Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R1804

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1804/2006 tas- 7 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi miżuri tranżitorji li għandhom jiġu adottati minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fir-rigward tar-riżerva mħejjija skond l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005

    ĠU L 343, 8.12.2006, p. 64–65 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 314M, 1.12.2007, p. 409–410 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 16/10/2007

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1804/oj

    1.12.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    409


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1804/2006

    tas-7 ta' Diċembru 2006

    li jistabbilixxi miżuri tranżitorji li għandhom jiġu adottati minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fir-rigward tar-riżerva mħejjija skond l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat l-Att ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija,

    Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u partikolarment it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 41 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1043/2005 tat-30 ta' Ġunju 2005 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 fir-rigward tas-sistema tal-konċessjoni ta' rifużjonijiet fuq ċerti prodotti agrikoli esportati fil-għamla ta' oġġetti mhux koperti bl-Anness I tat-Trattat, u l-kriterji sabiex jiġi ffissat l-ammont ta' dawn ir-rifużjonijiet (1), jipprovdi illi, għajr għal ċerti eżenzjonijiet, il-konċessjoni ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għall-oġġetti tiddependi fuq il-produzzjoni ta' ċertifikat ta' rifużjoni.

    (2)

    Iċ-ċertifikati tar-rifużjoni jsiru disponibbli lill-operaturi f'sitt fażijiet matul il-perjodu tal-baġit, bi skadenzi għall-aplikazzjonijiet li japplikaw fir-rigward ta' kull fażi. Fiċ-ċirkustanzi fejn il-livell ta’ l-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati ta' rifużjoni għal fażi individwali jkunu inqas mill-ammont disponibbli għal din il-fażi, l-operaturi għandhom jitħallew iressqu applikazzjonijiet fuq bażi ta’ kull ġimgħa għal ċertifikati ta’ rifużjoni li għandhom jinħarġu fir-rigward ta’ kwalunkwe ammont li jibqa’ disponibbli għal din il-fażi li għalih l-applikazzjonijiet taċ-ċertifikat tar-rifużjoni tkun għadha ma ġietx ippreżentata. Iċ-ċertifikati ta' rifużjoni jistgħu jinħarġu biss lill-applikanti stabbiliti fil-Komunità.

    (3)

    Fl-okkażjoni ta' l-adeżjoni li ġejja tal-Bulgarija u r-Rumanija, l-operaturi f'dawn l-Istati Membri, minħabba li b'kumbinazzjoni l-perjodu staġunali ta' vaganzi u l-moratorium dwar il-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet ta' kull ġimgħa għaċ-ċertifikati ta' rifużjoni fil-perjodu bejn is-7 ta' Jannar 2007 sal-21 ta' Jannar 2007 (l-aktar tard), se jkollhom opportunità limitata biex japplikaw għaċ-ċertifikati ta' rifużjoni għall-użu fl-intervall bejn l-adeżjoni u l-bidu ta' Frar 2007.

    (4)

    F'dawn ir-ċirkostanzi huwa xieraq li jiġu adottati miżuri temporanji li jeżentaw lil dawn l-operaturi mir-rekwiżit li jippreżentaw ċertifikati ta' rifużjoni fil-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2007 u t-28 ta' Frar 2007.

    (5)

    Għaldaqstant, huwa xieraq li tingħata deroga mill-Artikolu 47(2) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 sabiex l-operaturi fil-Bulgarija u r-Rumanija jkunu jistgħu jikkwalifikaw, fil-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2007 sat-28 ta' Frar 2007, suġġetta għad-dħul fis-seħħ ta' l-Att ta' l-Adeżjoni fl-1 ta' Jannar 2007, għall-eżenzjoni pprovduta mill-Artikolu 46 ta' dan ir-Regolament.

    (6)

    Għal raġunijiet amministrattivi huwa xieraq li l-miżuri speċjali adottati taħt dan ir-Regolament japplikaw biss fir-rigward ta' l-applikazzjonijiet li jikkwalifikaw imressqa fis-sena ta' baġit li tintemm fil-15 ta' Ottubru 2007.

    (7)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni dwar kwistjonijiet orizzontali li jikkonċernaw il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli pproċessati mhux elenkati fl-Anness I tat-Trattat,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Permezz ta' deroga mill-Artikolu 47 tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005, għas-sena ta' baġit li tintemm fil-15 ta' Ottubru 2007, il-limitu speċifiku ta' EUR 75 000 imsemmi fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu m'għandux japplika għall-appikazzjonijiet minn operaturi stabbiliti fil-Bulgarija jew ir-Rumanija fir-rigward ta' esportazzjonijiet li jseħħu matul il-perjodu li jibda mill-1 ta' Jannar 2007 sat-28 ta' Frar 2007.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ soġġett għal u fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija.

    Għandu jiskadi fis-16 ta' Ottubru 2007.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 7 ta' Diċembru 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Günter VERHEUGEN

    Viċi-President


    (1)  ĠU L 172, 5.7.2005, p. 24. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1580/2006 (ĠU L 291, 21.10.2006, p. 8).


    Top