Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R1928

Regolament (KE) Nru 1928/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l- 20 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 571/88 dwar l-organizzazzjoni ta' stħarriġ Komunitarju dwar l-istruttura ta' impriżi agrikoli, rigward il-qafas finanzjarju għall-perjodu 2007-2009 u l-kontribuzzjoni massima mill-Komunità għall-Bulgarija u r-Rumanija

ĠU L 406, 30.12.2006, p. 7–7 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/12/2006

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1928/oj

30.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

7


REGOLAMENT (KE) Nru 1928/2006 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta' l-20 ta' Diċembru 2006

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 571/88 dwar l-organizzazzjoni ta' stħarriġ Komunitarju dwar l-istruttura ta' impriżi agrikoli, rigward il-qafas finanzjarju għall-perjodu 2007-2009 u l-kontribuzzjoni massima mill-Komunità għall-Bulgarija u r-Rumanija

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 285(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-Att ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b'mod partikolari l-Artikolu 56 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Filwaqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 571/88 (2) jistipula li l-Istati Membri għandhom jitħallsu lura sa ammont massimu għal kull stħarriġ, bħala kontribuzzjoni għall-ispejjeż imġarrba.

(2)

Biex jitwettaq l-istħarriġ fuq l-istruttura ta' l-impriżi agrikoli, jeħtieġ finanzjament konsiderevoli mill-Istati Membri u mill-Komunità biex ilaħħaq mal-ħtiġijiet ta' informazzjoni ta' l-istituzzjonijiet Komunitarji.

(3)

Bil-ħsieb ta' l-adeżjoni tal-Bugarija u r-Rumanija u tat-twettiq ta' stħarriġ dwar l-istruttura ta' l-impriżi agrikoli f'dawn l-Istati Membri l-ġodda fl-2007, huwa xieraq li kontribuzzjoni massima Kommunitarja tiġi pprovduta għal kull stħarriġ; dan l-adattament huwa meħtieġ minħabba l-adeżjoni u ma ġiex previst fl-Att ta' l-Adeżjoni.

(4)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi, għall-bqija tal-programm, pakkett finanzjarju li jikkostitwixxi r-referenza ewlienija għallawtorità baġitarja matul il-proċedura annwali baġitarja, skond it-tifsira tal-punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, dwar id-dixxiplina baġitarja u t-titjib tal-proċedura baġitarja (3),

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ta' Artikolu 14(1), ir-Regolament (KEE) Nru 571/88 huwa emendat kif ġej:

1)

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda ma' l-ewwel subparagrafu:

“—

EUR 2 000 000 għall-Bulgarija ,

EUR 2 000 000 għar-Rumanija .

2)

it-tielet, ir-raba' u l-ħames sub-paragrafu tal-paragrafu 1 huma mibdula b'li ġej:

“Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni ta' dan il-programm, inklużi l-approprjazzjonijiet meħtieġa għat-tmexxija tal-proġett Eurofarm, għandu jiġi ffissat għal EUR 20 400 000 għall-perjodu 2007-2009.

L-approprjazzjonijiet annwali għandhom ikunu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-qafas finanzjarju.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-għoxrin jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1(1) għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 20 ta' Diċembru 2006.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

Għall-Kunsill

Il-President

J. KORKEAOJA


(1)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2006 (għada mhux ippulikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2006

(2)   ĠU L 56, tat-2.3.1988, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 204/2006 (ĠU L 34, 7.2.2006, p. 3).

(3)   ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


Top