, il-benefiċjarju ta’ għotja Komunitarja jista’ jagħti tali sostenn finanzjarju meta jkunu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
Għall-fini tal-punt (ċ), l-ammont massimu ta’ sostenn finanzjarju li jista’ jitħallas lil terza persuna minn benefiċjarju għandu jiġi determinat fir-regoli implimentattivi. 3. Kull deċiżjoni ta’ għotja jew ftehim għandhom jipprovdu espressament li l-Kummissjoni u l-Qorti ta’ l-Awdituri jeżerċitaw il-poteri tagħhom ta’ kontroll, fuq dokumenti u fuq il-proprjetà, fuq il-kuntratturi u sub-kuntratturi kollha li rċevew fondi Komunitarji.’; |
72) |
L-Artikolu 121 huwa emendat kif ġej:
|
73) |
L-Artikolu 122 huwa sostitwit b’li ġej: ” Artikolu 122 1. Il-kontijiet ta’ l-istituzzjonijiet u korpi msemmijin fl-Artikolu 121 għandhom ikunu akkumpanjati b’rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tas-sena finanzjarja. 2. Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jagħti rendikont, fost affarijiet oħrajn, tar-rata implimentattiva ta’ l-approprjazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet bejn id-diversi elementi tal-baġit.”; |
74) |
L-Artikolu 128 huwa mibdul b’dan li ġej: “Artikolu 128 L-uffiċjali tal-kontijiet ta’ l-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 121 għandhom jibagħtu lill-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni u lill-Qorti ta’ l-Awdituri l-aktar tard sa l-1 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara, il-kontijiet provviżorji tagħhom flimkien mar-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja ta’ matul is-sena. L-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni għandu jikkonsolida dawn il-kontijiet provviżorji mal-kontijiet provviżorji tal-Kummissjoni u għandu jibgħat lill-Qorti ta’ l-Awdituri, l-aktar tard sal-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara, il-kontijiet provviżorji tal-Kummissjoni akkumpanjati mir-rapport tagħha dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja ta’ matul is-sena, flimkien mal-kontijiet konsolidati provviżorji. L-uffiċjal tal-kontijiet ta’ kull istituzzjoni u korp imsemmi fl-Artikolu 121 għandu wkoll jibgħat ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sad-data speċifikata fit-tieni paragrafu.”; |
75) |
L-Artikolu 129 huwa emendat kif ġej:
|
76) |
L-Artikolu 131 huwa emendat kif ġej:
|
77) |
Fl-Artikolu 133(1), l-“Artikolu 185” huwa sostitwit bl-“Artikolu 121”; |
78) |
Fl-Artikolu 134, l-“Artikolu 185” huwa sostitwit bl-“Artikolu 121”; |
79) |
Fl-Artikolu 138(1), l-“Artikolu 185” huwa sostitwit bl-“Artikolu 121”; |
80) |
Fl-Artikolu 139, il-paragrafu 2 hu sostitwit b’li ġej: “2. Kull istituzzjoni għandha tinforma lill-Qorti ta’ l-Awdituri u lill-awtorità baġitarja dwar kwalunkwe regola interna li tadotta fir-rigward ta’ materji finanzjarji.”; |
81) |
L-Artikolu 143 huwa emendat kif ġej:
|
82) |
L-Artikolu 144 huwa emendat kif ġej:
|
83) |
Fl-Artikolu 145(1), “30 ta’ April” hija sostitwita bi “15 ta’ Mejju”; |
84) |
Fit-Titolu I tat-Tieni Parti, it-titolu huwa sostitwit b’li ġej: “TITOLU I FOND AGRIKOLU EWROPEW TA’ GARANZIJA”; |
85) |
