EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R0695

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 695/2006 tal-s 5 ta' Mejju 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 397/2004 li jimponi dazju kontra d-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' friex tas-sodda tal-qoton li joriġinaw mill-Pakistan

ĠU L 121, 6.5.2006, p. 14–26 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 294M, 25.10.2006, p. 23–35 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 05/03/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/695/oj

25.10.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

23


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 695/2006

tal-5 ta' Mejju 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 397/2004 li jimponi dazju kontra d-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' friex tas-sodda tal-qoton li joriġinaw mill-Pakistan

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 (1) dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (“ir-Regolament bażiku”), u b' mod partikolari l-Artikolu 11(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Investigazzjoni preċedenti

(1)

Bir-Regolament (KE) Nru 397/2004 (2) (“ir-Regolament definittiv”), il-Kunsill impona dazju definittiv kontra d-dumping ta' 13,1 % fuq l-importazzjonijet ta' friex tas-sodda tal-fibri tal-qoton, puri jew imħalltin ma' fibri magħmulin mill-bniedem jew mal-kittien (il-kittien ma jkunx il-fibra dominanti), ibbliċjati, miżbugħa jew stampati, li joriġinaw fil-Pakistan.

(2)

Din il-miżura kienet imposta fuq il-bażi tal-fatti disponibbli billi kien impossibbli li jiġu verifikati fuq il-post iċ-ċifri esaġeratament implawsibbli rappurtati fil-kwestjonarji tas-sitt kumpanniji fil-kampjun, minħabba ċ-ċirkostanzi li ġejjin. Matul il-verifika tat-tieni kumpannija, il-Kummissjoni kienet irċeviet ittra ta' theddida mortali indirizzata personalment lill-uffiċjali li wettqu l-verifiki. Fir-rigward tan-natura personali, speċifika ta' din l-ittra, il-Kummissjoni qieset li l-kundizzjonijiet meħtieġa għat-twettiq tal-verifiki ma ntlaħqux u li dawn iċ-ċirkostanzi xekklu l-investigazzjoni b'mod sinifikattiv. Għaldaqstant, iż-żjarat ta' verifika kellhom jitwaqqfu.

(3)

Matul il-perjodu ta' wara l-impożizzjoni tal-miżuri kontra d-dumping, il-Kummissjoni rċeviet biżżejjed informazzjoni li tindika li ċ-ċirkostanzi tas-sigurtà kienu nbidlu, jiġifieri li l-impediment għall-kondotta taż-żjarat ta' verifika kien tneħħa. Taħt dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni ddeċidiet li tniedi reviżjoni interim limitata għal aspetti ta' dumping sabiex tirrivedi s-sejbiet fuq il-bażi ta' data li ġiet verifikata kollha kemm hi u li tirrifletti aħjar il-qagħda ta' l-esportaturi Pakistani.

2.   Inizjazzjoni

(4)

Fit-3 ta' Awwissu 2004, il-Kummissjoni ħabbret, wara li konsultat il-Kumitat Konsultattiv (3), l-inizjazzjoni, skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, ta' reviżjoni interim parzjali ex-officio, limitata għad-dumping, tal-miżuri kontra d-dumping imposti mir-Regolament definittiv.

(5)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-produtturi esportaturi u importaturi magħrufa bħala konċernati kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet magħrufa tagħhom, lill-awtoritajiet Pakistani u lill-assoċjazzjonijiet tal-produtturi tal-Komunità bl-inizjazzjoni ta' l-investigazzjoni. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fiż-żmien stipulat fl-avviż ta' inizjazzjoni.

(6)

Numru ta' produtturi esportaturi u l-Assoċjazzjoni Esportaturi tal-Friex tas-Sodda tal- Pakistan, waħda mill-ħafna assoċjazzjonijiet ta' produtturi ta' friex tas-sodda, kif ukoll l-assoċjazzjoni tal-produtturi tal-Komunità (EUROCOTON), li kienet il-kwerelant fl-investigazzjoni oriġinali, ressqu l-fehmiet tagħhom bil-miktub. Ġiet konċessa seduta ta' smigħ lil kull parti li talbet dan fiż-żmien stipulat u li wriet li kien hemm raġunijiet għalfejn għandha tinstema'.

3.   Kampjunament

(7)

Fid-dawl tan-numru kbir ta' produtturi esportaturi u importaturi involuti f'din l-investigazzjoni, il-kampjunament kien previst fl-avviż ta' inizjazzjoni, skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

(8)

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk il-kampjunament kienx meħtieġ, u jekk dan ikun il-każ, sabiex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi, l-importaturi u r-rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom intalbu li jippreżentaw lilhom infushom u li jipprovdu, kif speċifikat fl-avviż ta' inizjazzjoni, l-informazzjoni bażika dwar l-attivitajiet tagħhom relatati mal-prodott konċernat fi żmien 15-il jum mid-data ta' pubblikazzjoni ta' l-avviż ta' inizjazzjoni. L-awtoritajiet tal-Pakistan u l-assoċjazzjoni ta' produtturi/esportaturi, li ppreżentat lilha nnifisha, ġew ukoll konsultati mill- Kummissjoni dwar l-għażla tal-kampjun meħud għall-esportaturi.

(9)

Wara eżami ta' l-informazzjoni li tressqet, ġie deċiż li l-kampjunament kien meħtieġ biss fir-rigward ta' l-esportaturi. B'kollox, 110 kumpanniji wieġbu għall-kwestjonarju tal-kampjunament fiż-żmien stipulat u pprovdew l-informazzjoni mitluba. Madankollu, 11 minn dawn il-kumpanniji la pproduċew u lanqas esportaw il-prodott konċernat u għalhekk ma setgħux jitqiesu bħala partijiet interessati fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, kumpannija waħda ikkoperat biss parzjalment billi ma pprovditx informazzjoni dwar il-volumi tal-produzzjoni. B'kollox, 98 kumpannija tqiesu li kkoperaw.

(10)

Il-kampjun ġie magħżul skond l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi ta' l-akbar volum rappreżentattiv ta' esportazzjonijiet mill-Pakistan għall-Komunità li seta' jiġi investigat b'mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli.

(11)

Il-Kummissjoni infurmat lill-awtoritajiet Pakistani u l-assoċjazzjonijiet tal- produtturi/esportaturi bl-intenzjoni tagħha sabiex tagħżel kampjun ta' tmien kumpanniji li rrappreżentaw il-31 % ta' l-esportazzjonijiet tal-Pakistan lejn il-Komunità. Madankollu, l-awtoritajiet Pakistani u assoċjazzjoni waħda ta' esportaturi kkuntestaw din il-proposta u talbu sabiex il-kampjun ikun limitat għal sitt kumpanniji, jiġifieri li jittieħed l-istess kampjun bħal fl-investigazzjoni ta' qabel.

(12)

Skond l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eventwalment iddeċidiet wara din il-konsultazzjoni, li sabiex tintlaħaq l-ogħla rappreżentanza possibbli tal-kampjun, kien xieraq li jkunu inklużi tmien kumpanniji fil-kampjun billi (i) dan kien jippermetti li jkopri volum akbar ta' esportazzjonijiet, inklużi mill-kumpanniji li għandhom ukoll bejgħ lokali; u (ii) kien fattibbli li jiġu investigati dawn it-tmien kumpanniji fiż-żmien stipulat.

4.   Eżami individwali

(13)

Tressqu talbiet għall-iffissar ta' marġini individwali tad-dumping minn 22 kumpannija li ma ntgħażlux fil-kampjun. Madankollu, fid-dawl tan-numru kbir ta' talbiet u l- volum ta' informazzjoni li kellha tiġi eżaminata (minħabba, inter alia, fin-numru kbir ta' tipi ta' prodotti meqjusa), ġie meqjus li tali eżamijiet individwali jistgħu jkunu ta' xkiel bla bżonn fis-sens ta' l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku u setgħu ifixklu t-tlestija ta' l-investigazzjoni fi żmien xieraq. Għalhekk, it-talbiet għall-iffissar ta' marġini individwali ma ntqisux.

