Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R1262

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1262/2006 tal- 23 ta' Awwissu 2006 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 51/2006 rigward il-lista tal-bastimenti li wettqu s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat fl-Atlantiku tal-Grigal

    ĠU L 230, 24.8.2006, p. 4–5 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 314M, 1.12.2007, p. 184–185 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1262/oj

    1.12.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    184


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1262/2006

    tal-23 ta' Awwissu 2006

    li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 51/2006 rigward il-lista tal-bastimenti li wettqu s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat fl-Atlantiku tal-Grigal

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 51/2006 tat-22 ta' Diċembru 2005 li jistabbilixxi għall-2006 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet marbuta ma' ċerti ħażniet ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għall-bastimenti tal-Komunità, fl-ilmijiet fejn huma meħtieġa l-limitazzjonijiet tal-qbid (1), u b’mod partikolari l-punt 13.2.(h) ta’ l-Anness III tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-Komunità Ewropea ilha mill-1981 Parti fil-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali Futura fis-Sajd fil-Grigal ta' l-Atlantiku (2).

    (2)

    F'Mejju 2006, il-Kummissjoni tas-Sajd għall-Atlantiku tat-Tramuntana (NEAFC) għamlet rakkomandazzjoni biex temenda l-lista tal-bastimenti li ġew ikkonfermati li wettqu sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat. Għandha tiġi żgurata l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet fl-ordni ġuridiku tal-Komunità.

    (3)

    Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 51/2006 għandu jiġi emendat skond dan.

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Appendiċi 4 ta' l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 51/2006 jinbidel bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 23 ta' Awwissu 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Joe BORG

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 16, 20.1.2006, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 941/2006 (ĠU L 173, 27.6.2006, p. 1).

    (2)  ĠU L 227, 12.8.1981, p. 21.


    ANNESS

    Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 51/2006, l-Appendiċi 4 jinbidel b'dan li ġej:

    “Appendiċi 4 għall-Anness III

    Elenku tal-bastimenti bin-numri ta' l-IMO li ġejjin li l-NEAFC kkonfermat li wettqu sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat

    In-numru ta' l-IMO (1) għall-identifikazzjoni tal-bastiment

    Isem il-bastiment (2)

    L-Istat tal-Bandiera (2)

    6719419

    GRAN SOL

    Il-Panama

    7321374

    FONTE NOVA

    Il-Panama

    7332218

    IANNIS I

    Il-Panama

    7347407

    SUNNY JANE

    Il-Beliże

    7385174

    MURTOSA

    It-Togo

    7700104

    BRIZ

    Il-Panama

    7803255

    KERGUELEN

    Il-Guinea Conakry

    8028424

    ICE BAY

    Il-Kambodja

    8326319

    PAVLOVSK

    Il-Ġeorġja

    8422838

    ISABELLA

    Il-Ġeorġja

    8422852

    DOLPHIN

    Il-Ġeorġja

    8522030

    CARMEN

    Il-Ġeorġja

    8522042

    JUANITA

    Il-Ġeorġja

    8522119

    EVA

    Il-Ġeorġja

    8522169

    ROSITA

    Il-Ġeorġja

    8606836

    ULLA

    Il-Ġeorġja


    (1)  L-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.

    (2)  Kwalunkwe tibdil fl-ismijiet u l-bnadar, flimkien ma' tagħrif addizzjonali, huwa disponibbli mis-sit ta' l-internet ta' l-NEAFC: www.neafc.org”


    Top