Fl-Artikolu 148, il-paragrafu 1 hu sostitwit b’li ġej: “1. L-Ewwel u t-Tielet Parti ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw għan-nefqa effettwata mill-awtoritajiet u l-korpi msemmijin fir-regoli dwar il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), u għal dħul, ħlief fejn huwa pprovdut mod ieħor f’dan it-Titolu.”; |
86) |
L-Artikolu 149 huwa emendat kif ġej:
|
87) |
Fl-Artikolu 150, il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b’li ġej: “2. Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jistabbilixxu l-ammonti ta’ dawn il-ħlasijiet għandhom jikkostitwixxu impenji provviżorji globali, li ma jistgħux jeċċedu l-approporjazzjonijiet totali mdaħħlin għall-FAEG. 3. Mill-15 ta’ Novembru, nefqa amministrattiva ta’ rutina għall-FAEG tista’ tiġi kommessa bil-quddiem kontra l-approprjazzjonijiet previsti għas-sena finanzjarja ta’ wara. Tali impenji ma jistgħux, madankollu, jeċċedu tliet kwarti ta’ l-approporjazzjonijiet korrispondenti totali għas-sena finanzjarja kurrenti.” Dawn jistgħu japplikaw biss għannefqa li għaliha hu stabbilit il-prinċipju f’att bażiku eżistenti.”; |
88) |
Fl-Artikolu 151 (1), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Nefqa effettwata mill-awtoritajiet u l-korpi msemmija fir-regoli dwar il-FAEG għandha, fi żmien xahrejn wara l-irċevuta tar-rendikonti mibgħutin mill-Istati Membri, tkun is-suġġett ta’ impenn skond il-kapitolu, l-artikolu u l-partita. Tali impenn jista’ jsir wara li jgħaddi l-perijodu ta’ xahrejn kull meta hija meħtieġa proċedura għal trasferiment ta’ approporjazzjonijiet dwar il-linji tal-baġit in kwistjoni. Ħlief meta ma jkunx għadu sar pagament mill-Istati Membri jew meta hemm dubju dwar l-eliġibilità, l-ammonti għandhom ikunu maħruġin bħala ħlasijiet fl-istess perijodu ta’ xahrejn.”; |
89) |
L-Artikolu 152 huwa mibdul b’dan li ġej: “Artikolu 152 Fil-kontabilità baġitarja, nefqa għandha tiddaħħal fil-kontijiet għal sena finanzjarja abbażi tar-rifużjonijiet magħmulin mill-Kummissjoni lill-Istati Membri l-aktar tard sal-31 ta’ Diċembru tas-sena kkonċernata, sakemm l-ordni għall-ħlas tkun waslet għand l-uffiċjal tal-kontijiet l-aktar tard sal-31 ta’ Jannar tas-sena finanzjarja sussegwenti.”; |
90) |
Fl-Artikolu 153, il-paragrafu 1 hu sostitwit b’li ġej: “1. Meta l-Kummissjoni tista’ tittrasferixxi l-approporjazzjonijiet skond l-Artikolu 23(1), din għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha l-aktar tard sal-31 ta’ Jannar tas-sena finanzjarja ta’ wara u għandha tinforma lill-awtorità baġitarja kif previst fl-Artikolu 23(1).”; |
91) |
L-Artikolu 154 huwa mibdul b’dan li ġej: “Artikolu 154 1. Id-dħul assenjat taħt dan it-Titolu għandu jkun assenjat skond l-oriġini b’konformità ma’ l-Artikolu 18(2). 2. Ir-riżultat ta’ deċiżjonijiet dwar il-kwittanza tal-kontijiet, kif imsemmi fl-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 għandu jiddaħħal f’Artikolu wieħed.” |
92) |
It-titolu tat-Titolu II tat-Tieni Parti huwa sostitwit b’ dan li ġej: “TITOLU II FONDI STRUTTURALI, FOND TA’ KOEŻJONI, FOND EWROPEW GĦAS-SAJD, U FOND AGRIKOLU EWROPEW GĦALL-IŻVILUPP RURALI”. |
(93) |
L-Artikolu 155 huwa emendat kif ġej:
|
94) |
Fl-Artikolu 157, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’li ġej: “L-approprjazzjonijiet disimpenjati jistgħu jsiru disponibbli għal darb’oħra fil-każ ta’ żball ċar li hu attribwibbli biss lill-Kummissjoni.” |