5.   Investigazzjoni

(14)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-kumpanniji magħżula fil-kampjun. Intlaqgħu risposti tal-kwestjonarji mit-tmien produtturi esportaturi kollha fil-kampjun. Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li dehrilha li kienet meħtieġa għall-għan ta' l-investigazzjoni. Madankollu, minħabba restrizzjonijiet partikolari ta' sigurtà, ġie deċiż li ma jitwettqux żjarat ta' verifika fis-sede tal-kumpanniji. Minflok, il-verifika tad-data preżentata twettqet f'pajjiż terz, f'dan il-każ partikolari fl-Emirati Għarab Maqgħuda, (“UAE”) bl-użu ta' sistemi ta' komunikazzjoni mal-kwartieri ġenerali tal-kumpanniji li ġew investigati. Dan ippermetta li jiġi riċevut kull dokument mitlub, mingħajr dewmien fit-trażmissjoni. Id-data provduta mill-kumpanniji li ġejjin ġiet verifikata:

Gul Ahmed Textile Mills Ltd, Karachi,

Al-Abid Silk Mills Ltd, Karachi,

Yunus Textile Mills, Karachi,

Chenab Limited, Faisalabad,

Nishat Mills Limited, Faisalabad,

Fairdeal Textiles (Pvt) Ltd, Karachi,

Lucky Textile Mills, Karachi,

Mohammad Farooq Textile Mills Ltd, Karachi.

(15)

L-industrija Komunitarja osservat li l-investigazzjoni kellha tintemm billi ma kienet saret l-ebda bidla fil-qagħda ta' sigurtà fil-Pakistan. Għalhekk, iż-żjara ta' verifika fl-UAE ma kellhiex għalfejn issir. F'dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat li l-informazzjoni provduta matul dawn il-verifiki kienet biżżejjed sabiex jiġi stabbilit il-livell ta' dumping. Madankollu, il-kummenti magħmula mill-industrija Komunitarja tqiesu fl-istima ta' kemm damu ċ-ċirkostanzi mibdula, kif indikat fil-premessa (64).

(16)

Il-perjodu ta' investigazzjoni (“IP”) kopra l-perjodu bejn l-1 ta' April 2003 u l-31 ta' Marzu 2004.

B.   IL-PRODOTT KONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

1.   Il-prodott konċernat

(17)

Il-prodott rivedut huwa l-istess bħal dak fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri friex tas-sodda tal-fibri tal-qoton, puri jew imħalltin ma' fibri magħmulin mill-bniedem jew mal-kittien (il-kittien ma jkunx il-fibra dominanti), ibbliċjat, miżbugħ jew stampat, li joriġina fil-Pakistan, li bħalissa huwa klassifikabbli fi ħdan il-kodiċi NM ex 6302 21 00 (kodiċi Taric 6302210081, 6302210089), ex 6302 22 90 (kodiċi Taric 6302229019), 6302 31 00 (kodiċi Taric 6302310090), u ex 6302 32 90 (kodiċi Taric 6302329019) (’il-prodott konċernat’). Il-friex tas-sodda jinkludu lożor tas-sodda (li jitqabbdu mas-saqqu jew li jinfirxu), għata tad-duvet u investi, ppakkjati għall-bejgħ kemm separatament jew f'settijiet.

(18)

Id-drappijiet magħmula mill-fibri tal-qoton użati għall-produzzjoni tal-friex tas-sodda huma identifikati minn żewġ pari ta' numri. L-ewwel wieħed jindika n-numru (jew il- piż) ta' ħjut użat rispettivament għall-insiġ u għat-tgħama. It-tieni wieħed jindika n-numru ta' ħjut għal kull ċentimetru jew għal kull pulzier ta' l-insiġ u tat-tgħama rispettivament.

(19)

Id-drappijiet huma bbliċjati, miżbugħa jew stampati. Imbagħad jiġu maqtugħin u meħjutin lożor li jitqabbdu mas-saqqu jew li jinfirxu, għotjien ta' duvet, u investi ta' qisien differenti. Il-prodott finali jiġi ppakkjat għall-bejgħ separatament jew f'settijiet.

(20)

Minkejja t-tipi differenti possibbli ta' prodotti minħabba l-kostruzzjoni differenti tan- nisġa, il-finitura tad-drapp, il-preżentazzjoni u d-daqs, l-imballaġġ, eċċ., kollha kemm huma jikkostitwixxu prodott wieħed għall-finijiet ta' din l-investigazzjoni-reviżjoni billi għandhom l-istess karatteristiki fiżiċi u essenzjalment l-istess użu.

(21)

Din id-definizzjoni ġiet kontestata minn bosta esportaturi li kkoperaw, li, madankollu ma ssostanzjaw bl-ebda mod it-talbiet tagħhom, li għalhekk ġew rifjutati.

2.   Prodott simili

(22)

L-istess bħal fl-investigazzjoni oriġinali, instab li l-prodott konċernat u l-friex tas-sodda prodotti u mibjugħa fuq is-suq lokali tal-Pakistan għandhom l-istess karatteristiki fiżiċi u tekniċi u l-istess użu. Għalhekk huma meqjusa bħala prodotti simili fis-sens ta' l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

(23)

Bosta esportaturi li kkoperaw stqarrew li l-prodott konċernat u l-friex tas-sodda mibjugħa fis-suq domestiku tal-Pakistan kienu prodotti differenti billi ma kellhomx l- istess użu, u l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi, bażiċi. Madankollu, ma tressqet l-ebda prova sabiex tappoġġa dawn it-talbiet, li għalhekk ġew rifjutati.

C.   DUMPING

1.   Il-valur normali

(24)

Il-valur normal ġie kkalkolat skond l-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku. Għalhekk dan ġie stabbilit l-ewwel għal kull produttur esportatur fil-kampjun, anke jekk it-total tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili kien rappreżentattiv meta mqabbel mat- totali ta' bejgħ ta' esportazzjoni tal-prodott konċernat lill-Komunità. Skond l-Artikolu 2(2), l-ewwel sentenza, tar-Regolament bażiku, il-bejgħ domestiku tal-prodott simili nstab li kien rappreżentattiv għal waħda mill-kumpanniji fil-kampjun billi l-volum ta' bejgħ domestiku ta' din il-kumpannija kien aktar minn 5 % tat-total tal-volum tal-bejgħ ta' esportazzjoni lill-Komunità.

(25)

Flimkien ma' l-esportatur ta' hawn fuq b'bejgħ lokali rappreżentattiv ta' aktar minn 5 % tal-volum ta' bejgħ ta' esportazzjoni lill-Komunità, tliet esportaturi oħra fil-kampjun kellhom xi bejgħ lokali tal-prodott konċernat, li, madankollu, kien jirrappreżenta biss 2,2 %, 0,5 % u 0,2 % rispettivament tal-volum ta' bejgħ tal-prodott konċernat esportat lill-Komunità. Wara li ġew debitament eżaminati l-karatteristiċi tas-suq lokali u dawk ta' l-organizzazzjoni ta' bejgħ tal-kumpanniji in kwistjoni, ġie finalment konkluż li dan il-bejgħ kien negliġibbli u ma setax jitqies bħala rappreżentattiv skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku.

(26)

Għall-produttur esportatur li kellu bejgħ lokali rappreżentattiv b'mod ġenerali, ġie eżaminat ukoll jekk it-tipi ta' friex tas-sodda mibjugħin fis-suq lokali kinux identiċi jew direttament komparabbli mat-tipi mibjugħin għall-esportazzjoni lill-Komunità. Il-bejgħ lokali ta' tip partikolari ta' prodott kien meqjus bħala suffiċjentement rappreżentattiv meta l-volum ta' dak it-tip ta' prodott mibjugħ fis-suq lokali lil klijenti indipendenti matul l-IP irrappreżenta 5 % jew iżjed mill-volum totali tat-tip ta' prodott identiku u direttament komparabbli mibjugħ għall-esportazzjoni lill-Komunità.

