Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R1370

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1370/2006 tal- 15 ta' Settembru 2006 li jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 800/1999 u (KE) Nru 1043/2005 fir-rigward tal-prodotti esportati lejl il-Libanu fil-forma ta’ oġġetti mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat

ĠU L 253, 16.9.2006, p. 9–10 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 314M, 1.12.2007, p. 230–231 (MT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 18/01/2011

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1370/oj

1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

230


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1370/2006

tal-15 ta' Settembru 2006

li jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 800/1999 u (KE) Nru 1043/2005 fir-rigward tal-prodotti esportati lejl il-Libanu fil-forma ta’ oġġetti mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea.

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta' Diċembru 1993 li jistipula l-arranġamenti tal-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli (1) u partikolarment l-ewwel sottoparagrafu ta' l-Artikolu 8(3) u l-Artikolu 20 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KEE) Nru 2771/75 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-bajd (2) u partikolarment l-Artikolu 3(2), Artikolu 8(13) u Artikolu 15 tiegħu, u l-artikoli korrispondenti ta' regolamenti oħra dwar l-organizzazzjonijiet komuni fis-swieq tal-prodotti agrikoli,

Billi:

(1)

Ir-regoli li jikkonċernaw is-sistema ta’ rimborżi fl-esportazzjonijiet dwar ċertu prodotti agrikoli esportati fil-forma ta’ pġġetti li mhumiex koperti mill-Anness I tat-Trattat huma stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 tal-15 ta’ April 1999 li jistipola regoli dettaljati għal-applikar ta’ sistema ta’rimborżi fl-esportazzjoni fuq prodotti agrikoli (3) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3448/93 fir-rigward tas-sistema għall-għoti tar-rimborżi fl-esportazzjoni fuq ċertu prodotti agrikoli esportati fil-foma ta’ oġġetti li mhumiex koperti mill-Anness I tat-Trattat, u ċerti kriterji għall-iffissar ta’ l-ammont ta’ tali rimborż (4).

(2)

Iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li ħakmu l-Libanu għamlu ħsara serja lill-interessi ekonomiċi ta’ ċerti esportaturi u s-sitwazzjoni b’hekk wasslet għal effett ħażin ħafna fuq l-opportunitajiet ta’ esportazzjoni taħt iċ-ċirkostanzi stipulati mir-Regolament (KE) Nru 800/1999 u (KE) Nru 1043/2005.

(3)

Huwa għalhekk meħtieġ li dawk l-effetti jiġu limitati billi jiġu adottati miżuri speċjali u estiżi ċerti limiti ta’ żmien stipulati fir-Regolament (KE) Nru 800/1999 u (KE) Nru 1043/2005 fir-rigward tal-proċeduri ta’ esportazzjoni li jistgħu ma’ jiġux ikkompletati minħabba ċ-ċirkostanzi msemmija. Partikolarment, il-limitu taż-żmien għat-tluq mit-territorju doganali tal-Komunità previst mir-Regolament (KE) Nru 800/1999 għandu jiġi estiż sabiex operaturi li diġà kkompletaw il-fomalitajiet doganali ta’ esportazzjoni rilevanti jew li qiegħdu fis-suq l-oġġetti in kwestjoni, jingħataw is-setgħa li jibbenefikaw minn arranġamenti iktar flessibbli. Bl-istess mod, il-limitu tal-validità taċ-ċertifikati ta’ rimborż pprovdut mir-Regolament (KE) Nru 1043/2005 għandu jiġi estiż f’ċerti istanzi.

(4)

Il-benefiċċju ta’ dawn id-derogi għandu jiġi riżervat għall-operaturi li jistgħu jipprovaw, b’mod partikolari fuq bażi tad-dokumenti ta’ esportazzjoni li jissemmew fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4045/89 tal-21 ta' Diċembru 1989 dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri tat-tranżazzjonijiet li jagħmlu parti mis-sistema ta' l-iffinanzjar mis-Sezzjoni tal-Garanziji tal-Fond Ewropew ta’ Gwida u Garanziji Agrikoli u li jirrevoka d-Direttiva 77/435/KEE (5) mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet oħrajn ta' dak ir-Regolament, li ġew miżmuma milli jwettqu operazzjonijiet ta' esportazzjoni fi ħdan il-perijodu speċifikat taċ-ċirkostanzi msemmija.