95) |
L-Artikolu 158 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 158 Bl-eċċezzjoni tal-EAFRD, fir-rigward tan-nefqa operattiva msemmija f’dan it-Titolu, il-Kummissjoni tista’ tagħmel trasferimenti minn titolu wieħed għal ieħor, dment li l-approporjazzjonijiet in kwistjoni jkunu għall-istess objettiv skond it-tifsira tar-Regolamenti li jirregolaw il-Fondi msemmijin fl-Artikolu 155, jew li huma nfiq fuq Assistenza Teknika”; |
96) |
Fl-Artikolu 160, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “1a. L-approprjazzjonijiet relatati mad-dħul ġenerat mill-Fond ta’ Riċerka għall-Faħam u l-Azzar stabbilit bil-Protokoll anness mat-Trattat tal-KE dwar il-konsegwenzi finanzjarji ta’ l-iskadenza tat-Trattat KEFA u dwar il-Fond ta’ Riċerka għall-Faħam u l-Azzar għandhom jiġu trattati bħala dħul assenjat fit-tifsira ta’ l-Artikolu 18. L-approprjazzjonijiet ta’ impenn iġġenerati minn dan id-dħul għandhom ikunu disponibbli minn meta l-ammont reċevibbli ikun stmat u l-approprjazzjonijiet tal-ħlas minn meta d-dħul ikun riċevut.” |
97) |
Jiddaħħal l-Artikolu 160a li ġej: “Artikolu 160a 1. L-approporjazzjonijiet ta’ impenn li jikkorrispondu għall-ammont ta’ l-impenn dispimpenjat bħala riżultat ta’ nuqqas ta’ implimentazzjoni totali jew parzjali tal-proġetti li jikkonċernaw ir-riċerka li għalihom ġew assenjati jistgħu, b’mod eċċezzjonali u f’każijiet debitament iġġustifikati, isiru disponibbli għal darb’oħra meta dan ikun essenzjali biex jitwettaq il-programm oriġinarjament ippjanat, sakemm il-baġit għas-sena finanzjarja attwali jinkludi fondi għal dan l-għan. 2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, fil-bidu ta’ kull sena finanzjarja, teżamina disimpenji magħmulin matul is-sena finanzjarja preċedenti u għandha tivvaluta, fid-dawl tal-ħtiġiet, il-bżonn li l-approprjazzjonijiet jerġgħu jsiru disponibbli. Abbażi ta’ din il-valutazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tissottometti proposti xierqa lill-awtorità baġitarja, sal-15 ta’ Frar ta’ kull sena finanzjarja, li jiddikjaraw għal kull partita tal-baġit ir-raġunijiet għaliex dawn l-approporjazzjonijiet reġgħu saru disponibbli. 3. L-awtorità baġitarja għandha tiddeċiedi dwar il-proposti tal-Kummissjoni fi żmien sitt ġimgħat. Meta ma tittieħed l-ebda deċiżjoni matul il-limitu ta’ żmien, il-proposti jitqiesu aċċettati. L-ammont ta’ l-approprjazzjonijiet ta’ impenji li għandhom isiru disponibbli għal darb’oħra fis-sena n m’għandu qatt jeċċedi l-25 % ta’ l-ammont totali disimpenjat fuq l-istess linja tal-baġit fis-sena n-1. 4. L-approprjazzjonijiet ta’ impenji li reġgħu saru disponibbli ma għandhomx jitmexxew ’il quddiem. L-impenji legali li jikkonċernaw l-approprjazzjonijiet ta’ impenji li saru disponibbli għal darb’oħra għandhom jiġu konklużi sal-31 ta’ Diċembru tas-sena n. Fl-aħħar tas-sena n, il-bilanċ li ma ntużax ta’ dawn l-approprjazzjonijiet ta’ impenji li saru disponibbli għal darb’oħra għandhom ikunu disimpenjati mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli”.; |
98) |