(27)

Ġie sussegwentement eżaminat jekk il-bejgħ lokali tal-kumpannija setax jitqies bħala li sar fl-andament normali tal-kummerċ. Għal dawk it-tipi ta' prodotti fejn il-prezz medju ppeżat ta' dak it-tip kien ugwali għal jew aktar mill-ispiża tal-produzzjoni, il- valur normali ġie stabbilit fuq il-bażi tal-prezz medju ppeżat imħallas fil-fatt għall- bejgħ lokali kollu ta' dak it-tip, irrispettivament minn jekk dan il-bejgħ kienx bi qligħ jew le. Għal dawk it-tipi ta' prodotti fejn il-prezz medju ppeżat ta' dak it-tip kien aktar baxx mill-ispiża tal-produzzjoni, tqies li l-valur normali kellu jinħadem skond l- Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku.

(28)

Il-kumpannija kienet ikkuntestat li l-bejgħ tagħha sar fl-andament normali tal-kummerċ, u stqarret li l-fdalijiet li nbiegħu fis-suq lokali ma kenux komparabbli mal-prodotti mibjugħa għall-esportazzjoni. Matul l-investigazzjoni, ġie stabbilit li l-fdalijiet kienu kwantitajiet żejda ta' friex tas-sodda prodotti għall-esportazzjoni, u b'konsegwenza ta' dan, il-prodotti mibugħa lokali u għall-esportazzjoni huma komparabbli. Qed jiġi għalhekk meqjus li l-bejgħ lokali tal-kumpannija huwa rappreżentattiv u jsir fl-andament normali tal-kummerċ.

(29)

Il-valur normali nħadem billi ġie miżjud, ma' l-ispejjeż tal-manifattura tat-tipi esportati, ammont raġonevoli għall-bejgħ, għall-ispejjeż ġenerali u amministrattivi (SG&A) u għall-qligħ, skond l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku.

(30)

F'dan ir-rigward, il-kumpannija stqarret li l-SG&A u l-qligħ għandhom jiġu stabbiliti fuq il-bażi tat-transazzjonijiet kollha, billi minħabba d-diversità kbira tal-prodott (il-kumpannija ressqet informazzjoni dwar aktar minn 500 tip differenti ta' prodotti) ma jistax jiġi stabbilit b'mod affidabbli jekk ċerta transazzjoni tħallix qligħ jew le. Huwa tabilħaqq veru li l-prodott konċernat huwa magħmul minn għazla kbira ta' tipi f'daqsijiet, disinji, kuluri u materjal eċċ differenti. Fl-istabbiliment ta' l-ispiża tal-manifattura għat-tipi differenti tal-prodott, il-metodi ġenerali ta' l-allokazzjoni ta' spejjeż użati mill-kumpannija kien fihom nuqqas ta' preċiżjoni li jmur biċ-ċar lil hinn mid-diffikultajiet normalment affaċċati f'każijiet bi prodotti kumplessi. Tqies għalhekk li l-SG&A u l-qligħ użati fil-formazzjoni tal-valur normali għandhom jiġu stabbiliti fuq il-bażi tat-transazzjonijiet kollha għall-bejgħ domestiku kollu tal-prodott konċernat.

(31)

L-industrija tal-Komunità sfidat l-approċċ adottat fir-rigward ta' din il-kumpannija, u stqarret li kellhom jintużaw biss tranżazzjonijiet li ħallew profitt sabiex jiddeterminaw il-persentaġġ ta' qligħ magħmul mill-kumpannija fl-andament normali tal-kummerċ. Din it-talba ma ntlaqgħetx, billi minħabba r-raġunijiet imniżżla fil-premessa (30), ma jista' jiġi stabbilit b'mod affidabbli jekk ċerta tranżazzjoni tħallix qligħ jew le. Barra minn hekk, ġie stabbilit li b'mod ġenerali t-tranżazzjonijiet saru fl-andament normali tal-kummerċ.

(32)

Għas-seba' produtturi esportaturi l-oħra fil-kampjun, kellhom jinħadmu valuri skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku billi l-ebda wieħed minnhom ma kellu bejgħ lokali rappreżentattiv. Għalhekk, għal dawn l-esportaturi kollha, il-valur normali nħadem billi żdied ammont raġonevoli għall-ispejjeż tal-SG&A u għall-qligħ ma' l-ispiża tal-manifattura ta' kull tip esportat lill-Komunità, u kkoreġut fejn xieraq kif spjegat aktar fi premessa (36). L-ispejjeż u l-qligħ ta' l-SG&A ma setgħux jiġu stabbiliti fuq il-bażi ta' l-Artikolu 2(6)(a) tar-Regolament bażiku billi kumpannija waħda biss kellha bejgħ lokali rappreżentattiv. Lanqas ma setgħu jiġu stabbiliti taħt l-Artikolu 2(6)(b) billi l-esportaturi konċernati ma kellhomx bejgħ rappreżentattiv, fl-andament normali tal-kummerċ, ta' l-istess kategorija ġenerali ta' prodotti.

(33)

L-ispejjeż u l-qligħ ta' l-SG&A ġew determinati kif xieraq skond l-Artikolu 2(6)(ċ) tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-medju ppeżat ta' l-ispejjeż imġarrba ta' l- SG&A u l-qligħ magħmul mill-unika kumpannija b'bejgħ lokali rappreżentattiv u taż-żewġ kumpanniji b'bejgħ lokali li jirrappreżenta 2,2 % u 0.2 % rispettivament. Fil-fatt, tqies li l-bejgħ lokali ta' dawn iż-żewġ kumpanniji ta' l-aħħar, għalkemm mhux rappreżentattiv għall-għan li jintużaw il-prezzijiet lokali fil-kalkolu tal-valur normali tagħhom stess, kien biżżejjed sabiex jiżgura li l-qligħ relatat ta' l-SG&A seta' jitqies bħala affidabbli għall-għan li jiġi applikat l-Artikolu 2(6)(ċ) tar-Regolament bażiku. L-SG&A u l-qligħ tat-tielet kumpannija li għandha bejgħ mhux rappreżentattiv fis-suq lokali, riferut fil-premessa (25), ma tqisux billi din il-kumpannija rapportat telf kbir fuq dak il-bejgħ.

(34)

Kumpannija waħda stqarret li l-Kummissjoni għandha tapplika l-Artikolu 2(6)(b) tar- Regolament bażiku fid-determinazzjoni ta' l-SG&A għal din il-kumpannija. Il- kumpannija stqarret li għandu jintuża l-SG&A għall-prodotti kollha mibjugħa fis-suq lokali mill-kumpannija billi dawk il-prodotti huma simili għall-prodott konċernat, li huwa ta' l-istess kategorija ġenerali ta' prodotti. Din it-talba ma ntlaqgħetx billi nstab li l-prodotti ddikjarati bħala ta' l-istess kategorija ġenerali ta' prodotti bħall-friex tas-sodda, kienu fil-fatt ġeneralment drapp griż, jiġifieri prodott intermedjarju mibjugħ lil utenti industrijali u mhux prodott għall-konsumatur bħall-friex tas-sodda.

(35)

Il-kumpannija argumentat ukoll li anke jekk l-Artikolu 2(6)(ċ) tar-Regolament bażiku ikun applikat, għandhom mill-inqas jintużaw l-SG&A u l-qligħ tal-kumpannija nnifisha. Hija żiedet li l-SG&A u l-qligħ użati fil-formazzjoni ta' valur normali huwa meħud fil-biċċa l-kbira minn kumpannija bi struttura differenti, li tista' raġonevolment titqabbel ma' department store. Iżda għandu jiġi nnotat li l-bejgħ tal-kumpannija ta' l- applikant jikkonsisti minn prodotti li lanqas biss jinsabu fl-istess kategorija ġenerali ta' prodotti u li huma pjuttost żgħar fil-volum. Għalhekk mhuwiex raġonevoli li jintużaw l-SG&A u l-qligħ stabbiliti fuq data inadegwata bħal din.