(5)

Sabiex jiġu rrimedjati l-effeti ħżiena fuq l-operaturi kollha li setgħu ġew affetwati miċ-ċirkostanzi eċċezzjonali fil-Libanu, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2006.

(6)

[Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Tmexxija għall-Kwistjonijiet Orizzontali dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli ipproċessati li mhumiex imniżżla fl-Anness I]

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Permezz ta’ deroga mill-ewwel sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 39(2) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005, il-validità taċ-ċertifikati ta’ rimborż maħruġa skond dak ir-Regolament li t-terminu tagħhom ta’ validità jiskadi fil-31 ta’ Lulju 2006 jew il-31 ta’ Awissu 2006 għandhom, fuq applikazzjoni tad-detentur, jiġu estiżi sat-30 ta’ Settembru 2006 għall-ammont ta’ esportazzjonijiet li ma nġibux fis-seħħ.

Fejn tiġi applikata s-sistema ta’ ffissar bil-quddiem tar-rimborż, ir-rata ta’ rimborż infurzata fil-ġurnata li fiha l-applikazzjoni ta’ ffissar bil-quddiem tkun saret għandha taplika għall-oġġetti esportati matul il-perijodu estiż ta’ validità taċ-ċertifikat ta’ rimborż.

2.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 34(1) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, il-limitu ta' 60 ġurnata għat-tluq mit-territoju doganali tal-Komunità għandu, fl-applikazzjoni mill-esportatur, jiġi estiż sa 150 ġurnata għall-oġġetti li għalihom il-formalitajiet doganali ta’ esportazzjoni ġew ikkompletati sa l-20 ta’ Lulju 2006 l-iktar tard.

3.   10 % u 15 % żieda li jissemmew fl-Artikolu 25(1) u fit-tieni sottoparagrafu ta' l-Artikolu 35(1) rispettivament tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 m'għandhomx japplikaw għall-esportazzjonijiet li saru sa mhux iktar tard mill-20 ta' Lulju skond id-deroga prevista fl-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 jew għal dawk li twettqu skond iċ-ċertifikati applikati għalihom sa mhux iktar tardmill-20 ta' Lulju 2006.

Jekk l-intitolament għal dan ir-rimborż huwa minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali fil-Libanu, il-penali pevista mill-Artikolu 51(1) (a) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 ma għandhiex tapplika

Artikolu 2

L-Artikolu 1 għandu japplika għall-prodotti agrikoli esportati fil-forma ta’ l-oġġetti li mhumiex koperti mill-Anness 1 tat-Trattat li jissemma fl-Artikolu 1 (1) tar-Regolament (KE) 1043/2005, sakemm l-esportatur ikkonċernat ma jipprovax għas-sodisfazzjon ta’ l-awtrorijiet kompetenti li l-oġġetti kienu destinati għal-Libanu.

Meta jagħmlu l-valutazzjoni tagħhom l-awtoritajiet kompetenti għandhom jibbażaw, partikolarment, fuq id-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni jew fuq id-dokumenti kummerċjali li jissemmew fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KEE) Nru 4045/89.

Artikolu 3

Sal-31 ta' Jannar 2007, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-ammonti li għalihom iċ-ċertifikati li t-terminu ta' validità tagħhom jiskadi fil-31 ta' Lulju 2006 u fil-31 ta' Awissu 2006 ġew estiżi kif inhu previst fl-Artikolu 1(1).

Artikolu 4

Hu għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta' meta ssir il-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jibda japplika mill-1 ta’ Lulju, 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta' Settembru 2006 Għall-Kummissjoni

Membru tal-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi-President


(1)  ĠU L 318, 20.12.1993, p. 18. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2580/2000 (ĠU L 298, 25.11.2000, p. 5).

(2)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 49. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1).

(3)  ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 671/2004 (ĠU L 105, 14.4.2004, p. 5).

(4)  ĠU L 172, 5.7.2005, p. 24. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 544/2006 (ĠU L 94, 1.4.2006, p. 24).

(5)  ĠU L 388, 30.12.1989, p. 18. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2154/2002 (ĠU L 328, 5.12.2002, p. 4)


Top