Fl-Artikolu 163, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’li ġej: “L-azzjonijiet imsemmijin f’dan it-Titolu jistgħu jiġu implimentati fuq bażi ċentralizzata mill-Kummissjoni, minn ġestjoni konġunta, fuq bażi deċentralizzata mill-pajjiż/i terz/i benefiċjarju/i, jew konġuntament ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ l-Artikoli 53 sa 57.” |
99) |
Jitħassar l-Artikolu 164. |
100) |
L-Artikolu 166 huwa emendat kif ġej:
|
101) |
L-Artikolu 167 huwa emendat kif ġej:
|
102) |
Fit-Titolu IV tat-Tieni Parti, it-titolu tal-Kapitolu 4 huwa sostitwit b’li ġej: ‘KAPITOLU 4 Għotjiet’ |
103) |
L-Artikolu li ġej huwa mdaħħal: ‘Artikolu 169a Proċeduri ta’ għotja li għandhom jiġu applikati fil-ġestjoni deċentralizzata minn pajjiżi terzi benefiċjarji għandhom ikunu stabbiliti fil-ftehim finanzjarji msemmijin fl-Artikolu 166. Huma għandhom ikunu bbażati fuq ir-regoli stabbiliti fit-Titolu VI ta’ l-Ewwel Parti.’ |
104) |
L-Artikolu 170 huwa mibdul b’dan li ġej: ‘Artikolu 170 Kull ftehim ta’ finanzjament jew ftehim ta’ għotja jew deċiżjoni ta’ għotja għandu jipprevedi espressament li l-Kummissjoni u l-Qorti ta’ l-Awdituri jkollhom is-setgħa ta’ verifika, abbażi ta’ dokumenti u fuq il-post, fuq il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li rċevew fondi Komunitarji.”; |
105) |
Fl-Artikolu 171, il-paragrafu 2 hu sostitwit b’li ġej: “2. Dan it-Titolu għandu japplika għall-operat ta’ l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), bl-eċċezzjoni ta’ l-Artikolu 174, 174a u l-Artikolu 175(2).”; |
106) |
L-Artikolu 173 huwa mibdul b’dan li ġej: “Artikolu 173 Fir-rigward ta’ l-approprjazzjonijiet introdotti fl-Anness għal kull uffiċċju Ewropew, il-Kummissjoni għandha tiddelega l-poteri ta’ l-uffiċjal awtorizzanti lid-Direttur ta’ l-uffiċċju Ewropew ikkonċernat, skond l-Artikolu 59.”; |
107) |
Fl-Artikolu 174 (1), it-tieni sentenza hija sostitwita b’li ġej: “Id-Direttur ta’ l-uffiċċju Ewropew ikkonċernat għandu jadotta, wara approvazzjoni mill-Kumitat ta’ Ġestjoni, il-kriterji li fuqhom għandha tkun ibbażata s-sistema ta’ kontabilità.”; |
108) |
L-Artikolu 174a li ġej huwa mdaħħal: “Artikolu 174a 1. Kull istituzzjoni tista’ tiddelega l-poteri ta’ l-uffiċjal awtorizzanti lid-direttur ta’ uffiċċju Ewropew interistituzzjonali għall-ġestjoni ta’ approprjazzjonijiet imdaħħlin fis-sezzjoni tagħha u għandha tiffissa l-limiti u l-kondizzjonijiet għal din id-delega ta’ poteri. 2. L-awditur intern tal-Kummissjoni għandu jeżerċita r-responsabbiltajiet kollha stabbiliti fit-Titolu IV, il-Kapitolu 8 ta’ l-Ewwel Parti.”; |
109) |
L-Artikolu 175 huwa mibdul b’dan li ġej: “Artikolu 175” Jekk il-kompetenza ta’ uffiċċju Ewropew tinvolvi provvisti lil partijiet terzi għal interess pekunarju, id-Direttur tiegħu għandu jadotta, wara l-approvazzjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni, id-dispożizzjonijiet speċifiċi li jirregolaw kif dawn il-provvisti għandhom isiru u ż-żamma tal-kontijiet korrispondenti. |
110) |
Jitħassar l-Artikolu 176. |
111) |
L-Artikolu 178 huwa emendat kif ġej:
|
112) |