(36)

Numru ta' kumpanniji fil-kampjun kienu nkludew oġġetti differenti fl-SG&A tagħhom, li kellhom jiġu rapportati fl-ispiża tal-manifattura. Għalhekk, dawn l-oġġetti ġew allokati mill-ġdid lill-ispiża tal-manifattura. Barra minn hekk, skond l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku, l-ispejjeż għandhom jiġu kalkolati fuq il-bażi tar-records miżmuma mill-parti li qed tiġi investigata, sakemm records bħal dawn huma skond il- prinċipji ta' kontabbiltà ġeneralment aċċettati fil-pajjiż konċernat u sakemm jintwera li r-records jirriflettu b'mod raġonevoli l-ispejjeż assoċjati mal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott li qed jiġi kkunsidrat. Barra minn hekk, għandha titqies ukoll il-prova mressqa dwar l-allokazzjoni xierqa ta' spejjeż, sakemm jintwera li allokazzjonijiet bħal dawn ġew storikament utilizzati. Għal ħamsa mill-kumpanniji fil-kampjun, l- allokazzjoni ta' l-ispiża fit-tweġibiet imressqa tal-kwestjonarju kienet saret ad hoc, għall-għan ta' l-investigazzjoni u ma setgħetx titqies bħala raġonevoli billi dawn ma kenux jaqblu mal-kontijiet verifikati tal-kumpanniji. Għalhekk saru aġġustamenti sabiex jiddeterminaw l-ispiża tal-manifattura b'mod iktar konsistenti mal-kontijiet verifikati tal-kumpanniji in kwistjoni.

(37)

Għal dawn il-ħames kumpanniji ġew identifikati l-partiti varji ta' l-ispiża inklużi fl- ispiża ta' manifattura. Ġie determinat il-persentaġġ rappreżentat mill-prodott konċernat mill-bejgħ totali tal-kumpannija. Skond l-informazzjoni disponibbli u verifikabbli, dan il-persentaġġ ġie applikat jew għall-valur ta' kull wieħed mill-partiti ta' l-ispiża jew għall-ispiża totali kif rappurtat fil-kontijiet verifikati għall-għan li tiġi stabbilita l- ispiża ta' manifattura tal-prodott konċernat.

(38)

Għal kumpannija waħda, l-aġġustament imsemmi fil-premessa (37) sar sabiex jitqies il-fatt li kien hemm differenza sinifikattiva bejn l-istruttura ta' l-spiza tal-friex tas-sodda u dik tal-prodott ewlieni l-ieħor mibjugħ mill-kumpannija, jiġifieri ħajt. Il- fatt li din il-kumpannija kienet rapportat fil-kwistjonarju, b'mod li seta' jiġi verifikat, data li ppermettiet attribuzzjoni aktar ċara ta' l-ispejjeż bejn dawn iż-żewġ kategoriji ta' prodotti għamlitha possibbli li tirfina l-allokazzjoni bbażata fuq il-bejgħ globali, sabiex tippermetti attribuzzjoni aktar adegwata ta ' l-ispejjeż tal-produzzjoni.

(39)

L-industrija Komunitarja sfidat l-approċċ adottat b'rispett ta' din il-kumpannija, u stqarret li l-kumpannija m'ghandhiex sistema ta' allokazzjoni ta' spejjeż użata storikament. Madankollu, din it-talba ma ntlaqgħetx, billi l-attribuzzjoni ta' l-ispejjeż imsemmija fil-premessa (38), ma kinetx ibbażata fuq l-allokazzjoni ta' spiża provduta mill-kumpannija, iżda fuq informazzjoni ta' kontabbiltà verifikata mħejjija mill-kumpannija fuq bażi regolari.

(40)

Għal kumpannija waħda, sar aġġustament ieħor. Din il-kumpannija għandha produzzjoni f'żewġ siti differenti, iżda l-friex tas-sodda kienu manifatturati biss f'sit wieħed minn dawn. Għalhekk, tqies li l-aktar strateġija xierqa kienet li wieħed iserraħ fuq id-data relatata ma' dan is-sit fejn il-friex tas-sodda jiġu manifatturati.

(41)

Bosta kumpanniji oħra talbu għal aġġustamenti addizzjonali fuq l-allokazzjoni ta' l- ispiża magħmula mill-istituzzjonijiet Komunitarji. Iżda l-metodu li jiġu allokati l- ispejjeż fuq il-bażi tad-dħul ma jippermettix l-applikazzjoni ta' metodoloġija speċifika u differenti limitata esklussivament għal ftit partiti ta' l-ispiża, sakemm ma jkunx jista' jintwera li tista' tiġi applikata metodoloġija speċifika differenti bħal din esklussivament lil dawk il-ftit partiti ta' spiża. Billi dan ma kienx il-każ u, kif indikat fil-premessa (32), l-informazzjoni u l-prova provduti minn dawn il-kumpanniji li jikkonċernaw l-ispiża tal-produzzjoni tagħhom ma tqisetx bħala affidabbli, l-oġġetti riferuti hawn fuq ġew rifjutati.

(42)

Għal kumpannija oħra, l-ispiża tal-manifattura nkisbet billi tnaqqsu l-qligħ u l-ispejjeż ta' l-SG&A mill-bejgħ totali, kif stabbilit waqt iż-żjara ta' verifika.

(43)

Għaż-żewġ kumpanniji li baqa, l-ispiża tal-manifattura nstabet li kienet affidabbli b'mod ġenerali, iżda kellhom isiru xi korrezzjonijiet ibbażati fuq l-informazzjoni miġbura matul iż-żjara ta' verifika.

(44)

Uħud mill-produtturi esportaturi fil-kampjun sostnew li l-ispiża tal-materja prima (prinċipalment drapp ġriż) li kienu rrappurtaw fl-ispiża tal-manifattura diġà kienet tinkludi ċerti spejjeż ta' l-SG&A. Billi l-kumpanniji ma kenux kumpanniji integrati b'mod sħiħ, billi uħud mill-istadji ta' l-ipproċessar kienu ġejjin minn barra, huma ddikjaraw li dawn l-ispejjeż ta' l-SG&A għandhom jitnaqqsu mill-ispejjeż ta' produzzjoni sabiex jevitaw li l-ispejjeż ta' l-SG&A jingħaddu darbtejn. Madankollu, ta' min jinnota li l-valur normali kellu jinħadem bl-użu ta' l-SG&A u l-qligħ tal-kumpannija unika b'bejgħ lokali rappreżentattiv u dawk taż-żewġ kumpanniji b'bejgħ lokali li jirrappreżenta 2,2 % u 0,2 % rispettivamenti u li dawn it-tlitt esportaturi kienu qed jixtru l-biċċa l-kbira ta' drapp ġriż huma stess. Ta' min jinnota wkoll li kull xirja ta' materja prima tinkludi xi spejjeż ta' l-SG&A fil-prezz imħallas, iżda li dawn huma spejjeż tal-fornitur, u mhux l-SG&A ta' l-esportatur konċernat. It-talba għalhekk ma ntlaqgħetx.

2.   Il-prezz ta' l-esportazzjoni

(45)

Sebgħa mill-produtturi esportaturi fil-kampjun għamlu l-bejgħ totali ta' esportazzjoni tagħhom lejn il-Komunità direttament lil klijenti indipendenti. Skond l- Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, il-prezzijiet ta' esportazzjoni tagħhom kienu għalhekk stabbiliti fuq il-bażi tal-prezzijiet imħallsa fil-fatt jew fuq dawk pagabbli minn dawn il-klijenti indipendenti fil-Komunità.

(46)

It-tmien produttur esportatur fil-kampjun kellu importatur relatat fil-Komunità. Il- prezzijiet ta' dawn l-esportazzjonijiet inħadmu fuq il-bażi tal-prezzijiet li bihom il- prodotti importati reġgħu nbiegħu fil-bidu lil xerrej indipendenti, kif stipulat fl- Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku.

(47)

Madankollu, kif mitlub minn numru ta' kumpanniji, il-bejgħ ta' esportazzjoni ta' stokk skadut u l-bejgħ imwassal bil-merkanzija bl-ajru (fuq bażi ta' CIF jew C&F) ġie eskluż mill-kalkoli tad-dumping, billi dan il-bejgħ ma sarx fl-andament normali tal- kummerċ. Dan il-bejgħ kien jirrappreżenta parti negliġibbli (inqas minn 2 %) mill- bejgħ ta' esportazzjoni kollu rapportat.

(48)

Din l-istrateġija rigward il-bejgħ kunsinnat bl-ajru u ħażniet skaduti ġiet sfidata mill-industrija Komunitarja, li stqarret li jekk bejgħ huwiex fl-andament normali tal-kummerċ jew le, ma jistax jiġi stabbilit permezz tal-metodu ta' l-ikkunsinnar tal-merkanzija u li dan il-bejgħ għandu jitqies jekk isir relattivament ta' spiss fis-settur in kwistjoni. Din it-talba ma ntlaqgħetx minħabba li, għalkemm xi kumpanniji kellhom xi bejgħ li ġie kkunsinnat bl-ajru u bejgħ ta' ħażniet li kienu skaduti, dan l-bejgħ ma kienx sar relattivament spiss fis-settur billi l-volumi kkunsinnati bl-ajru u l-volumi ta' ħażniet skaduti huma estremament limitati kif deskritt fil-premessa (47) hawn fuq.

3.   Konfront

(49)

Għall-għan li jkun żgurat konfront xieraq bejn il-valuri normali u l-prezzijiet ta' esportazzjoni, ittieħed kont xieraq fis-sura ta' aġġustamenti għad-differenzi li jolqtu l-prezz u l-komparabbiltà tal-prezz skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti xierqa relatati ma' spejjeż ta' importazzjoni u taxxi indiretti, skonti u ribassi, trasport, assigurazzjoni, spejjeż ta' skariġġar, tagħbija u oħrajn anċillari, kreditu, kommissjonijiet, rati ta' interessi u rati tal-kambju, meta dawn kienu raġonevoli, preċiżi u megħjuna minn prova verifikata. Sar ukoll aġġustament fil-livell ta' kummerċ sabiex jirrifletti l-fatt li l-bejgħ lokali sar direttament lil klijenti finali, filwaqt li l-esportazzjonijiet saru lin-negozjanti, lill-bejjiegħa bl-imnut, u lid-distributuri.

(50)

Esportatur wieħed ikkuntesta aġġustament għall-kummissjonijiet, billi argumenta li n- negozjant relatat li kien instab li kellu funzjonijiet simili ta' dawk ta' aġent li jaħdem fuq bażi ta' kummissjoni kien biss fil-verità estensjoni tad-dipartiment ta' l- esportazzjoni tiegħu stess u ma wettaqx negozju għalih waħdu. L-aġġustament ġie konfermat u t-talba ma ntlaqgħetx, billi nstab li n-negozjant relatat kien qiegħed tabilħaqq iwettaq l-attivitajiet ta' bejgħ tiegħu stess (eż. l-akkwist u l-ġestjoni ta' parti mir-reġim tal-kwoti) li ma setgħux jitwettqu mill-esportatur innifsu u li dan kien qed iġarrab spejjeż sostanzjali fit-twettiq ta' dan. Barra minn hekk, in-negozjant relatat irċieva “mark-up” sinifikattiv għall-attivitajiet tiegħu relatati mal-bejgħ tal-prodott konċernat lill-KE, mhux differenti minn kummissjoni.

(51)

Bosta esportaturi talbu għal aktar aġġustamenti għall-ispejjeż ta' banek u ta' kreditu. Huma stqarrew li l-utenti finali fis-suq lokali normalment kien jużaw il-credit cards bħala mod ta' pagament. Madankollu, għal dawk il-kumpanniji b'bejgħ domestiku l-investigazzjoni żvelat li l-bejgħ lill-utenti finali huwa fuq bażi ta' flus kontanti. Din it-talba għalhekk ma ntlaqgħetx.

(52)

Kumpannija waħda talbet aġġustament fil-prezz tal-qoton matul l-IP. Iżda ż-żieda fil- prezz tal-qoton kien dovut għal żieda fil-prezzijiet tas-suq dinji u għalhekk ma kienx fenomenu Pakistani iżolat. Iż-żieda fil-prezzijiet tal-qoton kellha effett fuq mill-inqas 3 xhur ta' l-IP, filwaqt li l-bejgħ tal-prodott konċernat sar tul l-IP kollu kemm hu. Barra minn hekk, iż-żieda fil-prezzijiet kienet biss ta' karattru temporanju fis-sens li l- prezzijiet tas-suq dinji jinbidlu malajr, fenomenu normali għal dan it-tip ta' materja prima. Bidliet bħal dawn fil-prezzijiet tal-materja prima għandhom jitqiesu bħala parti normali mill-operazzjonijiet tan-negozju. B'żieda ma' dan, l-informazzjoni mogħtija mill-kumpannija (il-prezzijiet ta' xiri tal-qoton mill-1997 sa l-2005 f'PKR) uriet li kien hemm xejra 'l isfel, bis-sena 1997 li rat l-ogħla prezzijiet. Jekk hemm varjazzjonijiet importanti ta' input, dawn ikunu jistgħu normalment jiġu indirizzati permezz ta' konfront ta' kull xahar jew ta' kull tliet xhur tal-valur normali u tal-prezzijiet ta' esportazzjoni. Iżda dan ma kienx mitlub hawnhekk. Din it-talba għalhekk ma ntlaqgħetx.

(53)

Il-kumpanniji kollha ddikjaraw l-aġġustamenti għall-irtirar ta' dazju, skond l-Artikolu 2(10)(b) tar-Regolament bażiku. It-talbiet għal aġġustamenti bħal dawn kienu aċċettati fl-investigazzjoni oriġinali sakemm l-ammonti ddikjarati kienu fil-fatt jaqgħu fuq il-prodott simili u fuq il-materjali inkorporati fihom fiżikament, meta dawn kienu maħsuba għall-konsum fil-pajjiż esportatur, u mogħtija lura fir-rigward tal-prodott esportat lejn il-Komunità. Sar magħruf li fl-investigazzjoni preżenti, l-ammonti mogħtija lura mill-gvern Pakistani kienu jaqbżu bil-kbir l-ammonti ta' spejjeż ta' importazzjoni jew taxxi indiretti mħallsa fil-fatt mill-kumpanniji fuq materjali inkorporati fil-prodott konċernat.

(54)

L-esportaturi fil-kampjun argumentaw li l-Gvern tal-Pakistan kien daħħal sistema ġdida għall-kalkolu ta' dawn ir-rifużjonijiet ta' dazji fuq l-importazzjoni mħallsa mill- produtturi esportaturi. Din is-sistema l-ġdida tuża ċerti standards fil-kalkolu ta' l- ammont li għandu jitħallas lura.

(55)

Ir-reġim il-ġdid ġie investigat sabiex jiġi ċċarat jekk tkunx tista' tiġi stabbilita rabta diretta bejn id-dazju mħallas mill-produtturi esportaturi u l-materjal inkorporat fiżikament fil- prodott simili maħsub għall-konsum fil-pajjiż li jesporta. Fejn l-esportaturi fil- kampjun setgħu juru li d-dazji fuq l-importazzjonijiet kienu tħallsu lura, l-istituzzjonijiet Komunitarji aċċettaw it-talba għal aġġustament għall-valur normali, fejn xieraq, sakemm l-ammonti ddikjarati kienu fil-fatt tħallsu għall-prodott simili u għall-materjali fiżikament inkorporati fih, meta maħsub għall-konsum fil-pajjiż esportatur, u tħallsu lura fil-kaz tal-prodott esportat lill-Komunità.