Fl-Artikolu 179(3), it-tieni u t-tielet subparagrafi jiġu sostitwiti b’li ġej: “Jekk waħda mill-fergħat ta’ l-awtorità baġitarja għandha l-intenzjoni li toħroġ opinjoni, hija għandha fi żmien ġimagħtejn mill-irċevuta ta’ l-informazzjoni dwar il-proġett ta’ bini tinnotifika lill-istituzzjoni konċernata bl-intenzjoni tagħha li toħroġ tali opinjoni. Jekk ma jkunx hemm tweġiba, l-istituzzjoni konċernata tista’ tipproċedi bl-operat ippjanat taħt l-awtonomija amministrattiva tagħha, soġġett għall-Artikolu 282 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 185 tat-Trattat Euratom fir-rigward tar-rappreżentanza Komunitarja. Din l-opinjoni għandha tkun mgħoddija lill-istituzzjoni konċernata fi żmien ġimagħtejn ta’ tali notifikazzjoni.”; |
113) |
Wara l-Artikolu 179, jiddaħħal it-Titolu VII li ġej: “TITOLU VII ESPERTI Artikolu 179a Ir-regoli implimentattivi għandhom jinkludu proċeduri speċifiċi għall-għażla ta’ esperti, li għandhom jitħallsu abbażi ta’ ammont fiss, biex jgħinu lill-istituzzjonijiet partikolarment fl-evalwazzjoni tal-proposti u l-applikazzjonijiet għall-għotjiet jew l-offerti għall-akkwist u għall-provvediment ta’ assistenza teknika għall-evalwazzjoni kurrenti, u dik finali tal-proġetti ffinanzjati mill-baġit.”; |
(114) |
Jitħassar l-Artikolu 180. |
(115) |
L-Artikolu 181 jinbidel b’ dan li ġej: “Artikolu 181 1. Rigward il-Fondi msemmijin fl-Artikolu 155(1) li għalihom l-atti bażiċi tħassru qabel id-data ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-approprjazzjonijiet li kienu diżimpenjati fl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 157(1) jistgħu jsiru disponibbli mill-ġdid fil-każ ta’ żball ċar attribwibbli biss lill-Kummissjoni jew fil-każ ta’ force majeure li għandha riperkussjonijiet serji għall-implimentazzjoni ta’ l-operati appoġġati minn dawn il-Fondi. 2. Id-database ċentrali msemmija fl-Artikolu 95 għandha titwaqqaf sa l-1 ta’ Jannar 2009. 3. Għal trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet rigward in-nefqa operattiva msemmija fir-regolamenti li jirregolaw il-Fondi Strutturali u l-Fond ta’ Koeżjoni għall-perijodu ta’ l-ipprogrammar 2000-2006, li għalihom għad iridu jsiru ħlasijiet Komunitarji għall-ftehim finanzjarju għal impenji Komunitarji pendenti sat-tmiem ta’ l-assistenza, il-Kummissjoni tista’ tagħmel trasferimenti minn titolu għal ieħor, jekk l-approprjazzjonijiet in kwistjoni:
4. L-Artikolu 31(3) għandu japplika għall-ewwel darba għall-fond imsemmi fl-Artikolu 148(1) fir-rigward ta’ ħlasijiet imħallsin mill-baġit ta’ l- 2008.”; |
116) |
L-Artikolu 185 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mid-data tad-dħul fl-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju u mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju 2007.
Madankollu, il-punt 80, u l-punti 84 sa 94 ta’ l-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, nhar it-13 ta’ Diċembru 2006.
Għall-Kunsill
Il-President
E. TUOMIOJA
(1) Opinjoni mogħtija fis-6 ta' Lulju 2006 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)
(4) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(5) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.
(6) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(7) ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2083/2005 (ĠU L 333, 20.12.2005, p. 28).
(8) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 82.
(9) ĠU L 310, 9.11.2006, p. 1.
(10) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.