4.   Marġini ta' dumping

(56)

Ġew stabbiliti marġini ta' dumping għall-produtturi esportaturi fil-kampjun, fuq il-bażi ta' konfront ta' valur normali medju ppeżat ma' prezz medju ppeżat ta' esportazzjoni, skond l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku.

(57)

Il-marġini ta' dumping, espressi bħala persentaġġ tal-prezz nett, frank fil-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, huma:

Nishat Mills Limited, Faisalabad

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 397/2004 li jimponi dazju kontra d-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' friex tas-sodda tal-qoton li joriġinaw mill-Pakistan

Chenab Limited, Faisalabad

5,7  %

Gul Ahmed Textile Mills Ltd, Karachi

5,6  %

Al-Abid Silk Mills Ltd, Karachi

3,9  %

Mohammad Farooq Textile Mills Ltd, Karachi.

3,5  %

Fairdeal Textiles (Pvt) Ltd, Karachi

1,3  %

(58)

Skond l-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku, ġie konkluż li l-marġni ta' dumping għal Fairdeal Textiles (Pvt) Ltd huwa de minimis, billi l-marġni ta' dumping tagħha huwa inqas minn 2 %.

(59)

Għall-kumpanniji li kkoperaw li ma ntgħażlux fil-kampjun, il-marġini ta' dumping ġie stabbilit fuq il-bażi tal-marġini medju ppeżat ta' dumping ta' kumpanniji magħżulin fil-kampjun, skond l-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku. Dan il-marġini medju ppeżat ta' dumping, espress bħala persentaġġ tal-prezz nett, frank fil-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, kien ta' 5,8 %.

(60)

Bosta esportaturi li kkoperaw u li ma kenux magħżula fil-kampjun stqarrew li kien diskriminatorju li wieħed ma jirċevix id-dazju l-aktar baxx minflok id-dazju medju ppeżat tal-kumpanniji fil-kampjun. Qed jiġi nnotat li f'dan il-każ, tmin esportaturi kienu magħżula fil-kampjun skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 17 tar- Regolament bażiku. Is-sejbiet li saru, ibbażati fuq id-data mogħtija minn dawn l- esportaturi, huma meqjusa bħala rappreżentattivi għall-industrija tal-friex tas-sodda fil-Pakistan. Fir-rigward tad-dazju li għandu jiġi applikat lill-esportaturi mhux fil-kampjun, imur kontra l-għan fil-kampjunament li jiġi applikat id-dazju l-aktar baxx għal wieħed mill-esportaturi fil-kampjun minflok id-dazju medju ppeżat li huwa b'mod ċar aktar rappreżentattiv ta' l-industrija kollha kemm hi. Fi kwalunkwe każ, l-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku jeħtieġ li d-dazju kontra d-dumping applikabbli fuq l-importazzjonijiet mill-esportaturi li għamlu lilhom infushom magħrufa, iżda li mhumiex inklużi fil-kampjun, m'għandux jaqbeż il-marġni medju ppeżat ta' dumping stabbilit għall-partijiet fil-kampjun u li hija l-prattika konsistenti ta' l-istituzzjonijiet Komunitarji li japplikaw il-marġni medju ppeżat. Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, it-talba ma ntlaqgħetx.

(61)

Sabiex jiġi stabbilit il-marġini residwu ta' dumping, kellu l-ewwel jinħoloq il-livell ta' koperazzjoni. Il-konfront bejn id-data tal-Eurostat li tikkonċerna importazzjonijiet li joriġinaw mill-Pakistan u tweġibiet fil-kampjun urew li l-livell ta' koperazzjoni kien għoli (aktar minn 80 %). Għalhekk, u billi ma kien hemm l-ebda indikazzjonijiet li l-kumpanniji li kien jifdal kienu qegħdin jiddampjaw f'livell aktar baxx, tqies xieraq li jinħoloq marġini ta' bejgħ taħt il-prezz għall-kumpanniji li kien jifdal, li ma kenux ikkoperaw fl-investigazzjoni, fil-livell ta' l-ogħla marġini ta' dumping li nstab għall-kumpanniji inklużi fil-kampjun. Dn l-approċċ huwa skond il-prattika konsistenti ta' l-istituzzjonijiet Komunitarji u tqieset meħtieġa sabiex ma toħloqx inċentiv għan-non-koperazzjoni. Għalhekk, il-marġini residwu ta' dumping ġie kkalkolat bir-rata ta' 8,5 %.

(62)

Numru ta' kumpanniji li kienu meqjusa bħala li ma koperawx stqarrew li huma kienu tabilħaqq bagħtu r-return tal-kampjunament fiż-żmien stabbilit, u dan permezz ta' l- assoċjazzjoni rispettiva tagħhom jew direttament lill-Kummissjoni. Dawn il-kumpanniji kienu mitluba li jipprovdu l-prova li r-risposti ġew tabilħaqq trasmessi fl-għeluq ta' żmien stipulat. L-ebda waħda minn dawn il-kumpanniji ma setgħet tressaq prova biżżejjed sabiex issostni tali talbiet li għalhekk ma ntlaqgħux.

5.   In-natura dejjiema taċ-ċirkustanzi mibdula

(63)

Fl-investigazzjoni attwali, l-għan tar-reviżjoni kien li l-konklużjoni tkun ibbażata fuq sejbiet ta' data verifikata, li kienet fil-prinċipju saret possibbli wara l-bidla fiċ-ċirkustanzi fir-rigward tal-qagħda ta' sigurtà. Ma hemm l-ebda indikazzjoni li s-sejbiet il-ġodda verifikati ma jkunux ta' natura dejjiema.

(64)

Madankollu, għandu jkun imfakkar li minħabba xi tħassib relatat mas-sigurtà li kien għadu jeżisti, il-verifiki saru fl-UAE. Minkejja l-isforzi li saru mill- produtturi esportaturi li kkoperaw, verifika li ssir f'pajjiż terz ma' taqbilx mal-prattika normali billi l-investigaturi tal-Kummissjoni ma kellhomx aċċess dirett limitat għar- reġistri tal-kontijiet u għas-sistemi ta' kontijiet ta' l-esportaturi. Għalhekk, għalkemm is-sejbiet huma affidabbli biżżejjed sabiex jiġġustifikaw modifikazzjoni fil-livell tad- dazji kontra d-dumping, fuq inizjattiva tagħhom jew meta mitluba minn partijiet interessati, l-istituzzjojijiet Komunitarji jistgħu jwettqu reviżjoni tad-dazji anti-dumping modifikati jekk kemm-il darba xi sorsi ta' informazzjoni disponibbli jiġbdu l-attenzjoni lejn bidla jew lejn xi ineżattezza tas-sejbiet verifikati fil-pajjiż terz.

6.   Konklużjoni

(65)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-miżuri kontra d-dumping attwali fuq l-importazzjonijiet tal-prodott konċernat li joriġinaw mill-Pakistan għandhom ikunu emendati sabiex jirriflettu l-marġini ta' dumping li ġew misjuba.

(66)

Skond l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, id-dazji m'għandhomx jaqbżu l-marġini stabbiliti ta' dumping, iżda għandhom ikunu inqas mill-marġini jekk dawn id-dazji inferjuri jkunu adegwati sabiex jeliminaw id-dannu lill-industrija Komunitarja. Minħabba l-fatt li r-reviżjoni interim attwali hija limitata għall-eżami ta' l-aspetti ta' dumping, il-livell ta' dazji impost m'għandux ikun ogħla mill-livelli ta' dannu misjuba fl-investigazzjoni oriġinali.

(67)

Kif imsemmi fil-premessa (134) tar-Regolament definittiv, il-marġini ta' dumping oriġinali kien aktar baxx mil-livell ta' eliminazzjoni ta' dannu determinat b'mod definittiv, u għalhekk id-dazju anti-dumping definittiv kien ibbażat fuq il-marġini ta' dumping aktar baxx, jiġifieri 13,1 %. Billi l-marġini ta' dumping li ġew misjuba fir-reviżjoni attwali interim huma xorta waħda aktar baxxi mill-marġini ta' dannu, id-dazji anti-dumping emendati għandhom ikunu ibbażati fuq dawn il-marġini ta' dumping aktar baxxi.

(68)

Għalhekk il-livell ta' dazji għandu jkun marbut mal-livelli tal-marġini ta' dumping misjuba, għajr għal kumpannija waħda, li għaliha nstab marġni ta' dumping de minimis kif spjegat fil-premessa (58):

a)   

Għall-esportaturi fil-kampjun:

Yunus Textile Mills, Karachi

8,5  %

Lucky Textile Mills Karachi

7,2  %

Nishat Mills Limited, Faisalabad

6,1  %

Chenab Limited, Faisalabad

5,7  %

Gul Ahmed Textile Mills Ltd, Karachi

5,6  %

Al-Abid Silk Mills Ltd, Karachi

3,9  %

Mohammad Farooq Textile Mills Ltd, Karachi.

3,5  %

Fairdeal Textiles (Pvt) Ltd, Karachi

0  %

b)

Għall-esportaturi li qed jikkoperaw u li mhumiex inklużi fil-kampjun:

5,8  %

c)

Għall-kumpanniji l-oħra kollha:

8,5  %

(69)

Il-partijiet kollha konċernati ġew mgħarrfa bil-fatti essenzjali li fuqhom kien hemm il-ħsieb li tiġi rakkomandata l-emenda tal-miżuri eżistenti u ngħataw l-opportunità sabiex jikkummentaw. Il-kummenti kollha ntlaqgħu u ttieħed kont tagħhom fejn xieraq. Il-partijiet kollha konċernati ngħataw ukoll perjodu sabiex iressqu rappreżentazzjonijiet wara din l-informazzjoni.

(70)

Sabiex ikun żgurat trattament indaqs bejn kull esportatur ġdid u l-kumpanniji li qed jikkoperaw u li ma ġewx inklużi fil-kampjun imsemmi fl-Anness ma' dan ir- Regolament, huwa meqjus li għandha ssir dispożizzjoni għad-dazju medju ppeżat fuq il-kumpanniji ta' l-aħħar li għandha tiġi applikata lil kull esportatur ġdid li diversament ikun intitolat għal reviżjoni skond l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku.

(71)

Produttur esportatur Pakistani ressaq offerta għal impenn dwar prezz. Iżda l-friex tas-sodda huma kkaratterizzati minn mijiet ta' tipi ta' prodotti differenti, b'xi karatteristiċi li mhux faċilment jintgħarfu ma' l-importazzjoni. Dan jagħmilha kważi impossibbli li jiġi stabbilit prezz ta' importazzjoni minimu sinifikattiv għal kull tip ta' prodott, li jista' jiġi ssorveljat sew mill-Kummissjoni u kontrollat mill-awtoriitajiet tad-dwana ta' l- Istati Membri. Taħt dawn iċ-ċirkostanzi, kien meqjus li l-impenn dwar prezz ma kienx prattiku u ma setax jiġi aċċettat.

D.   IT-TUL TA' ŻMIEN TAL-MIŻURI

(72)

Ir-reviżjoni li saret ma tinċidix fuq id-data li fiha jiskadi r-Regolament definittiv skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu

Fir-Regolament (KE) Nru 397/2004 huwa b'dan emendat kif ġej:

1)

L-Artikolu 1(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Ir-rata ta' dazju kontra d-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, frank fil-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, għall-prodotti manifatturati mill-kumpanniji li ġejjin għandha tkun:

Manifattur

Rata ta' dazju

%

Kodiċi Addizzjonali-TARIC

Yunus Textile Mills

H-23/1, Landhi Industrial Area,

Karachi

8,5

A698

Lucky Textile Mills

L-8, Block 21, F. B Area,

Karachi

7,2

A699

Nishat Mills Limited

Nishatabad,

Faisalabad

6,1

A700

Chenab Limited

Nishatabad,

Faisalabad

5,7

A701

Gul Ahmed Textile Mills Ltd

Plot No. HT/3A, Landhi Industrial Area,

Landhi,

Karachi

5,6

A702

Al-Abid Silk Mills Ltd

A-39, S.I.T.E., Manghopir Road,

Karachi

3,9

A704

Mohammad Farooq Textile Mills Ltd

1st floor, Finlay House, I. I Chundrigar Road,

Karachi

3,5

A703

Fairdeal Textiles (Pvt) Ltd

A/15-D, Binoria Chowk, S.I.T.E.,

Karachi

0

A705

Manifatturi elenkati fl-Anness

5,8

A706

Il-kumpanniji l-oħra kollha

8,5

A999 ”

2.

It-test li jinsab fl-Anness ma' dan ir-Regolament għandu jidher bħala l-Anness mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 397/2004.

3.

Il-paragrafu 4 li ġej għandu jiġi miżjud ma' l-Artikolu 1:

“4.   Fejn kwalunkwe produttur esportatur ġdid jipprovdi prova suffiċjenti lill-Kummissjoni li:

ma esportax lejn il-Komunità l-prodott deskritt fil-paragrafu 1 matul il-perjodu bejn l-1 ta' April 2003 u l-31 ta' Marzu 2004,

mhuwiex relatat ma' l-ebda esportatur jew produttur suġġett għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament u

huwa fil-fatt esporta lejn il-Komunità l-prodott konċernat wara l-perjodu ta' investigazzjoni li fuqu huma bbażati l-miżuri, jew intrabat b'obbligu kuntrattwali irrevokabbli li jesporta kwantità sinifikattiva lill-Komunità,

il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza sempliċi fuq proposta mressqa mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, jista' jemenda l-paragrafu billi jżid il-produttur esportatur il-ġdid mal-kumpanniji suġġetti għar-rata ta' dazju medju ppeżat ta' 5,8 %.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, nhar il-5 ta' Mejju 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

K.-H. GRASSER


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)  ĠU L 66, 4.3.2004, p. 1.

(3)  ĠU C 196, 3.8.2004, p. 2.


ANNESS

“ANNESS

Lista ta' manifatturi li kkoperaw imsemmija fl-Artikolu 1(2) taħt il-kodiċi addizzjonali TARIC A706:

Isem

Indirizz

A.B. Exports (PVT) LTD.

Off. No 6, Ground Floor,

Business Center, New Civil Lines,

Faisalabad

A.S.T. (PVT) Limited

Saba Square 2-C, Saba Commercial Street No. 3,

Phase V Extension, D.H. Authority,

Karachi

Abdur Rahman Corporation (Pvt) Ltd

P-214 Muslim Town #1,

Sarghoda Road,

Faisalabad

Adil Waheed Garments

66-Zubair Colony, Jaranwala Road,

Faisalabad

Afroze Textile Industries (Pvt) Ltd.

LA 7/1-7, Block 22 F. B Area,

Karachi

Al Musawar Textile (PVT) LTD

Atlas Street, Maqbool Road,

Faisalabad

Al-Karam Textile Mills (PVT) LTD

3rd floor, K.D.L.B. Building,

58-West Wharf Road,

Karachi

Al-Latif

W, S, 24, Block-2, Azizabad, F.B. Area,

Karachi-75950

Al-Noor Processing & Textile Mills

Sargodha Road,

Near Bava Chak,

Faisalabad

Al-Raheem Textile

F/40, Block-6, P.E.C.H.S.,

Karachi

Ameer Enterprises

3rd floor, Bismillah Centre, St. No. 2,

Karkhana Bazar, Yanr Market,

Faisalabad

Amsons Textile Mills (PVT) LTD.

D-14/B, S.I.T.E.,

Karachi

Amtex (Private) Limited

1-Km, Khurrianwala-Jaranwala Road,

Faisalabad

Anjum Textile Mills (PVT) LTD

Anjum Street, Nalka Kohala, Sarghoda Road,

Faisalabad

Apex Corporation

1-19, Arkay Square,

P.O. Box 13373,

Karachi

Arshad Corporation

1088/2, Jail Road

Faisalabad 38000

Arzoo Textile Mills Ltd.

2.6 KM, Jaranwala Road, Khurrinwala,

Faisalabad

Asia Textile Mills

D-156, S.I.T.E. Avenue,

Karachi

Aziz Sons

D21/Karach, S.I.T.E.,

Karachi-75700

B.I.L. Exporters

15/5, Sector 12/C, North Karachi Industrial Area,

Karachi

Baak Industries

P-107, Akbarabad, Near Allied Hospital,

Faisalabad

Be Be Jan Pakistan Limited

Square No. 7, Chak No. 204/R.B.,

Faisalabad

Bela Textiles Ltd

A-29/A, S.I.T.E.,

Karachi

Bismillah Fabrics (PVT) LTD.

3 Km, Jhumbra Road, Khurrianwala,

Faisalabad

Bismillah Textiles (PVT) LTD.

1. KM, Jaranwala Road, Khurrianwala,

Faisalabad

Classic Enterprises

B-1/1, Sector 15, Korangi Industrial Area,

Karachi

Cotton Arts (PVT) Ltd

613/1, Dagrawaan Road,

Faisalabad

D.L. & Nash (Private) Ltd.

11, Timber Pond, Keamari Road,

Karachi-75620

Dawood Exports PVT LTD.

P.O. Box 532, Sarghoda Road,

Faisalabad

Decent Textiles

P-1271, Abdullahpur, West Canal Road,

Faisalabad

En Em Fabrics (Pvt) Ltd.

10th Km, Sarghoda Road,

Faisalabad

En Em Industries Ltd.

10th Km, Sargodha Road,

Faisalabad

Enn Eff Exports

4th floor, Business Centre, New Civil Lines,

Faisalabad

Faisal Industries

Office 205, Madina City Mall,

Abdullah Haroon Road, Saddar,

Karachi

Fashion Knit Industries

5-Business Centre, Ground Floor,

Mumtaz Hassan Road,

Karachi

Fateh Textile Mills Limited

P.O. Box No 69, Hali Road, S.I.T.E.,

Hyderabad

Gerpak Textile (PVT) LTD

317 Clifton Centre, Schon Circle,

Kehkashan Clifton,

Karachi

Gohar Textile Mills

208 Chak Road, Zia Town,

Faisalabad

H.A. Industries (PVT) LTD

10 KM, Jaranwala Road,

Faisalabad

Haroon Fabrics (Private) Limited

P-121, Rafique Colony, Jail Road,

Faisalabad

Hay's (PVT) Limited

A-33, (C), Textile Avenue, S.I.T.E.,

Karachi-75700

Homecare Textiles

D-115, S.I.T.E.,

Karachi

Husein Industries Ltd.

HT-8 Landhi Industrial & Trading Estate,

Landhi,

Karachi

Ideal International

A-63/A, SIND Industrial Trading Estate,

Karachi-75700

Jaquard Weavers

811 Mahmoodabad Colony,

Multan

Kam International

F-152, S.I.T.E.,

Karachi

Kamal Spinning Mills

4th KM, Jranwala Road, Khurrianwala,

Faisalabad

Kausar Processing Industries (PVT) Ltd.

P-61 Gole Chiniot Bazar,

Faisalabad

Kausar Textile Industries (PVT) LTD.

Maqbool Road,

Faisalabad

Khizra Textiles International

P-68, First Floor, Tawakal Cloth Market,

Gol Chiniot Bazar,

Faisalabad-38000

Kohinoor Textile Mills Limited

Peshawar Road,

Rawalpindi

Latif International (PVT) LTD

St. No. 1, Abdullahpur,

Faisalabad

Liberty Mills Limited

A/51-A, S.I.T.E.,

Karachi

M/s M.K. SONS Pvt Limited

2 KM, Khurrianwala, Jarranwala Road,

Faisalabad

M/S Al-Ghani International

202 Bhaiwala, Ghona Road,

Faisalabad

M/S Home Furnishings Limited

Plot No 1,2,10,11, Sector IX-B.,

Karachi Export Processing Zone,

Karachi

MSC Textiles (PVT) Ltd

P-19, 1st floor, Montgomery Bazar,

Faisalabad

Mughanum (PVT) LTD.

P-162, Circular Road,

Faisalabad

Mustaqim Dyeing & Printing Industries (Pvt) Ltd.

D-14/A, Bada Board, S.I.T.E.,

Karachi

Naseem Fabrics

Suite #404, 4th floor, Faisalcomplex,

Bilal Road, Civil Lines,

Faisalabad

Nawaz Associates

87 D/1 Main Boulevard Gulberg III,

Lahore

Nazir Industries

Suit 3, 7th floor, Textile Plaza,

M.A. Jinnah Road,

Karachi-74000

Niagara Mills (PVT) LTD

Kashmir Road, Nishatabad,

Faisalabad

Nina Industries Limited

A-29/A, S.I.T.E.,

Karachi

Nishitex Enterprises

P-224, Tikka Gali No 2, Y.Y. Plaza.,

1st floor, Montgomery Bazar,

Faisalabad

Parsons Industries (PVT) LTD

E-53 S.I.T.E.,

Karachi

Popular Fabrics (PVT) Limited

Plot 115, Landhi Industrial Area,

Karachi

Rainbow Industries

810/A, Khanewal Road,

Multan

Rehman International

P-2, Al Rehman House,

Ghulam Rasool Nagar Main Road,

Sarfraz Colony,

Faisalabad

Sadaqat Textile Mills Pvt Ltd

Sadaqat Street, Sarghoda Road,

Faisalabad

Sadiq Siddique Co.

170-A, Latif Cloth Market, M.A. Jinnah Road,

Karachi

Sakina Exports International

#313, Dada Chambers, M.A. Jinnan Road,

Karachi-74000

Samira Fabrics (PVT) Ltd

401-403, Chapal Plaza, Hasrat Mohani Road,

Karach

Sapphire Textile Mills Limited

313, 3rd floor, Cotton exchange Bldg. I.I.,

Chundrigar Road,

Karachi

Shahzad Siddique (PVT) LTD.

4,5 KM, Khurrainwala Jaranwala Road,

Faisalabad

Shalimar Cotton Export (PVT) LTD

Yousaf Chowk, Sarghoda Road,

Faisalabad

Sharif Textiles Industries (PVT) LTD

P.O. Box 265, Satiana Road,

Faisalabad

Shercotex

39/c, Peoples Colony,

Faisalabad

Sitara Textile Industries Limited

6-K.M., Sargodha Road,

Faisalabad

South Asian Textile Inds.

St. No. 3, Hamedabad Colony, Vehari Road,

Multan

Sweety Textiles Pvt Ltd

P-237, 2nd floor, Hassan Arcade

Montgomery Bazar,

Faisalabad

Tex-Arts

P-22, 1st floor, Montgomery Bazar,

Faisalabad

The Crescent Textile Mills Ltd.

Sargodha Road,

Faisalabad

Towellers Limited

WSA 30-31, Block 1, Federal B,

Karachi

Union Exports (PVT) Limited

D-204/A, S.I.T.E.,

Karachi-75700

United Finishing Mills Ltd.

2nd floor, Regency Arcade, The Mall,

Faisalabad

United Textile Printing Industries (Pvt) Ltd.

P.O. Box 194, Maqbool Road,

Faisalabad

Wintex Exports PVT Ltd.

P-17/A, Main Road, Sarfaraz Colony,

Faisalabad

Zafar Fabrics (PVT) Limited

Chak No 119, J.B. (Samana), Sarghoda Road,

Faisalabad

Zamzam Weaving and Processing Mills

Bazar 1, Razabad,

Faisalabad”


Top